|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/5157 |
8.10.2026 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-BORD EWROPEW DWAR IR-RISKJU SISTEMIKU
tal-17 ta’ Settembru 2026
li temenda r-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 dwar il-valutazzjoni tal-effetti transkonfinali ta’ miżuri tal-politika makroprudenzjali u r-reċiproċità volontarja tagħhom
(BERS/2026/4)
(C/2026/5157)
IL-BORD ĠENERALI TAL-BORD EWROPEW DWAR IR-RISKJU SISTEMIKU,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Anness IX tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni Ewropea tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (2), u b’mod partikolari l-Artikoli 3 u 16 sa 18 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (3), u b’mod partikolari t-Taqsima I tal-Kapitolu 4 tat-Titolu VII tagħha,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni BERS/2011/1 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tal-20 ta’ Jannar 2011 li tadotta r-Regoli tal-Proċedura tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (4), u b’mod partikolari l-Artikoli 18 sa 20 tagħha,
Filwaqt li:
|
(1) |
Sabiex jiġu żgurati l-effettività u l-applikazzjoni konsistenti tal-miżuri ta’ politika makroprudenzjali nazzjonali, huwa importanti li r-rikonoxximent meħtieġ skont id-dritt tal-Unjoni jiġi kkomplementat b’reċiproċità volontarja. |
|
(2) |
Il-qafas dwar ir-reċiproċità volontarja għal miżuri tal-politika makroprudenzjali stabbilit fir-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (5) għandu l-għan li jiżgura li l-miżuri kollha tal-politika makroprudenzjali bbażati fuq skopertura attivati fi Stat Membru wieħed ikunu rreċiprokati fl-Istati Membri l-oħrajn. |
|
(3) |
Fid-29 ta’ Ġunju 2026 (6), il-Ministeru Daniż għat-Tassazzjoni u t-Tkabbir Ekonomiku, li jaġixxi bħala l-awtorità maħtura għall-fini tal-Artikolu 133 tad-Direttiva 2013/36/UE, innotifika lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) bl-intenzjoni tiegħu li jaġġusta rata ta’ riżerva għal riskju sistemiku settorjali (sSyRB), f’konformità mal-Artikolu 133 ta’ dik id-Direttiva. In-notifika tikkonċerna aġġustament ta’ miżura attwalment fis-seħħ, li kienet notifikata primarjament lill-BERS fl-10 ta’ Ottubru 2023. Sussegwentement għan-notifika, il-BERS ħareġ l-Opinjoni BERS/2023/12 (7) li fiha qies il-miżura bħala ġustifikata, proporzjonata, effettiva u effiċjenti biex jiġu indirizzati r-riskji li għalihom kienet immirata. Il-Kummissjoni Ewropea awtorizzat l-adozzjoni tal-miżura ta’ politika makroprudenzjali, li filfatt għadha ma ġietx attivata. Sussegwentement ġiet modifikata, bil-konsegwenza li l-BERS ġie nnotifikat ulterjorment fis-7 ta’ Ġunju 2024. Dan l-aġġustament ġie kkunsidrat mill-BERS bħala devjazzjoni żgħira biss mill-miżura li ġiet innotifikata fl-10 ta’ Ottubru 2023. |
|
(4) |
Il-miżura makroprudenzjali nnotifikata fid-29 ta’ Ġunju 2026 hija rata ta’ riżerva għal riskju sistemiku settorjali (sSyRB) ta’ 7 % applikabbli għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha awtorizzati fid-Danimarka, fuq bażi individwali u kkonsolidata. Din se tapplika għat-tipi kollha ta’ skoperturi li jinsabu fid-Danimarka għal korporazzjonijiet mhux finanzjarji li joperaw f’attivitajiet marbuta ma’ proprjetà immobbli li huma ddentifikati abbażi tal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi tagħhom fl-Unjoni Ewropea kif stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). |
|
(5) |
Il-miżura ta’ politika makroprudenzjali aġġustata hija differenti mill-miżura nnotifikata fis-7 ta’ Ġunju 2024 fi tliet aspetti: (i) il-parti ta’ skopertura eskluża mill-applikazzjoni tas-sSyRB tiżdied minn medda tal-proporzjon bejn is-self u l-valur ta’ 0 % sa 15 % għal medda ta’ 0 % sa 30 %; (ii) add-ons li jirrelataw ma mudelli abbażi ta’ rati interni (IRB) huma kkalkulati fil-kalkolu tal-iskopertura ponderata għar-riskju li hija l-bażi għal din il-miżura; u (iii) is-subsettur ta’ l-“attivitajiet marbuta ma’ proprjetà immobbli fuq bażi ta’ tariffa jew kuntratt’” huwa eskluż mill-applikazzjoni tal-miżura. Ir-rata ta’ sSyRB tapplika mit-30 ta’ Ġunju 2024. Il-miżura se tiġi eżaminata mill-ġdid mill-awtorità maħtura li taġixxi bħala tali għall-fini tal-Artikolu 133 tad-Direttiva 2013/36/UE mhux aktar tard minn sentejn wara l-applikazzjoni inizjali tagħha. |
|
(6) |
Ladarba s-somma tar-rata ta’ riżerva tal-Istituzzjonijiet Globali u Oħrajn sistemikament importanti (G-SII/O-SII) u r-rata SyRB ma tiżdiedx għal kwalunkwe bank individwali, il-miżura aġġustata ma tirrikjedix awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, l-impatt ġenerali tal-miżura ta’ politika makroprudenzjali huwa li jillaxka l-miżura fis-seħħ — peress li hija tnaqqas il-kapital meħtieġ għar-riżerva b’madwar 24 %. |
|
(7) |
Fin-notifika tiegħu tad-29 ta’ Ġunju 2026, il-Ministeru Daniż tat-Tassazzjoni u t-Tkabbir Ekonomiku ppreżenta wkoll talba lill-BERS biex jirrakkomanda r-reċiproċità tal-miżura ta’ politika makroprudenzjali aġġustata, skont l-Artikolu 134(5) tad-Direttiva 2013/36/UE. |
|
(8) |
Il-miżura fis-seħħ hija attwalment inkuża fil-lista ta’ miżuri ta’ politika makroprudenzjali li huma rrakkomandati għar-reċiproċità skont ir-Rakomandazzjoni BERS/2015/2 u hija rrakkomandata għar-reċiproċità fuq bażi individwali u kkonsolidata. Sussegwentement għan-notifika lill-BERS fl-10 ta’ Ottubru 2023, kienet inizjalment irrakkomandata għar-reċiproċità bl-adozzjoni tar-Rakkomandazzjoni BERS/2023/12 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (9) fit-8 ta’ Diċembru 2023, u mbagħad bl-adozzjoni tar-Rakkomandazzjoni BERS/204/3 (10) fit-8 ta’ Lulju 2024. |
|
(9) |
Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, kif emendata bir-Rakkomandazzjoni BERS/2017/4 (11), tirrakkomanda li l-awtorità rilevanti li tattiva miżura ta’ politika makroprudenzjali għandha, meta tippreżenta talba għal reċiproċità lill-BERS, tipproponi limitu ta’ materjalità li taħtu l-iskopertura ta’ fornitur individwali ta’ servizzi finanzjarji għar-riskju makroprudenzjali identifikat fil-ġurisdizzjoni fejn il-miżura ta’ politika makroprudenzjali tiġi applikata mill-awtorità ta’ attivazzjoni tista’ titqies bħala mhux materjali. Il-BERS jista’ jirrakkomanda livell limitu differenti jekk jitqies neċessarju. |
|
(10) |
Sussegwentement għat-talba mill-Ministeru Daniż tat-Tassazzjoni u t-Tkabbir Ekonomiku għar-reċiproċità tal-miżura u sabiex: (i) jiġi żgurat li l-aġġustamenti lill-miżura makroprudenzjali Daniża deskritti hawn fuq huma riflessi; u (ii) tiġi evitata l-materjalizzazzjoni ta’ effetti transkonfinali negattivi fil-forma ta’ tnixxijiet u arbitraġġ regolatorju li jistgħu jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-miżura ta’ politika makroprudenzjali applikabbli fid-Danimarka, il-Bord Ġenerali tal-BERS iddeċieda li jkompli jinkludi l-miżura fil-lista ta’ miżuri ta’ politika makroprudenzjali li huma rrakkomandati li jiġu reċiprokati skont ir-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 u li jirrakkomanda l-aġġustament tal-miżura skont in-notifika mill-Ministeru Daniż tat-Tassazzjoni u t-Tkabbir Ekonomiku. |
|
(11) |
Il-Bord Ġenerali tal-BERS iddeċieda wkoll li jżomm ir-rakkomandazzjoni għal limitu massimu ta’ materjalità speċifiku għall-istituzzjoni ta’ EUR 200 miljun biex jidderieġi l-applikazzjoni tal-prinċipju de minimis mill-Istati Membri reċiprokanti. L-awtoritajiet rilevanti li jirreċiprokaw il-miżura jistgħu jeżentaw lill-istituzzjonijiet mir-rekwiżit ta’ riżerva għal riskju sistemiku sakemm l-iskoperturi rilevanti tagħhom ma jaqbżux l-EUR 200 miljun. |
|
(12) |
Għalhekk, ir-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
EMENDI
Ir-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fit-Taqsima 1, is-subrakkomandazzjoni C(1) il-miżura taħt id-Danimarka hija sostitwita b’dan li ġej:
|
|
(2) |
l-Anness huwa emendat skont l-Anness għal din ir-Rakkomandazzjoni. |
Magħmul fi Frankfurt am Main, is-17 ta’ Settembru 2026.
Il-Kap tas-Segretarjat tal-BERS,
F’isem il-Bord Ġenerali tal-BERS
Francesco MAZZAFERRO
(1) ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/1994/1/oj.
(2) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/1092/oj.
(3) ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2013/36/oj.
(5) Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tal-15 ta’ Diċembru 2015 dwar il-valutazzjoni tal-effetti transfruntiera ta’ miżuri tal-politika makroprudenzjali u r-reċiproċità volontarja tagħhom (ĠU C 97, 12.3.2016, p. 9).
(6) In-notifika ġiet sussegwentement aġġornata u ritrażmessa fit-3 ta’ Lulju 2026.
(7) Opinjoni BERS/2023/12 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tas-16 ta’ Novembru 2023 rigward in-notifika Daniża tal-iffissar jew l-iffissar mill-ġdid ta’ rata tar-riżerva għal riskju sistemiku skont l-Artikolu 133 tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu. Disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-BERS fuq www.esrb.europa.eu.
(8) Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1893/oj).
(9) Rakkomandazzjoni tal-Bord Ewropew għar-Riskju Sistemiku tat-8 ta’ Diċembru 2023 li temenda r-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 dwar il-valutazzjoni tal-effetti transkonfinali ta’ miżuri tal-politika makroprudenzjali u r-reċiproċità volontarja tagħhom (BERS/2023/13) (ĠU C, C/2024/3114, 6.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3114/oj).
(10) Rakkomandazzjoni tal-Bord Ewropew għar-Riskju Sistemiku tat-8 ta’ Lulju 2024 li temenda r-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 dwar il-valutazzjoni tal-effetti transkonfinali ta’ miżuri tal-politika makroprudenzjali u r-reċiproċità volontarja tagħhom (BERS/2024/3) (ĠU C, C/2024/5044, 16.8.2023) ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5044/oj).
(11) Rakkomandazzjoni BERS/2017/4 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tal-20 ta’ Ottubru 2017 li temenda r-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 dwar il-valutazzjoni tal-effetti transkonfinali ta’ miżuri tal-politika makroprudenzjali u r-reċiproċità volontarja tagħhom (ĠU C 431, 15.12.2017, p. 1).
ANNESS
L-Anness tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
il-miżura taħt id-Danimarka hija ssostitwita b’dan li ġej: “ Riżerva għal riskju sistemiku settorjali ta’ 7 % fuq it-tipi kollha ta’ skoperturi li jinsabu fid-Danimarka għal korporazzjonijiet mhux finanzjarji li joperaw f’attivitajiet marbuta ma’ proprjetà immobbli ddentifikati abbażi tal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi tagħhom fl-Unjoni Ewropea kif stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 1893/2006, bl-eċċezzjoni ta’ assoċjazzjonijiet ta’ akkomodazzjoni soċjali u akkomodazzjonijiet kooperattivi tad-djar, u ‘attivitajiet marbuta ma’ proprjetà immobbli fuq bażi ta’ tariffa jew kuntratt’, u bl-esklużjoni tal-parti ta’ kull skopertura li tinsab fil-medda tal-proporzjon bejn is-self u l-valur ta’ 0 % sa 30 % mill-ambitu tal-iskoperturi li għalihom tapplika r-riżerva għal riskju sistemiku settorjali.”; |
|
(2) |
taħt id-Danimarka, it-taqsima intitolata “I Deskrizzjoni tal-miżura” hija ssostitwita b’dan li ġej: “I. Deskrizzjoni tal-miżura
(*1) Id-determinazzjoni tas-subsettijiet speċifiċi ta’ skoperturi settorjali li għalihom se tiġi applikata l-sSyRB, hija bbażata fuq il-Linji Gwida tal-EBA dwar is-subsettijiet xierqa ta’ skoperturi settorjali li għalihom l-awtoritajiet kompetenti jew nominati jistgħu japplikaw riżerva għal riskju sistemiku f’konformità mal-Artikolu 133(5)(f) tad-Direttiva 2013/36/UE, (EBA-GL-2020–13), disponibbli fuq is-sit web tal-EBA fuq: www.eba.europa.eu." () Id-determinazzjoni tas-subsettijiet speċifiċi ta’ skoperturi settorjali li għalihom se tiġi applikata l-sSyRB, hija bbażata fuq il-Linji Gwida tal-EBA dwar is-subsettijiet xierqa ta’ skoperturi settorjali li għalihom l-awtoritajiet kompetenti jew nominati jistgħu japplikaw riżerva għal riskju sistemiku f’konformità mal-Artikolu 133(5)(f) tad-Direttiva 2013/36/UE, (EBA-GL-2020–13), disponibbli fuq is-sit web tal-EBA fuq: www.eba.europa.eu. |
|
(3) |
taħt id-Danimarka, it-taqsima intitolata “II. Reċiproċità” hija ssostitwita b’dan li ġej: “II. Reċiproċità
(*2) NACE Rev. 2.1. Klassifikazzjoni statistika ta’ attivitajiet ekonomiċi fl-Unjoni Ewropea, Eurostat, Lussemburgu, 2025." () NACE Rev. 2.1. Klassifikazzjoni statistika ta’ attivitajiet ekonomiċi fl-Unjoni Ewropea, Eurostat, Lussemburgu, 2025. |
|
(4) |
taħt id-Danimarka, it-taqsima intitolata “III. Livell limitu ta’ materjalità” huwa ssostitwit b’dan li ġej: “III. Livell limitu ta’ materjalità
|
(*1) Id-determinazzjoni tas-subsettijiet speċifiċi ta’ skoperturi settorjali li għalihom se tiġi applikata l-sSyRB, hija bbażata fuq il-Linji Gwida tal-EBA dwar is-subsettijiet xierqa ta’ skoperturi settorjali li għalihom l-awtoritajiet kompetenti jew nominati jistgħu japplikaw riżerva għal riskju sistemiku f’konformità mal-Artikolu 133(5)(f) tad-Direttiva 2013/36/UE, (EBA-GL-2020–13), disponibbli fuq is-sit web tal-EBA fuq: www.eba.europa.eu.
(*2) NACE Rev. 2.1. Klassifikazzjoni statistika ta’ attivitajiet ekonomiċi fl-Unjoni Ewropea, Eurostat, Lussemburgu, 2025.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/5157/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)