|
26.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 313/11 |
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tal-25 ta’ Ottubru 2011
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima II — Kunsill
(2011/755/UE)
IL-PARLAMENT EWROPEW,
wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009 (1),
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009 (SEC(2010)963 – C7-0213/2010) (2),
wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kunsill għall-awtorità ta’ kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fis-sena 2009,
wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2009, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet (3),
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti pprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (4),
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tal-10 ta’ Mejju 2011 (5) li tipposponi d-deċiżjoni ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja 2009, kif ukoll ir-riżoluzzjoni ta’ ma’ dik id-deċiżjoni,
wara li kkunsidra l-Artikolu 272(10) u l-Artikoli 274, 275 u 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (6), u b’mod partikolari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 190/2003 tas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill/ir-Rappreżentant Għoli għall-Politika Barranija u tas-Sigurtà Komuni dwar ir-rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar tad-delegati tal-Membri tal-Kunsill (7),
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni tas-17 ta’ Mejju 2006, dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (8),
wara li kkunsidra r-regola 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0328/2011),
|
1. |
Jiċħad il-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kunsill għas-sena finanzjarja 2009; |
|
2. |
Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni u r-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L). |
Il-President
Jerzy BUZEK
Is-Segretarju Ġenerali
Klaus WELLE
(2) ĠU C 308, 12.11.2010, p. 1.
(3) ĠU C 303, 9.11.2010, p. 1.
(4) ĠU C 308, 12.11.2010, p. 129.
(5) ĠU L 250, 27.9.2011, p. 23.
(6) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(7) Deċiżjoni li toħroġ mir-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2002 (ĠU L 230, 28.8.2002, p. 7).
RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tal-25 ta’ Ottubru 2011
li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima II — Il-Kunsill
IL-PARLAMENT EWROPEW,
wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009 (1),
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009 (SEC(2010)963 — C7-0213/2010) (2),
wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kunsill għall-awtorità ta’ kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fis-sena 2009,
wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2009, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet (3),
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti pprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (4),
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tal-10 ta’ Mejju 2011 (5) li tipposponi d-deċiżjoni ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja 2009, kif ukoll ir-riżoluzzjoni ta’ ma’ dik id-deċiżjoni,
wara li kkunsidra l-Artikolu 272(10) u l-Artikoli 274, 275 u 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (6) (Regolament Finanzjarju), u b’mod partikolari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 190/2003 tas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill/ir-Rappreżentant Għoli għall-Politika Barranija u tas-Sigurtà Komuni dwar ir-rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar tad-delegati tal-Membri tal-Kunsill (7),
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni tas-17 ta’ Mejju 2006, dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (8),
wara li kkunsidra r-regola 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0328/2011),
|
A. |
billi “ċ-ċittadini għandhom id-dritt li jkunu jafu kif it-taxxi tagħhom qed jintefqu u kif qed tiġi mmaniġġjata s-setgħa fdata f’idejn il-korpi politiċi” (9), |
|
B. |
billi l-amministrazzjoni tal-Kunsill għandha tkun soġġetta għall-obbligu demokratiku ta’ rendikont lejn ċ-ċittadini tal-Unjoni fejn tidħol l-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni, |
|
C. |
billi huwa importanti wkoll li tiġi żgurata trasparenza akbar fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, u ċ-ċittadini Ewropej għandhom id-dritt ikunu infurmati aħjar f’dan ir-rigward ukoll, il-Parlament jilqa’ l-ftehim milħuq mal-Kunsill dwar is-suġġett ta’ tabelli ta’ korrelazzjoni, |
|
D. |
billi l-Parlament huwa l-uniku korp elett direttament fost l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, u għandu r-responsabbiltà li jagħti kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, |
Kwestjonijiet pendenti
|
1. |
Jiddeplora d-diffikultajiet li nstabu fil-proċeduri ta’ kwittanza mill-2007 sal-2009 u, barra minn hekk, jafferma mill-ġdid il-pożizzjoni tiegħu fir-riżoluzzjonijiet ta’ kwittanza preċedenti tiegħu dwar dawk l-eżerċizzji finanzjarji; |
|
2. |
Jirrikonoxxi r-riċeviment tal-ittra tat-28 ta’ Frar 2011 li ntbagħtet mis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill li fiha għadd ta’ dokumenti għall-proċedura ta’ kwittanza tal-Kunsill 2009 (id-dikjarazzjonijiet finanzjarji finali tal-2009 li jinkludu l-kontijiet, rapport dwar l-attività finanzjarja u sommarju tal-verifiki interni għall-2009) u jilqa’ dan bħala pass kostruttiv lejn l-iżgurar tal-obbligu demokratiku ta’ rendikont tal-baġit amministattiv tal-Kunsill; |
|
3. |
Jilqa’ l-fatt li l-Kunsill ressaq id-dokumenti msemmija hawn fuq lill-Parlament u li l-Presidenza tal-Kunsill ipparteċipat fil-Plenarja waqt id-dibattitu ta’ kwittanza 2009; ifakkar, madanakollu, li l-kwittanza ġiet posposta peress li l-Parlament ma rċieva l-ebda risposta għal numru ta’ kwestjonijiet pendenti dwar il-kwittanza tal-Kunsill 2009 li tqajmu fi stadju aktar bikri, jiġifieri:
|
Id-dritt tal-Parlament għall-għoti ta’ kwittanza
|
4. |
Jieħu nota tal-ittra tat-2 ta’ Ġunju 2011 mill-Presidenza tal-Kunsill lill-President tal-Parlament Ewropew li fiha l-Kunsill iqis “li l-kwittanza tal-kontijiet kollha tal-Unjoni għall-2009, inklużi tiegħu, ingħatat b’konformità mal-liġi Ewropea permezz ta’ votazzjoni mill-Parlament fl-10 ta’ Mejju 2011, b’konformità mal-Artikolu 319 tat-TFUE”; |
|
5. |
Jenfasizza d-dritt tal-Parlament li jagħti kwittanza, skont l-Artikoli 316, 317 u 319 tat- TFUE, li għandhom jiġu interpretati fid-dawl tal-kuntest u l-fini tagħhom, li hu li jressaq l-implimentazzjoni tal-baġit kollu tal-Unjoni Ewropea għall-kontroll u skrutinju parlamentari mingħajr eċċezzjoni, u li jagħti kwittanza b’mod awtonomu mhux biss fir-rigward tat-taqsima tal-baġit implimentata mill-Kummissjoni, iżda wkoll fir-rigward tat-taqsimiet tal-baġit implimentati mill-istituzzjonijiet l-oħra, kif imsemmi fl-Artikolu 1 tar-Regolament Finanzjarju; |
|
6. |
Huwa tal-opinjoni li l-Artikolu 319 tat-TFUE u l-Artikolu 50 tar-Regolament Finanzjarju jeħtieġu li l-istituzzjonijiet l-oħra jirrispettaw l-istess regoli u kundizzjonijiet bħall-Kummissjoni fl-eżekuzzjoni tal-baġit tiegħu; iqis li, għaldaqstant, ir-responsabbiltà għall-implimentazzjoni ta’ kull baġit taqa’ f’idejn kull istituzzjoni rispettiva u mhux f’idejn il-Kummissjoni biss; |
|
7. |
Jenfasizza li, minkejja l-interpretazzjonijiet legali differenti tal-għeluq awtomatizzat tal-kontijiet, il-Parlament huwa tal-opinjoni li għall-intenzjonijiet u l-finijiet kollha, il-valutazzjoni tal-ġestjoni finanzjarja tal-istituzzjoni matul is-sena eżaminata għandha titlesta, u b’hekk jinżamm l-ekwilibriju istituzzjonali preżenti, li bih il-Parlament hu responsabbli għall-iżgurartal-obbligu demokratiku tar-rendikont lejn iċ-ċittadini tal-Unjoni; |
|
8. |
Iqis li r-raġunament legali msemmi hawn fuq kif ukoll il-prattika stabbilita li biha jiġu adottati deċiżjonijiet individwali dwar il-kwittanza fir-rigward ta’ kull istituzzjoni u korp tal-Unjoni jsostnu din l-interpretazzjoni u, barra minn hekk, id-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għandhom jiġu adottati separatament għal raġunijiet operattivi sabiex jiġu evitati n-nuqqas ta’ kontinwità u t-tfixkil tal-azzjoni tal-Unjoni; |
|
9. |
Huwa tal-opinjoni li l-interpretazzjoni tal-Artikolu 147 tar-Regolament Finanzjarju u tal-Artikolu 256 tat-TFUE hi li n-nuqqas li jittieħdu l-passi xierqa għal aġir fuq l-osservazzjonijiet li jakkumpanjaw id-deċiżjoni ta’ kwittanza tal-Parlament, jawtorizza lill-Parlament jagħti bidu għal azzjoni kontra n-nuqqas ta’ aġir; |
Rwol differenti għall-Parlament u l-Kunsill fil-proċedura ta’ kwittanza
|
10. |
Jinnota li, skont id-dikjarazzjoni tal-Presidenza tal-Kunsill waqt il-laqgħa tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-21 ta’ Ġunju 2011, “il-memorandum ta’ fehim” adottat mill-Coreper fit-2 ta’ Marzu 2011 huwa maħsub biex jifforma l-bażi tar-relazzjonijiet bejn il-Parlament u l-Kunsill fir-rigward tal-kwittanza tal-baġits rispettivi tagħhom; jinnota wkoll li dan il-memorandum jeħtieġ reċiproċità sħiħa bejn il-Parlament u l-Kunsill fir-rigward tat-tressiq tad-dokumenti, it-tweġibiet għall-mistoqsijiet u laqgħa bilaterali li għandha tiġi organizzata kull sena bejn ir-rappreżentanti tal-Kunsill u l-kumitat tal-Parlament responsabbli għall-proċedura ta’ kwittanza, kif ukoll is-Segretarji Ġenerali taż-żewġ istituzzjonijiet; |
|
11. |
Jirrispetta bis-sħiħ ir-rwol tal-Kunsill bħala l-awtorità li tirrakkomanda fil-proċedura ta’ kwittanza annwali, kif previst fl-Artikolu 319 tat-TFUE; madanakollu, ma jaqbilx mal-Kunsill kieku dan kellu jqis li l-pożizzjoni tiegħu hija l-istess bħal dik tal-Parlament fir-rigward tal-għoti tal-kwittanza; |
|
12. |
Itenni li għandha tibqa’ ssir distinzjoni fir-rigward tal-irwoli differenti tal-Parlament u tal-Kunsill fil-proċedura ta’ kwittanza u li l-amministrazzjoni tal-Kunsill (is-Segretarjat Ġenerali tiegħu), flimkien mal-amministrazzjonijiet l-oħra tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, inkluża l-amministrazzjoni nnifisha tal-Parlament, għandhom ikunu soġġetti għall-kontroll tal-Qorti tal-Awdituri u għandhom ikunu obbligati li jagħtu rendikont sħiħ liċ-ċittadini tal-Unjoni għall-implimentazzjoni tal-baġits rispettivi tagħhom, permezz tal-proċedura ta’ kwittanza kif stipulata fit-TFUE; |
|
13. |
Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri twettaq il-kontroll tagħha fuq dawn l-istituzzjonijiet separatament mill-kontrolli tal-Kummissjoni u jenfasizza li l-element finali tal-katina tal-obbligu li jingħata rendikont għandu jkun il-kontroll demokratiku permezz tal-kwittanza mogħtija mill-Parlament; |
|
14. |
Ifakkar lill-Qorti tal-Awdituri bis-suġġeriment tal-Parlament li għandha twettaq valutazzjoni fil-fond tas-sistemi superviżorji u ta’ kontroll fil-Kunsill, simili għall-valutazzjonijiet li wettqet fil-Qorti tal-Ġustizzja, l-Ombudsman Ewropew u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data waqt it-tħejjija tar-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri rigward is-sena finanzjarja 2010; |
L-elementi prinċipali tal-kwittanza tal-Kunsill
|
15. |
Ifakkar li n-nefqa tal-Kunsill għandha tiġi skrutinizzata bl-istess mod bħal dik tal-istituzzjonijiet l-oħra, u l-elementi fundamentali ta’ tali skrutinju għandhom ikunu:
|
(2) ĠU C 308, 12.11.2010, p. 1.
(3) ĠU C 303, 9.11.2010, p. 1.
(4) ĠU C 308, 12.11.2010, p. 129.
(5) ĠU L 250, 27.9.2011, p. 23.
(6) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(7) Deċiżjoni li toħroġ mir-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2002 (ĠU L 230, 28.8.2002, p. 7).
(8) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(9) L-Inizjattiva Ewropea Favur it-Trasparenza.