<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑460/14</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62014CJ0460</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:216">EU:C:2016:216</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>6</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>6</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAS‑<DATE ISO="20160407">7.4.2016</DATE> – KAWŻA C-460/14</P><P>MASSAR</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Għaxar Awla)</P><P><DATE ISO="20160407">7 ta’ April 2016</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Olandiż</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Assigurazzjoni għall-ispejjeż legali</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 87/344/KEE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 4(1)</KEYWORD><KEYWORD>Libertà ta’ għażla tal-avukat mill-persuna assigurata</KEYWORD><KEYWORD>Proċedura ġudizzjarja jew amministrattiva</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett</KEYWORD><KEYWORD>Awtorizzazzjoni mogħtija minn organu pubbliku lil persuna li timpjega fid-dawl tax-xoljiment ta’ kuntratt tax-xogħol</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑460/14,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (qorti suprema tal-Pajjiżi l-Baxxi, il-Pajjiżi l-Baxxi), permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20141003">3 ta’ Ottubru 2014</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis‑<DATE ISO="20141006">6 ta’ Ottubru 2014</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Johannes Evert Antonius Massar</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">DAS Nederlandse Rechtsbijstand Verzekeringsmaatschappij NV,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Għaxar Awla),</P><P>komposta minn F. Biltgen (Relatur), President tal-Awla, A. Borg Barthet u E. Levits, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Wathelet,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Massar, minn L. M. Zuydgeest u E. van Engelen, advocaten,</P></ITEM><ITEM><P>għal DAS Nederlandse Rechtsbijstand Verzekeringsmaatschappij NV, minn J. W. H. van Wijk u B. J. Drijber, advocaten,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn M. de Ree u M. Bulterman, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Awstrijak, minn C. Pesendorfer, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn F. Wilman u K.‑P. Wojcik, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 87/344/KEE, tat‑<DATE ISO="19870622">22 ta’ Ġunju 1987</DATE>, dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-assigurazzjoni għall-ispejjeż legali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 187).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn J. E. A. Massar u DAS Nederlandse Rechtsbijstand Verzekeringsmaatschappij NV (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>DAS<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), kumpannija ta’ assigurazzjoni, rigward tar-rifjut minn din tal-aħħar li tassumi l-kopertura tal-ispejjeż tal-assistenza legali pprovduta minn avukat magħżul mill-persuna assigurata fil-kuntest ta’ proċedura li twassal għax-xoljiment tal-kuntratt tax-xogħol ta’ dan tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-ħdax-il premessa tad-Direttiva 87/344 tiddikjara:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Billi l-interess ta’ persuni li jkollhom il-kopertura ta’ spejjeż legali jfisser li l-persuna assigurata għandha tkun tista’ tagħżel avukat jew persuna oħra kkwalifikata b’mod approprjat skond il-liġi nazzjonali f’xi inkjesta jew proċeduri u kull meta jkun hemm konflitt ta’ interessi<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>.</P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) tal-imsemmija direttiva huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Din id-Direttiva għandha tapplika għal assigurazzjoni ta’ l-ispejjeż legali. Dan jikkonsisti f’impenn, kontra l-pagament ta’ laġġu [premjum], li jintrefgħu l-ispejjeż ta’ proċeduri legali u li jiġu pprovduti servizzi oħrajn direttament marbuta mal-kopertura ta’ l-assigurazzjoni, partikolarment bl-iskop ta’:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>assigurazzjoni ta’ kumpens għat-telf, il-ħsara jew inġurja sofferta mill-persuna assigurata, b’soluzzjoni barra mill-qrati jew permezz ta’ proċeduri ċivili jew kriminali,</P></ITEM><ITEM><P>difiża jew rappreżentanza tal-persuna assigurata fi proċeduri ċivili, kriminali, amministrattivi jew proċeduri oħrajn fir-rigward ta’ kull pretensjoni magħmula kontra tagħha.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(1) tal-istess direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Kull kuntratt ta’ assigurazzjoni ta’ spejjeż legali għandu espressament jirrikonoxxi li:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>meta jsir rikors lil avukat jew persuna oħra kkwalifikata kif approprjat skond il-liġi nazzjonali sabiex jiġu difiżi, irrappreżentati jew servuti l-interessi tal-persuna assigurata f’kull inkjesta jew proċedura, dik il-persuna assigurata għandha tkun libera li tagħżel dan l-avukat jew persuna oħra;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>il-persuna assigurata għandha tkun libera li tagħżel avukat jew, jekk tippreferi hekk u sal-limitu li l-liġi nazzjonali tippermetti, kull persuna oħra kkwalifikata kif approprjat [debitament], biex isservi l-interessi tagħha kull meta jkun hemm konflitt ta’ l-interessi.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Olandiż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 4:67(1) tal-liġi dwar il-kontroll finanzjarju (Wet op het financieel toezicht) huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>L-assiguratur għall-ispejjeż legali għandu jara li, fil-ftehim dwar il-kopertura tal-ispejjeż legali, jiġi previst b’mod espliċitu li l-persuna assigurata tista’ tagħżel liberament avukat jew professjonist ieħor li huwa awtorizzat legalment jekk:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a.</NO.P><TXT>isir użu minn avukat jew professjonist ieħor li huwa awtorizzat legalment sabiex jiddefendi, jirrappreżenta jew iservi l-interessi tal-persuna assigurata fi proċeduri ġudizzjarji jew amministrattivi; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b.</NO.P><TXT>iqum kunflitt ta’ interessi.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li J. E. A. Massar ħa assigurazzjoni għall-ispejjeż legali li l-ġestjoni tagħha ġiet fdata lil DAS.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20140114">14 ta’ Jannar 2014</DATE>, il-persuna li timpjega lil J. E. A. Massar talbet, konformement mal-Artikolu 6 tad-Digriet straordinarju dwar ir-relazzjonijiet tax-xogħol (Buitengewoon besluit arbeidsverhoudingen), lill-Istitut ta’ ġestjoni tal-assigurazzjonijiet għall-ħaddiema impjegati (Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Istitut ta’ ġestjoni tal-assigurazzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>), organu pubbliku indipendenti tal-amministrazzjoni ċentrali, l-awtorizzazzjoni sabiex itemm, għal raġuni ekonomika, ir-relazzjoni tax-xogħol tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20140117">17 ta’ Jannar 2014</DATE>, J. E. A. Massar talab lil DAS il-kopertura tal-ispejjeż ta’ għajnuna legali relatati mar-rappreżentanza tiegħu minn avukat estern f’din il-proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>DAS informatu li l-proċedura quddiem l-Istitut ta’ ġestjoni tal-assigurazzjonijiet ma kinitx proċedura ġudizzjarja jew amministrattiva fis-sens tal-liġi dwar il-kontroll finanzjarju, li l-persuna assigurata ma kellha, f’dan ir-rigward, ebda dritt li tagħżel avukat u li hija ma kinitx ser tassumi l-kopertura tal-ispejjeż marbuta mar-rappreżentanza minn avukat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>J. E. A. Massar mar quddiem l-Imħallef għall-miżuri provviżorji tar-rechtbank Amsterdam (tribunal ta’ Amsterdam) fejn talab sabiex DAS tiġi kkundannata tibgħat il-kawża dwar il-proċedura li tirrigwardah quddiem l-Istitut ta’ ġestjoni tal-assigurazzjonijiet lill-avukat estern tal-għażla tiegħu u tħallas l-onorarji ta’ dan tal-aħħar kif ukoll l-ispejjeż marbuta ma’ dawn il-proċeduri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza interlokutorja, l-imsemmi Mħallef għall-miżuri provviżorji adixxa l-Hoge Raad der Nederlanden (qorti suprema tal-Pajjiżi l-Baxxi) bil-kwistjoni dwar jekk il-proċedura quddiem l-Istitut ta’ ġestjoni tal-assigurazzjonijiet taqax taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>proċedura amministrattiva<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> fis-sens tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 87/344, li fuqu huwa bbażat l-Artikolu 4:67 tal-Liġi dwar il-kontroll finanzjarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-Hoge Raad der Nederlanden (qorti suprema tal-Pajjiżi l-Baxxi) tfakkar li, skont id-dispożizzjonijiet applikabbli fid-dritt Olandiż u relatati mal-protezzjoni tal-impjegat kontra t-tkeċċija, il-persuna li timpjega tista’ ttemm ir-relazzjoni tax-xogħol mal-impjegat prinċipalment b’żewġ modi, jiġifieri jew billi titlob ix-xoljiment tal-kuntratt li jorbot lill-partijiet quddiem it-tribunal, jew permezz ta’ xoljiment ta’ dan il-kuntratt wara l-awtorizzazzjoni ta’ tkeċċija mogħtija mill-Istitut ta’ ġestjoni tal-assigurazzjonijiet. F’dan l-aħħar każ imsemmi, il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni hija suġġetta għad-dispożizzjonijiet tad-digriet straordinarju dwar ir-relazzjonijiet tax-xogħol li huma mitluba<?PAGE NO="4"?> jissodisfaw funzjonijiet importanti ta’ garanzija kontra t-tkeċċijiet inġustifikati u ta’ strument pubbliku li ma jippermettux biss li jipproteġu l-gruppi dgħajfa fis-suq tax-xogħol, iżda wkoll li jiġġieldu kontra l-użu abbużiv tas-sigurtà soċjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-Hoge Raad der Nederlanden (qorti suprema tal-Pajjiżi l-Baxxi) tispeċifika li d-deċiżjoni tal-Istitut ta’ ġestjoni tal-assigurazzjonijiet li tilqa’ jew li tiċħad it-talba ta’ awtorizzazzjoni ta’ tkeċċija ma tista tkun suġġetta la għal ilment u lanqas għal rikors, sew quddiem korp tal-amministrazzjoni pubblika jew quddiem qorti, amministrattiva jew ċivili. Fil-każ fejn dan l-Istitut kellu jagħti l-awtorizzazzjoni ta’ tkeċċija, il-persuna li timpjega tista’ legalment ittemm ir-relazzjoni tax-xogħol billi tosserva terminu ta’ preavviż. Il-ħaddiem ikun jista’, l-iktar, jippreżenta azzjoni għad-danni minħabba tkeċċija manifestament inġustifikata quddiem il-qorti ċivili.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Il-Hoge Raad der Nederlanden (qorti suprema tal-Pajjiżi l-Baxxi) tqis li, mill-ewwel daqqa ta’ għajn, il-proċedura quddiem l-Istitut ta’ ġestjoni tal-assigurazzjonijiet tista’ tiġi kkwalifikata bħala proċedura amministrattiva fis-sens tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 87/344. Madankollu, imorru fis-sens kuntrarju argumenti li jirrigwardaw, b’mod partikolari, il-ġenesi ta’ din id-direttiva kif ukoll il-konsegwenzi li jista’ jkollha interpretazzjoni wiesgħa tal-kunċett ta’ proċedura amministrattiva għas-sistemi ta’ assigurazzjoni għall-ispejjeż legali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Kien f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Hoge Raad der Nederlanden (qorti suprema tal-Pajjiżi l-Baxxi) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>1)</NO.P><TXT>Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>proċedura<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> previst fl-Artikolu 4(1)(a) tad-[Direttiva 87/344], għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jinkludi l-proċedura quddiem l-UWV [Uitvoeringsinstituut Werknemersverzekeringen (Aġenzija tal-Assigurazzjoni tal-Impjegati)], fejn il-persuna li timpjega titlob awtorizzazzjoni ta’ tkeċċija sabiex tkun tista’ ttemm ir-relazzjoni ta’ xogħol mal-ħaddiem impjegat (kopert minn assigurazzjoni għall-ispejjeż legali)?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tiddependi mill-karatteristiċi tal-proċedura speċifika, flimkien, jekk meħtieġ, mal-fatti u ċ-ċirkustanzi tal-każ, liema karatteristiċi, fatti u ċirkustanzi għandha għalhekk il-qorti nazzjonali tieħu inkunsiderazzjoni sabiex tiddetermina jekk il-proċedura għandhiex titqies li hija proċedura fis-sens tal-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva?<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Permezz taż-żewġ domandi tagħha, li għandhom jiġu ttrattati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 87/344 għandux jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>proċedura amministrattiva<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> imsemmi f’din id-dispożizzjoni jinkludix proċedura li fi tmiemha organu pubbliku jawtorizza lill-persuna li timpjega tipproċedi għat-tkeċċija tal-impjegat, kopert minn assigurazzjoni għall-ispejjeż legali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat, fl-ewwel lok, li, skont l-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 87/344, kull kuntratt ta’ assigurazzjoni għall-ispejjeż legali jirrikonoxxi espressament li, f’kull proċedura ġudizzjarja jew amministrattiva, meta persuna tirrikorri għal rappreżentant legali sabiex jiġu difiżi, irrappreżentati jew servuti l-interessi tal-persuna assigurata, din il-persuna għandha tkun libera li tagħżel ir-rappreżentant tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>B’hekk, mill-formulazzjoni nnifisha tal-imsemmija dispożizzjoni jirriżulta li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>proċedura [proċedura amministrattiva]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> għandha tinqara’ b’kuntrast ma’ dak ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>inkejsta [proċedura ġudizzjarja]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Interpretazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>proċedura [proċedura amministrattiva]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, fis-sens tal-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 87/344, bħal dak mifhum mill-konvenut fil-kawża prinċipali, intiża sabiex tillimita l-portata ta’ dan il-kunċett għas-sempliċi proċeduri ġudizzjarji fil-qasam amministrattiv, jiġifieri dawk li jiżvolġu quddiem proprja qorti, għaldaqstant, ixxejjen mis-sens tagħha l-espressjoni, espressament użata mil-leġiżlatur tal-Unjoni Ewropea, ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>proċedura amministrattiva<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi kkonstatat li, anki jekk id-differenzjar bejn il-fażi preparatorja u l-fażi deċiżjonali ta’ proċedura ġudizzjarja jew amministrattiva seta’ kien suġġett għal diskussjonijiet meta d-Direttiva 87/344 ġiet fis-seħħ, il-formulazzjoni tal-Artikolu 4(1) tagħha ma tinkludi ebda distinzjoni f’dan ir-rigward, b’tali mod li l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>proċedura [proċedura amministrattiva]<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> ma tistax tiġi limitata f’dan is-sens.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, konformement ma’ ġurisprudenza stabbilita, jeħtieġ, għall-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, li ma jittiħdux inkunsiderazzjoni biss il-kliem tagħha, iżda wkoll il-kuntest tagħha u l-għanijiet tal-leġiżlazzjoni li minnha hija tagħmel parti (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>St. Nikolaus Brennerei und Likörfabrik</NAME.CASE>, <NO.CASE>337/82</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1984:69">EU:C:1984:69</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0010">10</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>VEMW <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑17/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:362">EU:C:2005:362</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Eschig</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑199/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:538">EU:C:2009:538</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-għan tad-Direttiva 87/344, u b’mod partikolari tal-Artikolu 4 tagħha, dwar il-libertà tal-għażla tal-avukat jew tar-rappreżentant, huwa li jipproteġi b’mod wiesa’ l-interessi tal-persuni assigurati. Il-portata ġenerali u l-valur obbligatorju li huma rikonoxxuti lid-dritt li l-persuna assigurata tagħżel l-avukat jew ir-rappreżentant tagħha, jipprekludi interpretazzjoni restrittiva tal-Artikolu 4(1)(a) ta’ din id-direttiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Eschig</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑199/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:538">EU:C:2009:538</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Sneller</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑442/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:717">EU:C:2013:717</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mill-atti tal-proċess sottomess lill-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-ħaddiem imkeċċi ma għandu ebda rimedju kontra d-deċiżjoni tal-Istitut ta’ ġestjoni tal-assigurazzjonijiet li jagħti lill-persuna li timpjega l-awtorizzazzjoni ta’ tkeċċija għal raġunijiet ekonomiċi. Filwaqt li l-ħaddiem jista’ jippreżenta ulterjorment rikors għad-danni minħabba tkeċċija manifestament mhux ġustifikata quddiem il-qorti ċivili, id-deċiżjoni li eventwalment tingħata madankollu ma hijiex tali li tqiegħed inkwistjoni dik meħuda minn dan l-istitut.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, huwa paċifiku li d-drittijiet tal-ħaddiem huma affettwati mid-deċiżjoni tal-Istitut ta’ ġestjoni tal-assigurazzjonijiet u li l-interessi tiegħu bħala persuna assigurata jeħtieġu li jiġu protetti fil-kuntest tal-proċedura quddiem dan l-organu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Interpretazzjoni tal-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 87/344 li tirrikonoxxi lill-ħaddiem, kopert minn assigurazzjoni għall-ispejjeż legali, id-dritt li jagħżel liberament l-avukat jew rappreżentant tiegħu fil-kuntest tal-proċedura amministrattiva li fi tmiemha organu pubbliku jawtorizza lill-persuna li timpjega tipproċedi għat-tkeċċija tiegħu, hija neċessarja tant li, fis-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Sneller</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑442/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:717">EU:C:2013:717</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet id-dritt għal-libertà ta’ għażla tal-avukat jew tar-rappreżentant lil ħaddiem li kien jinsab fl-istess sitwazzjoni, iżda li l-kuntratt tiegħu kien ġie mitmum permezz ta’ deċiżjoni ġudizzjarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fir-rigward tal-konsegwenzi finanzjarji eventwali fuq is-sistemi ta’ assigurazzjoni għall-ispejjeż legali, għandu jitfakkar li, anki li kieku kellu jitqies li tali konsegwenzi finanzjarji jistgħu jirriżultaw, huma ma jistgħux iwasslu għal interpretazzjoni restrittiva tal-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 87/344. Fil-fatt, id-Direttiva 87/344 ma hijiex intiża għal armonizzazzjoni kompleta tar-regoli applikabbli għall-kuntratti ta’ assigurazzjoni għall-ispejjeż legali u l-Istati Membri jibqgħu liberi, fl-istat attwali tad-dritt tal-Unjoni, sabiex jiddeterminaw ir-regoli applikabbli għall-imsemmija kuntratti, sa fejn is-sustanza tal-prinċipji previsti minn din id-direttiva tibqa’ valida (ara, f’dan is-sens, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Stark</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑293/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:355">EU:C:2011:355</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). B’hekk, l-eżerċizzju tad-dritt tal-persuna assigurata li tagħżel liberament ir-rappreżentant tagħha ma jeskludux li, f’ċerti każijiet, jistgħu jsiru limitazzjonijiet fuq l-ispejjeż sostnuti mill-assiguraturi (ara s-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Sneller</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑442/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:717">EU:C:2013:717</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għad-domandi magħmula għandha tkun li l-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 87/344 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>proċedura [proċedura amministrattiva]<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> imsemmi f’din id-dispożizzjoni jinkludi proċedura li fi tmiemha organu pubbliku jawtorizza lill-persuna li timpjega tipproċedi għat-tkeċċija tal-impjegat, kopert minn assigurazzjoni għall-ispejjeż legali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li għandha tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 87/344, tat‑<DATE ISO="19870622">22 ta’ Ġunju 1987</DATE>, dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-assigurazzjoni għall-ispejjeż legali, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>proċedura [proċedura amministrattiva]<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> imsemmi f’din id-dispożizzjoni jinkludi proċedura li fi tmiemha organu pubbliku jawtorizza lill-persuna li timpjega tipproċedi għat-tkeċċija tal-impjegat, kopert minn assigurazzjoni għall-ispejjeż legali.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>