|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2048 |
30.7.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2048
tad-29 ta’ Lulju 2024
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet u tal-kundizzjonijiet tal-użu tal-ikel il-ġdid l-estratt tal-proteini mill-kliewi tal-qżieqeż
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (1), u b’mod partikolari, l-Artikolu 12 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2015/2283 jipprevedi li l-ikel il-ġdid awtorizzat u inkluż fil-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid biss jista’ jiġi introdott fis-suq fl-Unjoni. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/2283, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (2) stabbilixxa lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid. |
|
(3) |
Il-lista tal-Unjoni stabbilita fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 tinkludi l-estratt tal-proteini mill-kliewi tal-qżieqeż bħala ikel ġdid awtorizzat. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), fid-29 ta’ Frar 2012, il-kumpanija Sciotec Diagnostic Technologies GmbH innotifikat lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħha li tqiegħed fis-suq l-estratt tal-proteini mill-kliewi tal-qżieqeż bħala ingredjent ġdid tal-ikel biex jintuża fl-ikel għal skopijiet mediċi speċjali, li ġew sussegwentement definiti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), u fis-supplimenti tal-ikel kif definit fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Abbażi ta’ dik in-notifika, l-estratt tal-proteini mill-kliewi tal-qżieqeż ġie inkluż fil-lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid, meta ġiet stabbilita dik il-lista. |
|
(5) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/973 (6) emenda l-kundizzjonijiet tal-użu tal-estratt tal-proteini mill-kliewi tal-qżieqeż biex jinkludi l-pilloli b’kisja enterika bħala forma permessa tal-estratt tal-proteini mill-kliewi tal-qżieqeż biex jintużaw bħala supplimenti tal-ikel kif definit fid-Direttiva 2002/46/KE u bħala ikel għal skopijiet mediċi speċjali kif definit fir-Regolament (UE) Nru 609/2013, flimkien mal-pellets inkapsulati b’kisja enterika awtorizzati. |
|
(6) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/951 (7) emenda l-ispeċifikazzjonijiet tal-estratt tal-proteini mill-kliewi tal-qżieqeż biex jinkludi proċess ta’ produzzjoni li jinvolvi l-użu ta’ serje ta’ passi ta’ ħasil bl-aċetun tal-kliewi tal-qżieqeż, segwit minn passi ta’ tnixxif bis-sħana, tħin u tgħarbil, biex jibqa’ trab kannella ċar tal-ikel ġdid li jiġi fformulat f’kapsuli b’kisja enterika jew bħala pellets inkapsulati b’kisja enterika jew pilloli b’kisja enterika biex jilħqu s-siti attivi tad-diġestjoni, u l-użu tal-kromatografija likwida bi prestazzjoni ultra għolja marbuta mad-detezzjoni fluworexxenti bħala metodu addizzjonali għal dak attwalment awtorizzat għad-determinazzjoni tal-attività enżimatika tad-diamminossidażi (“DAO”) li tinsab fil-proteini estratti mill-kliewi tal-qżieqeż. |
|
(7) |
Fit-28 ta’ Ġunju 2023, il-kumpanijaDr Healthcare España, S.L.U. (“l-applikant”) bagħtet applikazzjoni lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283 għal bidla fl-ispeċifikazzjonijiet u fil-kundizzjonijiet tal-użu tal-ikel ġdid, l-estratt tal-proteini mill-kliewi tal-qżieqeż, biex jinkludi mikrokapsuli b’kisja enterika bħala forma permessa tal-estratt tal-proteini mill-kliewi tal-qżieqeż biex jintużaw fl-ikel għal skopijiet mediċi speċjali u fis-suppliment tal-ikel, flimkien mal-pellets, il-kapsuli u l-pilloli b’kisja enterika li huma awtorizzati attwalment. |
|
(8) |
Il-Kummissjoni tqis li l-aġġornament mitlub tal-lista tal-Unjoni mhux mistenni li jkollu effett fuq is-saħħa tal-bniedem. L-evidenza pprovduta mill-applikant u minn applikanti preċedenti b’appoġġ għall-emendi preċedenti fl-ispeċifikazzjonijiet u fil-kundizzjonijiet tal-użu tal-ikel ġdid, tindika li l-forma tal-ikel ġdid ma għandha l-ebda impatt fuq is-sikurezza tiegħu, dment li l-livelli massimi awtorizzati ta’ 12,6 mg ta’ estratt tal-kliewi tal-qżieqeż kuljum li jirriżultaw f’konsum massimu ta’ 0,9 mg DAO kuljum u mogħtija fi tliet dożi fejn kull doża jkollha massimu ta’ 0,3 mg ta’ DAO, ma jinqabżux fi kwalunkwe waħda minn dawk il-forom. Abbażi ta’ dan, minflok ma jiġu awtorizzati l-mikrokapsuli b’kisja enterika bħala forma oħra ta’ dan l-ikel ġdid, jixraq li jiġu emendati l-kundizzjonijiet tal-użu u l-ispeċifikazzjonijiet tal-ikel ġdid biex jitneħħew il-forom speċifiċi tal-ikel ġdid u li jiġu permessi l-forom stabbiliti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/46/KE, u ssir referenza biss għal-livelli massimi awtorizzati tal-estratt tal-kliewi tal-majjal u tal-livelli tad-DAO peress li dawn huma l-komponenti importanti li jirfdu s-sikurezza tiegħu u mhux il-forom li fihom l-ikel ġdid isir disponibbli għall-konsumaturi. Il-livell massimu tal-estratt tal-proteini mill-kliewi tal-qżieqeż bħala ikel ġdid awtorizzat bħalissa huwa ta’ 12,6 mg ta’ estratt tal-kliewi tal-qżieqeż kuljum li jirriżulta f’konsum massimu ta’ 0,9 mg ta’ DAO kuljum u li jingħata fi tliet dożi fejn kull doża jkollha massimu ta’ 0,3 mg ta’ DAO. |
|
(9) |
Fit-2 ta’ Marzu 2023, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (8) ddeċidiet, fost affarijiet oħrajn, dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/46/KE u tal-Artikolu 2(2), il-punt (g), tar-Regolament (UE) Nru 609/2013 u kkonkludiet li l-kunċetti ta’ “suppliment tal-ikel” u ta’ “ikel għal skopijiet mediċi speċjali” jeskludu lil xulxin u li huwa meħtieġ li l-Istati Membri jiddeterminaw, fuq bażi ta’ każ b’każ u skont il-karatteristiċi u l-kundizzjonijiet tal-użu, f’liema waħda minn dawn il-kategoriji jaqa’ prodott. Fid-dawl ta’ dik id-deċiżjoni, u l-fatt li l-ikel ġdid, l-estratt tal-kliewi tal-qżieqeż, bħalissa huwa awtorizzat biex jintuża fl-ikel għal skopijiet mediċi speċjali kif definit fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 609/2013 u fis-supplimenti tal-ikel kif definiti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/46/KE f’livelli massimi ta’ użu u kundizzjonijiet ta’ dożaġġ identiċi, il-Kummissjoni tqis li huwa xieraq li ssir distinzjoni fil-kundizzjonijiet tal-użu fil-lista tal-Unjoni bejn iż-żewġ kategoriji ta’ prodotti. |
|
(10) |
L-informazzjoni pprovduta fl-applikazzjoni u l-evidenza xjentifika disponibbli li tirfed l-awtorizzazzjoni ta’ dan l-ikel ġdid u l-awtorizzazzjonijiet preċedenti ta’ bidliet fl-ispeċifikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-forom differenti tal-ikel ġdid (pellets b’kisja enterika, kapsuli b’kisja enterika u pilloli b’kisja enterika), jagħtu biżżejjed raġunijiet biex jiġi stabbilit li l-bidliet deskritti hawn fuq fl-ispeċifikazzjonijiet u fil-kundizzjonijiet tal-użu tal-ikel ġdid, l-estratt tal-proteini mill-kliewi tal-qżieqeż, huma f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2015/2283 u jenħtieġ li jiġu approvati. |
|
(11) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 jiġi emendat kif xieraq. |
|
(12) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Lulju 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 327, 11.12.2015, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/2283/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 tal-20 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid (ĠU L 351, 30.12.2017, p. 72, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/2470/oj).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti ġodda tal-ikel (ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1997/258/oj).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar, ikel għal skopijiet mediċi speċjali, u bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/52/KEE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 96/8/KE, 1999/21/KE, 2006/125/KE u 2006/141/KE, id-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 u (KE) Nru 953/2009 (ĠU L 181, 29.6.2013, p. 35, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/609/oj).
(5) Id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel (ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2002/46/oj).
(6) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/973 tas-6 ta’ Lulju 2020 li jawtorizza bidla fil-kundizzjonijiet tal-użu tal-ikel ġdid “estratt ta’ proteina mill-kliewi tal-qżieqeż” u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 (ĠU L 215, 7.7.2020, p. 7, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/973/oj).
(7) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/951 tat-12 ta’ Mejju 2023 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet tal-ikel ġdid estratt ta’ proteina mill-kliewi tal-qżieqeż (ĠU L 128, 15.5.2023, p. 73, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/951/oj).
(8) Kawża C-760/21 (2023/C 155/26), Kwizda Pharma: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-2 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Wien – l-Awstrija) – Kwizda Pharma GmbH vs Landeshauptmann von Wien (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Is-sikurezza tal-ikel – Prodotti tal-ikel – Regolament (UE) Nru 609/2013 – Artikolu 2(2)(g) – Kunċett ta’ “ikel għal skopijiet mediċi speċjali” – Ħtiġiet oħra nutrizzjonali partikolari – Rekwiżiti nutrittivi – Tibdil fis-sistema tal-ikel – Sustanzi nutrittivi – Użu taħt superviżjoni medika – Ingredjenti li ma ġewx assorbiti jew metaboliti fil-kanal alimentari – Delimitazzjoni fir-rigward tal-prodotti mediċinali – Delimitazzjoni fir-rigward tas-supplimenti tal-ikel (ĠU C 155, 2.5.2023, p. 22).
ANNESS
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fit-Tabella 1 (L-ikel il-ġdid awtorizzat), l-entrata għal “Estratt ta’ proteina mill-kliewi tal-qżieqeż” hija sostitwita b’dan li ġej:
|
||||||||||||||||
|
(2) |
Fit-Tabella 2 (Speċifikazzjonijiet), l-entrata għal “Estratt tal-proteina mill-kliewi tal-qżieqeż” hija sostitwita b’dan li ġej:
|
||||||
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2048/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)