<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2010MTC.1001030901.case.xml"><NO.CASE>C-242/09</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62009CJ0242</NO.CELEX><NO.SEQ>0029.0002</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-10324</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-10339</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>16</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20101021">21.10.2010</DATE> — KAWŻA C-242/09</LEFT><RIGHT>ALBRON CATERING</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20101021">21 ta’ Ottubru 2010</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-242/09,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 234 KE, imressqa mill-Gerechtshof te Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20090630">30 ta’ Ġunju 2009</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20090703">3 ta’ Lulju 2009</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Albron Catering BV</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">FNV Bondgenoten,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">John Roest,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><?PAGE NO="I-10325"?><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn K. Lenaerts, President ta’ Awla, D. Šváby, R. Silva de Lapuerta, G. Arestis u J. Malenovský (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: Y. Bot,</P><P>Reġistratur: M. Ferreira, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas-<DATE ISO="20100506">6 ta’ Mejju 2010</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Albron Catering BV, minn P. Kuypers u P. M. Klinckhamers, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għal FNV Bondgenoten u M. Roest, minn E. Unger, avukat, u P. Kruijff, konsulent legali,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn C. Wissels u M. Noort kif ukoll minn Y. de Vries, bħala aġenti,</P></ITEM><?PAGE NO="I-10326"?><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn J. Enegren u W. Wils, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20100603">3 ta’ Ġunju 2010</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE, tat-<DATE ISO="20010312">12 ta’ Marzu 2001</DATE>, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 98).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet imressqa fil-kuntest ta’ kawża bejn Albron Catering BV (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Albron<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) u FNV Bondgenoten (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>FNV<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) u J. Roest, sabiex jiġi stabbilit jekk, fil-kuntest ta’ grupp ta’ kumpanniji li fih waħda mill-entitajiet ġuridiċi topera bħala persuna ċentrali li timpjega u tassenja l-ħaddiema tagħha lil diversi kumpanniji li jikkostitwixxu dan il-grupp, it-trasferiment tal-attivitajiet ta’ kumpannija tal-imsemmija grupp lil kumpannija barra dan l-istess grupp, jiġifieri Albron, għandux jiġi kkunsidrat bħala li jaqa’ taħt ir-regoli ta’ protezzjoni tal-ħaddiema stabbiliti permezz tad-Direttiva 2001/23.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10327"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2001/23 ikkodifikat id-Direttiva tal-Kunsill 77/187/KEE, tal-<DATE ISO="19770214">14 ta’ Frar 1977</DATE>, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivi għall-ħarsien tad-drittijiet tal-impjegati f’każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ negozji (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="061" PAGE.FIRST="26" DATE.PUB="1977">ĠU L 61, p. 26</REF.DOC.OJ>) kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 98/50/KE, tad-<DATE ISO="19980629">29 ta’ Ġunju 1998</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="201" PAGE.FIRST="88" DATE.PUB="1998">ĠU L 201, p. 88</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>It-tielet premessa tad-Direttiva 2001/23 tistipula illi: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>[h]uwa neċessarju li jigi pprovdut għall-protezzjoni ta’ l-impjegati fil-każ li jinbidel min jimpjega, b’mod partikulari, sabiex jiġi żgurat li d-drittijiet tagħhom ikunu salvagwardjati<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(1)(a) u (b) tad-Direttiva 2001/23 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>a)</NO.P><TXT>Din id-Direttiva għandha tapplika għal kull trasferiment ta’ impriża, negozju jew parti minn impriża jew negozju lil persuna oħra li timpjega bħala riżultat ta’ trasferiment jew inkorporazzjoni legali.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Bla ħsara għas-subparagrafu (a) u għad-dispożizzjonijiet li ġejjin ta’ dan l-Artikolu, ikun hemm trasferiment fis-sens ta’ din id-Direttiva meta jkun hemm trasferiment ta’ xi entità ekonomika li żżomm l-identità tagħha, jiġifieri għaqda organizzata ta’<?PAGE NO="I-10328"?> riżorsi bl-objettiv li twettaq attività ekonomika, kemm jekk l-attività hija ċentrali jew anċillari kemm jekk le.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/23 jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>min jagħmel it-trasferiment<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/> għandu jfisser kull persuna fiżika jew ġuridika li, għar-raġuni ta’ trasferiment fis-sens ta’ l-Artikolu 1(1), ma tibqax il-persuna li timpjega għar-rigward ta’ l-impriża, in-negozju jew il-parti ta’ impriża jew negozju;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>min lilu jsir trasferiment<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/> għandu jfisser kull persuna fiżika jew ġuridika li, għal raġuni ta’ trasferiment fis-sens ta’ l-Artikolu 1(1), isir dak li jimpjega f’dak li jirrigwarda l-impriża, n-negozju jew parti ta’ impriża jew negozju;</TXT><P>[…]</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>impjegat għandu jfisser kull persuna li, fl-Istat Membru kkonċernat, hija protetta bħala impjegata taħt il-liġi nazzjonali ta’ l-impjieg.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><?PAGE NO="I-10329"?><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għal-liġi nazzjonali f’dak li jirrigwarda d-definizzjoni ta’ kuntratt ta’ mpjieg jew relazzjoni ta’ mpjieg.</P><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3(1) u (3) tad-Direttiva 2001/23:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Id-drittijiet u l-obbliġi ta’ min jagħmel it-trasferiment ikkawżati minn kuntratt ta’ mpjieg jew minn relazzjoni ta’ mpjieg eżistenti fid-data tat-trasferiment għandhom, minħabba dan it-trasferiment, jiġu trasferiti lil min lilu jsir it-trasferiment.</P><P>L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li, wara d-data tat-trasferiment, min jagħmel it-trasferiment u min lilu jsir it-trasferiment għandhom ikunu impenjati konġuntement u separatament għar-rigward ta’ obbliġi li kienu kkawżati qabel id-data ta’ trasferiment minn kuntratt ta’ impjieg jew relazzjoni ta’ impjieg eżistenti fid-data tat-trasferiment.</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri approprjati biex jiżguraw li min jagħmel it-trasferiment jinnotifika lil min lilu jsir it-trasferiment bid-drittijiet u l-obbliġi kollha li jkunu trasferiti lil min lilu jsir it-trasferiment skont dan l-Artikolu, sa fejn dawk id-drittijiet u l-obbligi huma jew għandhom ikunu magħrufa minn min jagħmel it-trasferiment fil-ħin tat-trasferiment. Nuqqas minn min jagħmel it-trasferiment li jinnotifika lil min lilu jsir it-trasferiment b’xi dritt jew obbligazzjoni ta’ din ix-xorta m’ għandux jaffettwa t-trasferiment ta’ dak id-dritt jew obbligazzjoni u d-drittijiet ta’ xi impjegati kontra min lilu jsir it-trasferiment u/jew min jagħmel it-trasferiment għar-rigward ta’ dak id-dritt jew l-obbligu.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="I-10330"?><PARAG IDENTIFIER="003.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Wara t-trasferiment, min lilu jsir it-trasferiment għandu jkompli josserva t-termini u l-kundizzjonijiet miftiehma f’kull ftehim kollettiv skont l-istess kondizzjonijiet applikabbli għal min jagħmel it-trasferiment taħt dak il-ftehim, sad-data li fiha l-ftehim kollettiv jispiċċa jew jiskadi jew sad-dħul fis-seħħ jew l-applikazzjoni ta’ ftehim kollettiv ieħor.</P><P>L-Istati Membri jistgħu jillimitaw il-perjodu għall-osservazzjoni ta’ dawn it-termini u kundizzjonijiet bil-kundizzjoni li dan ma jkunx anqas minn sena wahda.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-leġiżlazzjoni nazzjonali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 610(1) tal-Ktieb 7 tal-Kodiċi Ċivili Olandiż (Burgerlijk Wetboek) jiddefinixxi kuntratt ta’ impjieg skont il-liġi Olandiża kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Il-kuntratt ta’ impjieg huwa l-kuntratt fejn waħda mill-partijiet, min jaħdem, jobbliga ruħu, għal żmien definit u bi skambju għal salarju li jforni x-xogħol lill-parti l-oħra, il-persuna li timpjega.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 663 tal-Ktieb 7 tal-Kodiċi Ċivili Olandiż jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Mill-fatt tat-trasferiment ta’ impriża, id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw għall-persuna li timpjega, fil-ħin tat-trasferiment, minn kuntratt ta’ impjieg konkluż bejn il-persuna li timpjega u l-impjegat assenjat ma’ din l-impriża, huma ttrasferiti <HT TYPE="ITALIC">ipso iure</HT> lil min lilu jsir trasferiment. Waqt perijodu ta’ sena wara t-trasferiment, il-persuna li<?PAGE NO="I-10331"?> timpjega tibqa’ wkoll responsabbli <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> flimkien ma’ min lilu sar it-trasferiment għal-obbligi li joħorġu mill-kuntratt ta’ impjieg li ġew maħluqa qabel it-trasferiment<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Heineken international huwa grupp Olandiż li jiġbor produtturi ta’ birer. Il-persunal kollu, fi ħdan dan il-grupp, huwa impjegat minn Heineken Nederlands Beheer BV (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>HNB<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>). HNB hija wkoll persuna ċentrali li timpjega u tassenja l-persunal f’kumpanniji operattivi differenti tal-grupp Heineken fil-Pajjiżi l-Baxxi.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>J. Roest kien impjegat mill-HNB mis-<DATE ISO="19850717">17 ta’ Lulju 1985</DATE> sal-<DATE ISO="20050301">1 ta’ Marzu 2005</DATE>, fil-pożizzjoni ta’ kollaboratur fid-dipartiment tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>forniment tal-ikel<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>. Huwa ġie ttrasferit mill-HNB, flimkien ma’ madwar 70 kollaboratur ieħor tal-istess dipartiment, ma’ Heineken Nederland BV (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Heineken Nederland<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>), kumpannija illi, sal-<DATE ISO="20050301">1 ta’ Marzu 2005</DATE>, kienet tipprovdi l-ikel lill-impjegati tal-grupp Heineken f’postijiet varji. Fil-kuntest ta’ dan it-trasferiment, kien japplika l-ftehim kollettiv konkluż fi ħdan HNB.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>J. Roest huwa membru tal-FNV, trejdjunjin li għandha b’mod partikolari l-għan li tħares l-interessi tal-membri tagħha fil-qasam tal-kundizzjonijiet tal-impjieg u l-pagi, b’mod partikolari fil-konklużjoni ta’ ftehim kollettiv.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20050301">1 ta’ Marzu 2005</DATE>, l-attivitajiet ta’ forniment tal-ikel ta’ Heineken Nederland ġew ittrasferiti, bis-saħħa ta’ ftehim, lil Albron.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10332"?><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Albron teżerċita fuq it-territorju kollu tal-Pajjiżi l-Baxxi, b’mod partikolari, attività ta’ forniment ta’ ikel, jiġifieri l-ġestjoni u l-provvista ta’ servizzi ta’ catering, partikolarment fil-qasam ta’ ristoranti ta’ impriżi, kemm fis-settur privat u kif ukoll fis-settur pubbliku, abbażi ta’ kuntratt konkluż għal dan il-għan ma’ klijent. J. Roest kien daħal jaħdem ma’ Albron fl-<DATE ISO="20050301">1 ta’ Marzu 2005</DATE>, bħala kollaboratur fid-dipartiment <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>ristoranti ta’ impriżi<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>L-FNV u J. Roest ressqu lil Albron quddiem il-Kantonrechter (Qorti Kantonali) sabiex jiġi deċiż li t-trasferiment tal-attività ta’ forniment ta’ ikel li seħħ fl-<DATE ISO="20050301">1 ta’ Marzu 2005</DATE> bejn Heineken Nederland u Albron huwa trasferiment ta’ impriża skont id-Direttiva 2001/23 u li l-ħaddiema impjegati mill-HNB li ġew ittrasferiti minn Heineken Nederland daħlu fl-impjieg <HT TYPE="ITALIC">ipso iure</HT> ma’ Albron sa minn din id-data.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>L-FNV u J. Roest talbu wkoll li Albron għandha tiġi kkundannata tapplika l-kuntratt ta’ impjieg konkluż bejn Albron u J Roest, b’effett retroattiv mill-<DATE ISO="20050301">1 ta’ Marzu 2005</DATE>, il-kundizzjonijiet li kienu japplikaw bejn HNB u J. Roest sa dik id-data u li, f’dak li għandu x’jaqsam mal-arretrati fil-pagi dovuti mill-<DATE ISO="20050301">1 ta’ Marzu 2005</DATE>, għandhom jiġu imposti fuq Albron iż-żieda legali ta’ 50 % bis-saħħa tal-Artikolu 625 tal-Ktieb 7 tal-Kodiċi Ċivili Olandiż, kif ukoll l-interessi legali minn meta nħoloq tali dejn. L-FNV u J. Roest fl-aħħar nett talbu li Albron tiġi kkundannata tħallas l-ispejjeż.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza mogħtija fil-<DATE ISO="20060315">15 ta’ Marzu 2006</DATE>, il-Kantonrechter laqgħet dawn it-talbiet, bl-eċċezzjoni taż-żieda legali ta’ 50 %.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Albron appellat minn din is-sentenza quddiem il-Gerechtshof te Amsterdam (qorti tal-appell ta’ Amsterdam).</TXT></NP><?PAGE NO="I-10333"?><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Kien f’dawn iċ-ċirkustanzi illi l-Gerechtshof te Amsterdam ddeċidiet illi tissospendi d-deċiżjoni u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>1)</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2001/23 […] għandha tiġi interpretata fis-sens li trasferiment ta’ drittijiet u obbligi lil min lilu jsir it-trasferiment kif previst fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 3(1) iseħħ biss jekk min jagħmel it-trasferiment tal-impriża li għandha tiġi ttrasferita jkun ukoll il-persuna formali li timpjega lill-ħaddiema kkonċernati, jew il-protezzjoni tal-ħaddiema intiża mid-direttiva [2001/23] timplika li, fil-każ ta’ trasferiment ta’ kumpannija operattiva li tappartjeni għal grupp, id-drittijiet u l-obbligi eżistenti fir-rigward tal-ħaddiema assenjati ma’ din l-impriża jiġu ttrasferiti lil min lilu jsir it-trasferiment jekk il-persunal kollu li jaħdem fi ħdan il-grupp ikun impjegat minn kumpannija (li tappartjeni wkoll għal dan il-grupp) li għandha bħala għan il-ġestjoni tal-persunal u li tiffunzjona bħala persuna ċentrali li timpjega?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Kif għandha tkun ir-risposta għat-tieni parti tal-ewwel domanda jekk il-ħaddiema msemmija iktar ’il fuq assenjati ma’ waħda mill-impriżi tal-grupp ikunu impjegati minn kumpannija oħra li tappartjeni wkoll għall-istess grupp imma li ma hijiex kumpannija li għandha bħala għan il-ġestjoni tal-persunal kif deskritt fl-ewwel domanda?<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Permezz taż-żewġ domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk, fil-każ ta’ trasferiment fis-sens<?PAGE NO="I-10334"?> tad-Direttiva 2001/23 ta’ impriża li tappartjeni għal grupp għal impriża barra minn dan il-grupp, tistax tibqa’ kkunsidrata bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>min jagħmel it-trasferiment<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, skont l-Artikolu 2(1)(a) tal-imsemmija direttiva, l-impriża tal-grupp li magħha l-ħaddiema kienu assenjati b’mod permanenti minkejja li ma kinux marbuta b’kuntratt ta’ impjieg (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>persuna li timpjega mhux kuntrattwalment<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>), peress illi fi ħdan dan il-grupp teżisti impriża li magħha l-ħaddiema kkonċernati kienu marbuta b’tali kuntratt ta’ impjieg (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>persuna li timpjega kuntrattwalment<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>L-ewwel nett, mill-Artikolu 2(1)(a) tad-Direttiva 2001/23 jirriżulta illi min jagħmel it-trasferiment huwa dak li, minħabba t-trasferiment, skont l-Artikolu 1(1) tal-imsemmija direttiva, jitlef il-kwalità ta’ persuna li timpjega.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Mill-fatti inkwistjoni fil-kawża prinċipali jirriżulta b’mod ċar illi l-persuna li timpjega mhux kuntrattwalment, wara t-trasferiment tal-attività ttrasferita, tilfet il-kwalità ta’ persuna li timpjega mhux kuntrattwalment. Għaldaqstant, ma jistax jiġi eskluż li jista’ jiġi kkunsidrat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>min jagħmel it-trasferiment<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, skont l-Artikolu 2(1)(a) tad-Direttiva 2001/23.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Sussegwentement, kif jirriżulta mill-kliem tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/23, il-protezzjoni mogħtija permezz ta’ din id-direttiva lill-ħaddiema f’każ ta’ bdil tat-tmexxija ta’ impriża tirrigwarda d-drittijiet u l-obbliġi ta’ min jagħmel it-trasferiment li jirriżultaw, fid-data tat-trasferiment tal-impriża, minn kuntratt ta’ impjieg jew minn relazzjoni ta’ impjieg, filwaqt li skont l-Artikolu 2(2) ta’ din id-direttiva, l-eżistenza jew le ta’ kuntratt jew ta’ relazzjoni ta’ impjieg għandha tiġi evalwata skont id-dritt nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Ir-rekwiżit, skont l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/23, jew ta’ kuntratt ta’ impjieg, jew, b’mod alternattiv u għalhekk ekwivalenti, ta’ relazzjoni ta’ impjieg, fid-data<?PAGE NO="I-10335"?> tat-trasferiment, iwassal sabiex jiġi kkunsidrat illi, skont l-intenzjoni tal-leġiżlatur tal-Unjoni, rabta kuntrattwali ma’ min jagħmel it-trasferiment ma hijiex rikjesta, fiċ-ċirkustanzi kollha, sabiex il-ħaddiema jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-protezzjoni mogħtija mid-Direttiva 2001/23.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, mid-Direttiva 2001/23 ma jirriżultax illi hemm xi rapport ta’ sussidjarjetà bejn il-kuntratt ta’ impjieg u r-relazzjoni ta’ impjieg, u li għalhekk, fis-sitwazzjoni fejn hemm iktar minn persuna li timpjega waħda, għandha tiġi sistematikament privileġġjata l-persuna li timpjega kuntrattwalment.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Għalhekk, f’kuntest bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, id-Direttiva 2001/23 ma tipprekludix illi l-persuna li timpjega mhux kuntrattwalment, li magħha xi ħaddiema huma assenjati b’mod permanenti, tista’ tkun ikkunsidrata wkoll bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>min jagħmel it-trasferiment<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> fis-sens tad-Direttiva 2001/23.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 1(1)(b) tad-Direttiva 2001/23 jirriżulta illi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>ikun hemm trasferiment fis-sens ta’ [l-imsemmija] direttiva meta jkun hemm trasferiment ta’ xi entità ekonomika li żżomm l-identità tagħha, jiġifieri għaqda organizzata ta’ riżorsi bl-objettiv li twettaq attività ekonomika, kemm jekk l-attività hija ċentrali jew anċillari kemm jekk le.<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Għaldaqstant, skont id-Direttiva 2001/23, trasferiment ta’ impriża jippresupponi b’mod partikolari l-bidla tal-persuna ġuridika jew fiżika li hija responsabbli mill-attività ekonomika tal-entità ttrasferita u li, b’dan il-mod, bħala l-persuna li timpjega ħaddiema f’din l-impriża, tistabbilixxi relazzjonijiet ta’ impjieg ma’ dawn tal-aħħar, jekk ikun il-każ, minkejja n-nuqqas ta’ relazzjonijiet kuntrattwali mal-imsemmija ħaddiema.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10336"?><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Minn dan isegwi illi l-pożizzjoni ta’ persuna li timpjega kuntrattwalment, li xorta ma hijiex responsabbli mill-attività ekonomika tal-entità ekonomika ttrasferita, mhux bilfors għandha awtomatikament tkun superjuri, għall-finijiet tad-determinazzjoni ta’ min hi l-persuna li għamlet it-trasferiment, fuq il-pożizzjoni tal-persuna li timpjega mhux kuntrattwalment li hija responsabbli mill-imsemmija attività.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Din l-analiżi hi sostnuta mit-tielet premessa tad-Direttiva 2001/23, li tenfasizza l-ħtieġa li tipproteġi lill-ħaddiema fil-każ li jinbidel <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>min jimpjega<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>. Dan il-kunċett jista’, effettivament, f’kuntest bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jirreferi għal persuna li timpjega mhux kuntrattwalment, li hija responsabbli mill-ġestjoni tal-attività ttrasferita.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, jekk, fi ħdan grupp ta’ kumpanniji, jeżistu fl-istess ħin żewġ persuni li jimpjegaw, wieħed li għandu relazzjonijiet kuntrattwali mal-ħaddiema ta’ dan il-grupp u l-ieħor li għandu relazzjonijiet mhux kuntrattwali ma’ dawn tal-aħħar, xorta tista’ tiġi kkunsidrata bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>min jagħmel it-trasferiment<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> fis-sens tad-Direttiva 2001/23, il-persuna li timpjega responsabbli mill-attività ekonomika tal-entità ttrasferita illi, b’dan il-mod, għandha relazzjonijiet ta’ impjieg mal-ħaddiema ta’ din l-entità, u dan minkejja l-fatt li ma għandhiex relazzjonijiet kuntrattwali mal-imsemmija ħaddiema.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-risposti għad-domandi magħmula għandhom ikunu illi, fil-każ ta’ trasferiment fis-sens tad-Direttiva 2001/23 ta’ impriża li tappartjeni għal grupp, lil impriża li hija barra minn dan il-grupp, tista’ wkoll tiġi kkunsidrata bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>min jagħmel it-trasferiment<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, fis-sens tal-Artikolu 2(1)(a) tal-imsemmija direttiva, l-impriża tal-grupp li magħha l-ħaddiema kienu assenjati b’mod permanenti mingħajr ma kienu marbuta magħha b’kuntratt ta’ impjieg, minkejja illi fi ħdan l-istess grupp hemm impriża li magħha l-ħaddiema kkonċernati kienu marbuta permezz ta’ tali kuntratt ta’ impjieg.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-10337"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-effetti ta’ din is-sentenza ratione temporis</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Fl-osservazzjonijiet tagħha, Albron qajmet il-possibbiltà għall-Qorti tal-Ġustizzja, illi f’każ li tikkonstata illi tali sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali taqa’ taħt id-Direttiva 2001/23, tillimita <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> l-effetti ta’ din is-sentenza għall-kawżi li huma pendenti quddiemha.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Insostenn tat-talba tagħha, Albron issostni, l-ewwel nett illi n-numru ta’ talbiet imressqa kontra HNB u impriżi oħra li għamlu trasferiment huwa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>kunsiderevoli<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> u li HNB diġà ħallset pagamenti ta’ tmiem l-impjieg lill-impjegati li bdew jaħdmu ma’ Albron. It-tieni nett, hija ssostni illi l-operaturi ekonomiċi seta’ jkollhom aspettattiva leġittima, fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, illi l-applikazzjoni tad-Direttiva 2001/23 hija suġġetta għall-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ impjieg ma’ min jagħmel it-trasferiment.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, l-interpretazzjoni li l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti lil regola tad-dritt tal-Unjoni, fl-eżerċizzju tal-kompetenza mogħtija lilha mill-Artikolu 267 TFUE, tikkjarifika u tispeċifika, jekk ikun neċessarju, it-tifsira u l-portata ta’ din ir-regola, hekk kif għandha jew kif kellha tinftiehem u tiġi applikata mill-mument li ddaħħlet fis-seħħ. Minn dan jirriżulta li r-regola hekk interpretata tista’ u għandha tiġi applikata mill-qorti anki għal relazzjonijiet ġuridiċi li jkunu qamu u ġew ikkostitwiti qabel is-sentenza li tiddeċiedi fuq it-talba għal interpretazzjoni, jekk barra minn hekk jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha li jippermettu li tiġi mressqa kontroversja dwar l-applikazzjoni tal-imsemmija regola quddiem il-qrati kompetenti (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tat-<DATE ISO="19880202">2 ta’ Frar 1988</DATE>, Blaizot <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="24/86" PAGE.ECR="379" YEAR="1988">24/86, Ġabra p. 379</REF.DOC.ECR>, punt 27; tal-<DATE ISO="19951215">15 ta’ Diċembru 1995</DATE>, Bosman, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-415/93" PAGE.ECR="I-4921" YEAR="1995">C-415/93, Ġabra p. I-4921</REF.DOC.ECR>, punt 141, u tal-<DATE ISO="20060110">10 ta’ Jannar 2006</DATE>, Skov u Bilka, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-402/03" PAGE.ECR="I-199" YEAR="2006">C-402/03, Ġabra p. I-199</REF.DOC.ECR>, punt 50).</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Għaldaqstant, huwa biss f’każijiet eċċezzjonali li b’applikazzjoni ta’ prinċipju ġenerali ta’ ċertezza legali inerenti fis-sistema ġuridika tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja jista’<?PAGE NO="I-10338"?> jkollha tillimita l-possibbiltà għal kull persuna interessata li tinvoka dispożizzjoni li hija interpretat sabiex tqajjem dubju fir-rigward ta’ relazzjonijiet ġuridiċi stabbiliti <HT TYPE="ITALIC">in bona fide</HT>. Sabiex tali limitazzjoni tkun tista’ tiġi kkonstatata, huwa neċessarju li żewġ kriterji essenzjali jkunu sodisfatti, jiġifieri l-<HT TYPE="ITALIC">bona fide</HT> tal-persuni kkonċernati u r-riskju ta’ diffikultajiet serji (ara s-sentenzi tat-<DATE ISO="20070118">18 ta’ Jannar 2007</DATE>, Brzeziński, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-313/05" PAGE.ECR="I-513" YEAR="2007">C-313/05, Ġabra p. I-513</REF.DOC.ECR>, punt 56, u tat-<DATE ISO="20100413">13 ta’ April 2010</DATE>, Bressol <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-73/08" PAGE.ECR="I-2735" YEAR="2010">C-73/08, Ġabra p. I-2735</REF.DOC.ECR>, punt 91).</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>B’mod iktar speċifiku, il-Qorti tal-Ġustizzja rrikorriet għal din is-soluzzjoni biss f’ċirkustanzi preċiżi ħafna, meta, minn naħa, kien jeżisti riskju ta’ riperkussjonijiet ekonomiċi gravi partikolarment dovuti għan-numru kbir ta’ relazzjonijiet ġuridiċi stabbiliti <HT TYPE="ITALIC">in bona fide</HT> abbażi tal-leġiżlazzjoni kkunsidrata bħala validament fis-seħħ u meta, min-naħa l-oħra, kien jidher li l-individwi u l-awtoritajiet nazzjonali kienu ġew imħeġġa sabiex jaġixxu b’mod li ma kienx konformi mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni minħabba inċertezza oġġettiva u kbira fir-rigward tal-portata tad-dispożizzjonijiet tal-Unjoni, inċertezza li għaliha kienu kkontribwixxew l-aġir innifsu ta’ Stati Membri oħra jew tal-Kummissjoni (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tas-<DATE ISO="20060427">27 ta’ April 2006</DATE>, Richards, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-423/04" PAGE.ECR="I-3585" YEAR="2006">C-423/04, Ġabra p. I-3585</REF.DOC.ECR>, punt 42, u Brzeziński, iċċitata iktar ’il fuq, punt 57).</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat illi, fil-kawża prinċipali, Albron ma ssottomettiet lill-Qorti tal-Ġustizzja l-ebda prova konkreta li tista’ tistabbilixxi r-riskju ta’ diffikultajiet serji marbuta ma’ numru kbir ta’ kawżi, li wara din is-sentenza, jistgħu jinbdew kontra HNB u impriżi oħra li għamlu trasferiment. Barra minn hekk, kif l-Avukat Ġenerali rrileva fil-punt 59 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-fatt li l-HNB kienet diġà ħallset pagamenti ta’ tmiem l-impjieg lill-impjegati li bdew jaħdmu ma’ Albron ma huwiex, fi kwalunkwe każ, rilevanti.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma huwiex meħtieġ li jiġi vverifikat jekk il-kriterju tal-<HT TYPE="ITALIC">bona fide</HT> tal-partijiet ikkonċernati huwiex sodisfatt.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10339"?><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Għaldaqstant ma hemmx lok li l-effetti ta’ din is-sentenza jkunu limitati <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT>.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Fil-każ ta’ trasferiment skont id-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE, tat-<DATE ISO="20010312">12 ta’ Marzu 2001</DATE>, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji, ta’ impriża li tappartjeni għal grupp lil impriża li hija barra minn dan il-grupp, tista’ wkoll tiġi kkunsidrata bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>min jagħmel it-trasferiment<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, fis-sens tal-Artikolu 2(1)(a) tal-imsemmija direttiva, l-impriża tal-grupp li magħha l-ħaddiema kienu assenjati b’mod permanenti mingħajr ma kienu marbuta magħha b’kuntratt ta’ impjieg, minkejja illi fi ħdan l-istess grupp hemm impriża li magħha l-ħaddiema kkonċernati kienu marbuta permezz ta’ tali kuntratt ta’ impjieg.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>