11.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 323/19


P9_TA(2020)0056

Ir-rekwiżiti minimi għall-użu mill-ġdid tal-ilma ***II

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Mejju 2020 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti minimi għall-użu mill-ġdid tal-ilma (15301/2/2019 – C9-0107/2020 – 2018/0169(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

(2021/C 323/05)

Il-Parlament Ewropew,

—

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (15301/2/2019 – C9-0107/2020),

—

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2018 (1),

—

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-6 ta' Diċembru 2018 (2),

—

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (3) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2018)0337),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

—

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 67 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

—

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A9-0098/2020),

1.

Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.

Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.

Jinnota li l-att qed jiġi adottat f'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

6.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 110, 22.3.2019, p. 94.

(2)  ĠU C 86, 7.3.2019, p. 353.

(3)  Testi adottati, 12.2.2019, P8_TA(2019)0071.


ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

DIKJARAZZJONI MILL-KUMMISSJONI DWAR IL-MIKROPLASTIĊI

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-fatt li l-mikroplastiċi huma sustanzi ta' tħassib emerġenti fir-rigward tal-kwalità tal-ilma. Fid-dawl ta' dan, u meta jitqies li din hija kwistjoni ġenerali mhux limitata għall-ilma rkuprat biss, il-Kummissjoni timpenja ruħha li tkompli bl-isforzi tagħha biex tindirizza ulterjorment din il-kwistjoni importanti.