22002D0070



Official Journal L 266 , 03/10/2002 P. 0003 - 0004


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE

Nru 70/2002

tal-25 ta' Ġunju 2002

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet Veterinarji u titosanitarji) li jinsab mal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT ŻEE,

Wara li kunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed il-quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness I li jinsab mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE Nru 149/20 tal-11 ta' Diċembru 2001 [1].

(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/301/KE tal-11 ta' April 2001 li temenda d-Deċiżjoni 92/486/KEE li tistabbilixxi l-forma ta' kooperazzjoni bejn iċ-ċentru ANIMO li jospita u l-Istati Membri [2] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/313/KE ta' l-4 ta' April 2001 li temenda għat-tieni darba Deċiżjoni 1999/766/KE dwar ċerti miżuri protettivi fir-rigward ta' anaemia infettuża tas-salamun fis-salmonidi fin-Norveġja [3] għandha tiġi inkorpoarata fil-Ftehim.

(4) Din id-Deċiżjoni ma għandhiex tgħodd għall-Liechtenstein,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

It-Taqsima 1.2 tal-Kapitolu I ta' l-Anness I li jinsab mal-Ftehim ghandha tigi emendata kif gej:

1. L-inciz li gej ghandu jizdied mal-punt 12 (Decizjoni tal-Kummissjoni 92/486/KEE):

"- 32001 D 0301: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/301/KE tal-11 ta' April 2001 (ĠU L 102, tat-12.4.2001, p. 73)."

2. L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 90 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/766/KE):

"- 32001 D 0313: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/313/KE ta' l-4 ta' April 2001 (ĠU L 109, tad-19.4.2001, p. 67)."

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjonijiet 2001/301/KE u 2001/313/KE fil-lingwi ta' l-Islanda u tan-Norveġja, li għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-26 ta' Ġunju 2002, kemm-il darba n-notifikazzjonijiet kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu intgħamlu lill-Kumitat Konġunt ŻEE [4].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fit-Taqsima ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE ta', l-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fil-25 ta' Ġunju 2002.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

P. Westerlund

[1] ĠU L 65, tas-7.3.2002, p. 20.

[2] ĠU L 102, tat-12.4.2001, p. 73.

[3] ĠU L 109, tad-19.4.2001, p. 67.

[4] Ebda ħtiġiet kostituzzjonali ma huma indikati.

--------------------------------------------------