European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/2268

8.10.2026

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/2268

tas-7 ta’ Ottubru 2026

li jemenda l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għall-Kanada, għar-Renju Unit u għall-Istati Uniti fil-listi tal-pajjiżi terzi, tat-territorji jew taż-żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 230(1) u l-Artikolu 232(1), il-punt (b), tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi li l-kunsinni tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi jew territorji, jitħallew jidħlu fl-Unjoni biss jekk il-pajjiżi terzi jew it-territorji kkonċernati jkunu elenkati f’konformità mal-Artikolu 230(1) ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali li l-konsenji ta’ ċerti speċijiet u kategoriji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali, li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi, territorji, jew żoni tagħhom, jew minn kompartimenti tagħhom fil-każ tal-annimali tal-akkwakultura, iridu jikkonformaw magħhom biex jidħlu fl-Unjoni.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 (3) jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom hu permess id-dħul fl-Unjoni tal-ispeċijiet u l-kategoriji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali, li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692. Dawk il-listi u ċerti regoli ġenerali li jikkonċernaw dawk il-listi huma stabbiliti fl-Annessi I sa XXII ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

(4)

B’mod aktar partikolari, l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxu l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom hu awtorizzat id-dħul fl-Unjoni, rispettivament, ta’ kunsinni tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa.

(5)

Il-Kanada nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tliet tifqigħat tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja (HPAI) tas-sottotipi H5N1 u H5 fil-pollam fil-provinċji ta’ Manitoba u Alberta, li ġew ikkonfermati fit-23 ta’ Settembru 2026 u fil-25 ta’ Settembru 2026 rispettivament, b’analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(6)

Ir-Renju Unit innotifika lill-Kummissjoni dwar tifqigħa tal-HPAI tas-sottotip H5N5 fil-pollam f’Isle of Lewis, l-Iskozja, li ġiet ikkonfermata fit-2 ta’ Ottubru 2026 b’analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(7)

L-Istati Uniti nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar żewġ tifqigħat ġodda tal-HPAI tas-sottotip H5 fil-pollam fl-istati ta’ Indiana u Minnesota, li ġew ikkonfermati fit-28 ta’ Settembru 2026 u fit-30 ta’ Settembru 2026 rispettivament, b’analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(8)

Wara dawk it-tifqigħat riċenti tal-HPAI, l-awtoritajiet veterinarji tal-Kanada, tar-Renju Unit u tal-Istati Uniti stabbilew żoni ristretti ta’ mill-anqas 10 km madwar l-istabbilimenti affettwati u implimentaw politika tal-qerda biex jikkontrollaw il-preżenza tal-HPAI u jillimitaw it-tixrid ta’ dik il-marda.

(9)

Il-Kanada, ir-Renju Unit, u l-Istati Uniti ssottomettew informazzjoni lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorji rispettivi tagħhom u l-miżuri li ħadu biex jevitaw aktar tixrid tal-HPAI wara dawk it-tifqigħat riċenti tal-HPAI.

(10)

Il-Kummissjoni evalwat dik l-informazzjoni. Fid-dawl tas-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali fiż-żoni bir-restrizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet veterinarji tal-Kanada, tar-Renju Unit, u tal-Istati Uniti, jenħtieġ li jiġi sospiż id-dħul fl-Unjoni tal-konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa miż-żoni kkonċernati mit-tifqigħat ġodda f’dawk il-pajjiżi terzi, biex jitħares l-istatus tas-saħħa tal-annimali tal-Unjoni, filwaqt li jitqiesu d-dati meta ġew ikkonfermati t-tifqigħat. Għalhekk, l-entrati għal dawk il-pajjiżi terzi fit-tabelli stabbiliti fit-Taqsima B tal-Part 1 u fil-Parti 2 tal-Anness V, u fit-tabella stabbilita fit-Taqsima B tal-Parti 1 tal-Anness XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jenħtieġ li jiġu emendati kif xieraq.

(11)

Filwaqt li jitqiesu t-tifqigħat il-ġodda tal-HPAI fil-Kanada, fir-Renju Unit, u fl-Istati Uniti, l-emendi li jridu jsiru fl-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 b’dan ir-Regolament jenħtieġ li jsiru effettivi b’urġenza.

(12)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Ottubru 2026.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/692/oj).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali skont ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/404/oj).


ANNESS

L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness V huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-Parti 1, it-Taqsima B hija emendata kif ġej:

(i)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni CA-2.343, CA-2.344 u CA-2.345 jiżdiedu wara r-ringiela għaż-żona CA-2.342:

“CA

Il-Kanada

CA-2.343

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

23.9.2026

 

CA-2.344

N, P1

 

23.9.2026

 

CA-2.345

N, P1

 

25.9.2026”

 

(ii)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringiela li ġejja għaż-żona GB-2.471 tiżdied wara r-ringiela għaż-żona GB-2.470:

“GB

Ir-Renju Unit

GB-2.471

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

2.10.2026”

 

(iii)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni US-2.1420 sa US-2.1421 jiżdiedu wara r-ringiela għaż-żona US-2.1419:

“US

L-Istati Uniti

US-2.1420

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

28.9.2026

 

US-2.1421

N, P1

 

30.9.2026”

 

(b)

il-Parti 2 hija emendata kif ġej:

(i)

fl-entrata għall-Kanada, jiżdiedu deskrizzjonijiet li ġejjin taż-żoni CA-2.343, CA-2.344 u CA-2.345 wara r-ringiela għaż-żona CA-2.342:

“Il-Kanada

CA-2.343

Manitoba – Latitude 51.13, Longitude -96.95

The municipalities involved are:

3km PZ: Bifrost-Riverton and Riverton

10km SZ: Bifrost-Riverton, Riverton, Shorncliffe, and Washow Bay

CA-2.344

Manitoba – Latitude 50.14, Longitude -97.53

The municipalities involved are:

3km PZ: Grosse Isle, Rockwood, Rosser and Woodlands

10km SZ: Rockwood, Rosser, Stonewall, Warren, and Woodlands

CA-2.345

Alberta – Latitude 53.78, Longitude -110.12

The municipalities involved are:

3km PZ: Marwayne and Vermilion River

10km SZ: Marwayne, Tulliby Lake, Vermilion River”

(ii)

fl-entrata għar-Renju Unit, id-deskrizzjoni li ġejja taż-żona GB-2.471 tiżdied wara d-deskrizzjoni taż-żona GB-2.470:

“Ir-Renju Unit

GB-2.471

Ness, Isle of Lewis, Scotland, GB

the area contained with a circle of a radius of 10 km, centred on WGS84 dec, coordinates Lat: N58.50 and Long: W6.25”

(iii)

fl-entrata għall-Istati Uniti, id-deskrizzjonijiet li ġejjin taż-żoni US-2.1420 u US-2.1421 jiżdiedu wara d-deskrizzjoni taż-żona US-2.1419:

“L-Istati Uniti

US-2.1420

State of Minnesota

Stearns 32

Stearns County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 94.7644249°W 45.7257142°N)

US-2.1421

State of Indiana

Jay 14

Jay County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 85.0130028°W 40.6217212°N)”

(2)

fl-Anness XIV, il-Parti 1, it-Taqsima B hija emendata kif ġej:

(a)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni CA-2.343, CA-2.344 u CA-2.345 jiżdiedu wara r-ringiela għaż-żona CA-2.342:

“CA

Il-Kanada

CA-2.343

POU, RAT

N, P1

 

23.9.2026

 

GBM

P1

 

23.9.2026

 

CA-2.344

POU, RAT

N, P1

 

23.9.2026

 

GBM

P1

 

23.9.2026

 

CA-2.345

POU, RAT

N, P1

 

25.9.2026

 

GBM

P1

 

25.9.2026”

 

(b)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringiela li ġejja għaż-żona GB-2.471 tiżdied wara r-ringiela għaż-żona GB-2.470:

“GB

Ir-Renju Unit

GB-2.471

POU, RAT

N, P1

 

2.10.2026

 

GBM

P1

 

2.10.2026”

 

(c)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni US-2.1420 sa US-2.1421 jiżdiedu wara r-ringiela għaż-żona US-2.1419:

“US

L-Istati Uniti

US-2.1420

POU, RAT

N, P1

 

28.9.2026

 

GBM

P1

 

28.9.2026

 

US-2.1421

POU, RAT

N, P1

 

30.9.2026

 

GBM

P1

 

30.9.2026”

 


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/2268/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)