<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-693/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CJ0693</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:1040">EU:C:2020:1040</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>21</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>21</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tas‑<DATE ISO="20201217">17.12.2020</DATE> – Kawża C‑693/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">CLCV <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (Apparat ta’ manipulazzjoni fuq magna diesel)</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20201217">17 ta’ Diċembru 2020</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 715/2007</KEYWORD><KEYWORD>Il-punt 10 tal-Artikolu 3</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 5(2)</KEYWORD><KEYWORD>Apparat ta’ manipulazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Vetturi bil-mutur</KEYWORD><KEYWORD>Magna diesel</KEYWORD><KEYWORD>Emissjonijiet ta’ inkwinanti</KEYWORD><KEYWORD>Programm li jaġixxi fuq il-kalkolatur li jikkontrolla l-magna</KEYWORD><KEYWORD>Teknoloġiji u strateġiji li jippermettu li tiġi limitata l-produzzjoni tal-emissjonijiet ta’ inkwinanti</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑693/18,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-juges d’instruction du tribunal de grande instance de Paris (il-Qrati Istruttorji tal-Qorti Reġjonali ta’ Pariġi, Franza), permezz ta’ deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20181026">26 ta’ Ottubru 2018</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fid‑<DATE ISO="20181029">29 ta’ Ottubru 2018</DATE>, fil-proċeduri kriminali kontra</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><P><HT TYPE="BOLD">X,</HT></P><P>fil-preżenza ta’:</P><P><HT TYPE="BOLD">CLCV <HT TYPE="ITALIC">et,</HT></HT></P><P><HT TYPE="BOLD">A <HT TYPE="ITALIC">et,</HT></HT></P><P><HT TYPE="BOLD">B,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">AGLP <HT TYPE="ITALIC">et,</HT></HT></P><P><HT TYPE="BOLD">C <HT TYPE="ITALIC">et,</HT></HT></P></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn A. Arabadjiev, President tal-Awla, A. Kumin, T. von Danwitz u P. G. Xuereb (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Sharpston,</P><P>Reġistratur: V. Giacobbo, Amministrattriċi,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas‑<DATE ISO="20191107">7 ta’ Novembru 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal X, minn D. Lecat, P. Benson u J. Philippe, avocats, kif ukoll minn R. B. A. Wollenschläger, Rechtsanwalt,</P></ITEM><ITEM><P>għal A <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, minn C. Constantin-Vallet, avocat,</P></ITEM><ITEM><P>għal B, minn P. Peuvrel u X. Leuck, avocats,</P></ITEM><ITEM><P>għal AGLP <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, minn F. Sartre, avocat,</P></ITEM><ITEM><P>għal C <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, minn J. Bensaid u F. Verdier, avocats,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Franċiż, inizjalment minn D. Colas, J. Traband, E. Leclerc u A.‑L. Desjonquères, sussegwentement minn J. Traband, E. Leclerc u A.‑L. Desjonquères, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn G. Palatiello u P. Pucciariello, avvocati dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn J.‑F. Brakeland, M. Huttunen u A. C. Becker, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukata Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat‑<DATE ISO="20200430">30 ta’ April 2020</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-punt 10 tal-Artikolu 3 u tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20070620">20 ta’ Ġunju 2007</DATE> dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward ta’ l-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="171" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, L 171, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali mibdija kontra l-kumpannija X, manifattur ta’ vetturi bil-mutur, talli qiegħdet fis-suq Franċiż vetturi bil-mutur mgħammra b’softwer li jista’ jimmodifika s-sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet ta’ gassijiet inkwinanti skont il-kundizzjonijiet ta’ sewqan li huwa jidentifika.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt internazzjonali</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 83 tal-KEE/NU</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 83 tal-Kummissjoni Ekonomika Ewropea tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) – Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ vetturi fir-rigward ta’ l-emissjoni ta’ sustanzi li jniġġsu skond ir-rekwiżiti tal-fjuwil tal-magna (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="375" PAGE.FIRST="234" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 375, p. 234</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="070" PAGE.FIRST="171" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, L 70, p. 171</REF.DOC.OJ>), jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Il-punt 2.16 tal-imsemmi regolament jistabbilixxi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>2.16</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Mekkaniżmu ta’ diżattivazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="2019" ID="QE0002"/> tfisser kwalunkwe element tad-disinn li jissensja t-temperatura, il-veloċità tal-vettura, il-veloċità ta’ kemm tgħaqqad il-magna, il-ger tat-trażmissjoni, il-vakwu tal-manifold jew xi parametru ieħor bil-għan li jattiva, jirregola, jirritardja jew jiddiżattiva l-operazzjoni ta’ xi parti mis-sistema li tikkontrolla l-emissjonijiet, li tnaqqas l-effikaċità tas-sistema ta’ kontroll ta’ l-emissjonijiet taħt kundizzjonijiet li wieħed mistenni jiltaqa’ magħhom meta l-vettura qed taħdem u tintuża’ b’mod normali. Dak l-element tad-disinn jista’ ma jitqiesx mekkaniżmu ta’ diżattivazzjoni jekk:</TXT><P>2.16.1. il-bżonn għall-mekkaniżmu hu ġustifikat f’kemm jipproteġi l-magna mill-ħsarat jew l-inċidenti u biex il-vettura taħdem b'mod sikur, jew</P><P>2.16.2. il-mekkaniżmu ma jiffunzjonax aktar mir-rekwiżiti biex tistartja l-magna, jew</P><P>2.16.3. il-kundizzjonijiet huma sostanzjalment inklużi fil-proċeduri tat-test tat-Tip I jew tat-Tip VI.<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Mill-punt 7.3.1.2 tar-Regolament Nru 83 tan-NU/KEE jirriżulta li r-riċiklaġġ tal-gassijiet tal-egżost (<HT TYPE="ITALIC">Exhaust Gas Recirculation</HT> (EGR)) jinsab fost il-parametri tas-sistema ta’ kontra t-tniġġis.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Deċiżjoni 97/836/KE</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE tas‑<DATE ISO="19971127">27 ta’ Novembru 1997</DATE> bil-għan tal-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa li jikkonċerna l-adozzjoni tal-preskrizzjonijet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet liema jistgħu jkunu ffittjati u/jew ikunu użati ma’ vetturi bir-roti u l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta’ dawn il-preskrizzjonijiet (Ftehim Rivedut tal‑1958) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 27, p. 52, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="188" PAGE.FIRST="19" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 188, p. 19</REF.DOC.OJ>), il-Komunità Ewropea aderixxiet għal dan il-ftehim.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3(1) ta’ din id-deċiżjoni:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Skond l-Artikolu 1(5) tal-Ftehim Rivedut, il-Komunità għandha tgħid li l-adeżjoni tagħha ħa tkun ristretta għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti UN/ECE mniżżlin fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Fost ir-regolamenti NU/KEE elenkati f’dan l-Anness II hemm ir-Regolament Nru 83 NU/KEE.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva Qafas</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont il-premessa 11 tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20070905">5 ta’ Settembru 2007</DATE> li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="263" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, L 263, p. 1</REF.DOC.OJ>), kif emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1060/2008 tas‑<DATE ISO="20081007">7 ta’ Ottubru 2008</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="292" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 292, p. 1</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Direttiva Qafas<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>):</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>[…] ir-Regolamenti tal-Kummissjoni Ekomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE) li għalihom taderixxi l-Komunità fl-applikazzjoni ta’ dik id-Deċiżjoni, u l-emendi għar-Regolamenti ta’ l-UNECE li għalihom il-Komunità diġà aderixxiet għandhom ikunu inkorporati fil-proċedura Komunitarja ta’ l-approvazzjoni tat-tip bħala ħtiġijiet għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE tal-vetturi jew bħala alternattivi għal-liġi Komunitarja eżistenti. […]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 34(1) ta’ din id-direttiva qafas jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Regolamenti UNECE li għalihom aderixxiet il-Komunità u li huma elenkati fl-Anness IV, Parti I u fl-Anness XI huma parti mill-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal vettura taħt l-istess termini bħad-direttivi jew regolamenti separati. Huma għandhom japplikaw għall-kategoriji ta’ vetturi elenkati fil-kolonni rilevanti fit-tabella ta’ l-Anness IV, Parti I u l-Anness XI.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 35(1) tal-imsemmija direttiva qafas jiddisponi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Ir-Regolamenti UNECE elenkati fil-parti II ta’ l-Anness IV huma rikonoxxuti bħala li huma ekwivalenti għad-Direttivi jew ir-Regolamenti separati korrispondenti bl-istess mod kif huma jikkondividu l-istess kamp ta’ applikazzjoni u suġġett.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 83 NU/KEE jinsab fl-Anness IV tad-Direttiva Qafas.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 715/2007</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Skont il-premessi 1 u 4 sa 6 tar-Regolament Nru 715/2007:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>(1)</NO.P><TXT>[…] Ir-rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward ta’ emissjonijiet għandhom […] jiġu armonizzati biex jiġu evitati rekwiżiti li jvarjaw minn Stat Membru għal ieħor, u biex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni ambjentali.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(4)</NO.P><TXT>[…] tnaqqis ulterjuri ta’ l-emissjonijiet mis-settur tat-trasport (trasport bl-ajru, marittimu u bl-art), mid-djar u mis-setturi ta’ l-enerġija, tal-biedja u ta l-industrija biex jinkisbu l-għanijiet ta’ l-UE dwar il-kwalità ta’ l-arja. […]</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(5)</NO.P><TXT>Hemm bżonn ta’ sforzi kontinwi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet mill-vetturi sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ l-UE rigward il-kwalità ta’ l-arja. […]</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(6)</NO.P><TXT>B’mod partikulari, hemm bżonn ta’ tnaqqis konsiderevoli ta’ l-emissjonijiet ta’ l-ossidju tan-nitroġenu biex tittejjeb il-kwalità ta’ l-arja u biex ikun hemm konformità mal-valuri ta’ limitu għat-tniġġis. […]</TXT></NP></CONSID><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></QUOT.S></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-punti 6 u 10 tal-Artikolu 3 ta’ dan ir-regolament jipprevedu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament u l-miżuri ta’ l-implimentazzjoni tiegħu japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>6)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>emissjonijiet mit-<HT TYPE="ITALIC">tailpipe</HT><QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/> ifissru emissjonijiet ta’ inkwinanti gassużi u f’partikuli;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>10)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>tagħmir ta’ riduzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/> jfisser kull element tad-disinn li jħoss it-temperatura, il-veloċità tal-vettura, id-dawrien tal-magna (RPM), it-transmission gear, il-vakwu fil-manifold jew parametru ieħor bl-iskop li jattiva, jimmodula, jittardja jew iwaqqaf il-funzjonament ta’ xi parti mis-sistema ta’ kontroll ta’ l-emissjonijiet, li tnaqqas l-effettività tas-sistema ta’ kontroll ta’ l-emissjonijiet taħt kondizzjonijiet li wieħed raġonevolment jistenna li jiltaqa’ magħhom waqt it-tħaddim u l-użu normali ta’ vettura<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(1) u (2) tal-imsemmi regolament jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-manifatturi għandhom juru li l-vetturi ġodda kollha mibjugħa, reġistrati jew mqiegħda fis-servizz fil-Komunità għandhom l-approvazzjoni tat-tip skond dan ir-Regolament u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu. Il-manifatturi għandhom juru wkoll li t-tagħmir ġdid, użat biex jibdel tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis, kollu li jeħtieġ approvazzjoni tat-tip li jinbiegħ jew li jitqiegħed fis-servizz fil-Komunità għandu l-approvazzjoni tat-tip skond dan ir-Regolament u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu.</ALINEA><ALINEA>Dawn l-obbligi jinkludu r-rispett tal-limiti ta’ emissjoni stabbiliti fl-Anness I u l-miżuri ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 5.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-proċeduri ta’ l-approvazzjoni tat-tip għall-verifika tal-konformità fil-produzzjoni, il-perjodu tas-servizz tat-tagħmir tal-kontroll tat-tniġġis u l-konformità waqt is-servizz jiġu rispettati.</ALINEA><ALINEA>Barra minn hekk, il-miżuri tekniċi meħuda mill-manifattur jridu jkunu tali li jiġi żgurat li l-emissjonijiet mit-<HT TYPE="ITALIC">tailpipe</HT> jew evaporattivi huma effettivament limitati, skond dan ir-Regolament, tul il-ħajja normali tal-vettura li tintuża f’kundizzjonijiet normali. […]</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(1) u (2) tar-Regolament Nru 715/2007 jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="005.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-manifattur għandu jattrezza l-vetturi b’mod li l-komponenti li jistgħu jaffettwaw l-emissjonijiet jiġu ddisinjati, mibnija u assemblati bil-għan li jippermettu li l-vettura, fl-użu normali, tikkonforma ma’ dan ir-Regolament u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-użu ta’ tagħmir ta’ riduzzjoni li jnaqqas l-effettività tas-sistemi tal-kontroll ta’ l-emissjonijiet għandu jiġi pprojbit. Il-projbizzjoni m’ għandiex tapplika fejn:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il-bżonn tat-tagħmir huwa ġustifikat għal raġunijiet ta’ protezzjoni tal-magna mill-ħsara jew inċidenti u għat-tħaddim fis-sigurtà tal-vettura;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>it-tagħmir ma jaħdimx għajr għall-ħtiġijiet ta’ l-istartjar tal-magna;</TXT><?PAGE NO="6"?><P>jew</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>il-kondizzjonijiet huma sostanzjalment inklużi fil-proċeduri tal-verifika ta’ l-emissjonijiet evaporattivi u l-medja ta’ l-emissjonijiet mit-<HT TYPE="ITALIC">tailpipe</HT>.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>L-Anness I ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Limiti ta’ emissjoni<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, jipprevedi b’mod partikolari l-valuri limitu tal-emissjonijiet ta’ ossidu tan-nitroġenu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament (KE) Nru 692/2008</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 tat‑<DATE ISO="20080718">18 ta’ Lulju 2008</DATE> li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l‑<DATE ISO="20070620">20 ta’ Ġunju 2007</DATE> dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward ta’ l-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="199" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 199, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="336" PAGE.FIRST="68" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, L 336, p. 68</REF.DOC.OJ>), jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Dan ir-Regolament jistabbilixxi miżuri għall-implimentazzjoni ta’ l-Artikoli 4, 5 u 8 tar-Regolament (KE) Nru 715/2007.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Skont il-punt 18 tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 692/2008:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA><ALINEA>18. <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>sistema għall-kontroll ta’ l-emissjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="2019" ID="QE0017"/> tfisser, fil-kuntest tas-sistema OBD [sistema dijanjostika abbord], il-kontrollur elettroniku tal-ġestjoni tal-magna u kwalunkwe komponent relatat ma’ l-emissjonijiet fis-sistema ta’ l-egżost jew fis-sistema evaporattiva li jipprovdi input għal jew jirċievi output minn dan il-kontrollur<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>L-Anness III ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Il-Verifika ta’ l-Emissjonijiet Medji ta’ l-Egżost f’Kundizzjonijiet Ambjentali (it-Test tat-Tip 1)<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, jiddisponi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>1. Introduzzjoni</P><P>Dan l-Anness jiddeskrivi l-proċedura għat-test tat-tip 1 li jivverifika l-emissjonijiet medji ta’ l-egżost f’kundizzjoinjiet ambjentali.</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>L-Anness XI tar-Regolament Nru 692/2008, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Id-Dijanjostika Abbord (OBD) għal Vetturi bil-Mutur<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, jipprevedi, fl-Appendiċi 2 tiegħu, dwar il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>[K]aratteristiċi Essenzjali tal-Familja tal-Vetturi<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>[…]</P><P>Is-sistema għall-kontroll ta’ l-emissjonijiet:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>ir-riċirkolazzjoni tal-gassijiet ta’ l-egżost (biha jew mingħajrha),</P></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Franċiż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>L-Artikolu L. 213‑1 tal-code de la consommation (il-Kodiċi tal-Konsumatur), fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ sat‑<DATE ISO="20140318">18 ta’ Marzu 2014</DATE>, kien jipprevedi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>Għandha tiġi imposta piena ta’ priġunerija ta’ mhux iktar minn sentejn u multa ta’ mhux iktar minn EUR <FT TYPE="NUMBER">35000</FT> jew waħda minn dawn iż-żewġ pieni, fuq persuna, irrispettivament minn jekk tkunx parti jew le fil-kuntratt, li tkun qarrqet bil-kontraenti, bi kwalunkwe mezz jew aġir u anki permezz ta’ terz:</P><P>1° dwar in-natura, l-ispeċi, l-oriġini, il-kwalitajiet sostanzjali, il-kompożizzjoni jew il-kontenut li jkunu bħala prinċipju utli tal-merkanzija kollha;</P><P>2° dwar il-kwantità tal-oġġetti kkunsinnati jew dwar l-identità tagħhom permezz tal-kunsinna ta’ merkanzija differenti mill-oġġett speċifiku li kien is-suġġett tal-kuntratt;</P><P>3° dwar l-adegwatezza għall-użu, ir-riskji inerenti għall-użu tal-prodott, il-kontrolli mwettqa, il-modi ta’ użu jew il-prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu.<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>L-Artikolu L. 213‑1 ta’ dan il-kodiċi, fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ mid‑<DATE ISO="20140319">19 ta’ Marzu 2014</DATE> sat‑<DATE ISO="20160630">30 ta’ Ġunju 2016</DATE>, jiddisponi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>Għandha tiġi imposta piena ta’ priġunerija ta’ mhux iktar minn sentejn u multa ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">300000</FT>, fuq persuna, irrispettivament minn jekk tkunx parti jew le fil-kuntratt, li tkun qarrqet bil-kontraenti, bi kwalunkwe mezz jew aġir u anki permezz ta’ terz:</P><P>1° dwar in-natura, l-ispeċi, l-oriġini, il-kwalitajiet sostanzjali, il-kompożizzjoni jew il-kontenut li jkunu bħala prinċipju utli tal-merkanzija kollha;</P><P>2° dwar il-kwantità tal-oġġetti kkunsinnati jew dwar l-identità tagħhom permezz tal-kunsinna ta’ merkanzija differenti mill-oġġett speċifiku li kien is-suġġett tal-kuntratt;</P><P>3° dwar l-adegwatezza għall-użu, ir-riskji inerenti għall-użu tal-prodott, il-kontrolli mwettqa, il-modi ta’ użu jew il-prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu.</P><P>L-ammont tal-multa jista’ jkun, b’mod proporzjonat mal-vantaġġi li jirriżultaw min-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, għal 10 % tad-dħul mill-bejgħ medju annwali, ikkalkolat fuq l-aħħar tliet dħul mill-bejgħ annwali magħrufa fid-data tal-fatti.<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></P></ALINEA></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>L-Artikolu L. 213‑2 tal-imsemmi kodiċi, fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ sat‑<DATE ISO="20140318">18 ta’ Marzu 2014</DATE>, jistabbilixxi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>Il-pieni previsti fl-Artikolu L. 213‑1 għandhom jiġu rdoppjati:</P><P>1° jekk ir-reati previsti fl-imsemmi artikolu kellhom bħala konsegwenza li jagħmlu l-użu tal-merkanzija perikoluż għas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali;</P><P>2° jekk ir-reat jew it-tentattiv ta’ reat previsti fl-Artikolu L. 213‑1 ikunu twettqu:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>jew bl-użu ta’ piż, miżuri u strumenti foloz jew mhux korretti oħra;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>jew bl-għajnuna ta’ manuvri jew proċessi li jwasslu għad-distorsjoni tal-operazzjonijiet tal-analiżi jew tad-doża, tal-piż jew tal-kejl, jew intiżi li jimmodifikaw b’mod frawdolenti l-kompożizzjoni, il-piż jew il-volum tal-merkanzija, anki qabel dawn l-operazzjonijiet;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="8"?><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>jew fl-aħħar, bl-użu ta’ indikazzjonijiet frawdolenti li jwasslu sabiex wieħed jemmen f’operazzjoni preċedenti u eżatta.<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>L-Artikolu L. 213‑2 tal-istess kodiċi, fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ mid‑<DATE ISO="20140319">19 ta’ Marzu 2014</DATE> sat‑<DATE ISO="20160630">30 ta’ Ġunju 2016</DATE>, jipprevedi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>I.‑ Il-pieni previsti fl-Artikolu L. 213‑1 għandhom jitilgħu għal ħames snin priġunerija u għal multa ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">600000</FT> jekk ir-reat jew it-tentattiv ta’ reat previsti fl-istess Artikolu L. 213‑1 ikunu twettqu:</P><P>1° jew bl-użu ta’ piż, miżuri u strumenti foloz jew mhux korretti oħra;</P><P>2° jew bl-għajnuna ta’ manuvri jew proċessi li jwasslu għad-distorsjoni tal-operazzjonijiet tal-analiżi jew tad-doża, tal-piż jew tal-kejl, jew intiżi li jimmodifikaw b’mod frawdolenti l-kompożizzjoni, il-piż jew il-volum tal-merkanzija, anki qabel dawn l-operazzjonijiet;</P><P>3° jew bl-użu ta’ indikazzjonijiet frawdolenti li jwasslu sabiex wieħed jemmen f’operazzjoni preċedenti u eżatta.</P><P>II.‑ Il-pieni previsti fl-Artikolu L. 213‑1 għandhom jitilgħu għal seba’ snin priġunerija u għal multa ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">750000</FT> jekk ir-reat jew it-tentattiv ta’ reat previsti fl-istess Artikolu L. 213‑1:</P><P>1° kellhom il-konsegwenza li jagħmlu l-użu tal-merkanzija perikoluża għas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali;</P><P>2° twettqu fi grupp organizzat.</P><P>III.‑ Il-pieni ta’ multa previsti f’dan l-artikolu jistgħu jiżdiedu, b’mod proporzjonat mal-vantaġġi li jirriżultaw min-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, għal 10 % tad-dħul mill-bejgħ annwali medju, ikkalkolat fuq l-aħħar tliet dħul mill-bejgħ annwali magħrufa fid-data tal-fatti.<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/></P></ALINEA></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu L. 213‑6 tal-Kodiċi tal-Konsumatur:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>Il-persuni ġuridiċi ddikjarati responsabbli kriminalment, fil-kundizzjonijiet previsti mill-Artikolu 121‑2 tal-Kodiċi Kriminali, għar-reati ddefiniti fl-Artikoli L. 213‑1 sa L. 213‑4 għandhom jinkludu, minbarra l-multa skont il-modalitajiet previsti mill-Artikolu 131‑38 tal-Kodiċi Kriminali, il-pieni previsti fil-punti 2° sa 9° tal-Artikolu 131‑39 tal-istess kodiċi.</P><P>Il-projbizzjoni msemmija fil-punt 2° tal-Artikolu 131‑39 tal-Kodiċi Kriminali dwar l-attività li fl-eżerċizzju tagħha jew fl-okkażjoni tal-eżerċizzju tagħha jkun twettaq il-ksur.<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Il-kumpannija X hija manifattur ta’ vetturi bil-mutur li tikkummerċjalizza vetturi bil-mutur fit-territorju Franċiż. Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li huwa kkontestat lil din il-kumpannija li qiegħdet fiċ-ċirkulazzjoni, f’dan it-territorju, vetturi mgħammra b’softwer li jista’ jidentifika l-fażi ta’ approvazzjoni ta’ dawn tal-aħħar għall-finijiet tad-distorsjoni tar-riżultati tal-kontrolli ta’ emissjoni ta’ gassijiet inkwinanti, b’mod partikolari ta’ ossidu tan-nitroġenu (NOx), imwettqa matul din il-fażi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20150928">28 ta’ Settembru 2015</DATE>, wara informazzjoni żvelata fl-istampa, il-Viċi President tal-Kunsill Reġjonali ta’ Île-de-France responsabbli għat-trasport irrapporta lill-procureur de Paris (il-Prosekutur ta’ Pariġi, Franza) l-aġir tal-kumpannija X dwar it-tqegħid fis-suq ta’ vetturi mgħammra b’dan is-softwer.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20151002">2 ta’ Ottubru 2015</DATE>, il-parquet de Paris (l-Uffiċċju tal-Prosekutur ta’ Pariġi, Franza), billi qies li dawn il-fatti kellhom jiġu kklassifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>qerq aggravat<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, adixxa lill-Office central de lutte contre les atteintes à l’environnement et à la santé publique (OCLAESP) (l-Uffiċċju Ċentrali għall-Ġlieda Kontra l-Ħsara għall-Ambjent u għas-Saħħa Pubblika, Franza) sabiex jikseb il-ftuħ ta’ investigazzjoni dwar il-kundizzjonijiet ta’ tqegħid fiċ-ċirkulazzjoni fis-suq Franċiż tal-vetturi kkonċernati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fl-istess ħin, il-Ministru Franċiż għall-Ekoloġija, għall-Iżvilupp Sostenibbli u għall-Enerġija talab lis-Service national des enquêtes (SNE) (is-Servizz Nazzjonali għall-Investigazzjoni, Franza) fi ħdan id-Direction générale de la concurrence, de la consommation et de la répression des fraudes (DGCCRF) (id-Direttorat Ġenerali tal-Kompetizzjoni, tal-Konsumaturi u għall-Ġlieda kontra l-Frodi, Franza) sabiex jiftaħ investigazzjonijiet bil-għan li jiġi ddeterminat jekk vetturi kkummerċjalizzati fit-territorju Franċiż kinux mgħammra b’tali softwer.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-approvazzjoni parzjali għall-emissjonijiet ta’ inkwinanti, il-vetturi huma ttestjati skont protokoll li l-parametri tiegħu huma ddefiniti b’mod regolatorju, b’mod partikolari l-profil ta’ veloċità segwit, it-temperatura u l-preparazzjoni tal-vettura minn qabel. Il-profil ta’ veloċità użat għall-finijiet tat-test ta’ approvazzjoni, imsejjaħ in-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/><HT TYPE="ITALIC">New European Driving Cycle</HT><QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> (NEDC) jikkonsisti fir-repetizzjoni ta’ erba’ ċikli urbani, segwit minn ċiklu mhux urban, f’laboratorju. Huwa jippermetti għalhekk li jiġi vverifikat li l-kwantità ta’ NOx li joħroġ hija inqas mil-limitu massimu previst fl-Anness I tar-Regolament Nru 715/2007.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Il-valv għar-riċiklaġġ tal-gassijiet tal-egżost (<HT TYPE="ITALIC">Exhaust Gas Recirculation</HT> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>valv EGR<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>)) huwa waħda mit-teknoloġiji użati mill-manifatturi ta’ vetturi bil-mutur, fosthom il-kumpannija X, sabiex jikkontrollaw u jnaqqsu l-emissjonijiet finali ta’ NOx iġġenerati mill-kombustjoni inkompleta tal-karburant.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Il-valv EGR jippermetti, waqt il-ftuħ tagħha, li l-gassijiet tal-egżost jintbagħtu lejn il-manifold tad-dħul sabiex dawn jinħarqu għat-tieni darba u sabiex dawn jiġu mkessħa permezz ta’ skambjatur tas-sħana. Hija kkontrollata minn kalkolatur li jikkontrolla l-magna (ECU), li jindika s-sistema informatika installata fil-vettura u li jikkontrolla b’mod elettroniku d-diversi funzjonijiet integrati f’din tal-aħħar, bħal dawk relatati mal-ġestjoni tal-magna, mat-trażmissjoni jew mas-sigurtà. Il-ftuħ tal-valv EGR huwa ordnat f’ħin reali mill-kalkolatur, li jibgħat struzzjonijiet lill-attwatur ta’ dan il-valv skont l-informazzjoni pprovduta minn diversi sensors, b’mod partikolari ta’ veloċità, ta’ temperatura tal-magna jew tat-temperatura tal-arja. L-effikaċja tat-tnaqqis ta’ tniġġis hija għalhekk marbuta mal-ftuħ ta’ dan il-valv li huwa kkontrollat mill-kodiċi sors tas-softwer integrat mal-kalkolatur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fir-rapport tiegħu, is-SNE annetta t-testijiet u l-provi mwettqa mill-Union technique de l’automobile, du motocycle et du cycle (UTAC) (l-Unjoni Teknika tal-Vetturi bil-Mutur, tal-Muturi u tar-Roti, Franza), li hija l-uniku organu awtorizzat li jwettaq it-testijiet ta’ approvazzjoni ta’ vetturi fi Franza. Dawn it-testijiet, li kellhom l-għan li jivverifikaw jekk frodi fuq it-testijiet kontra t-tniġġis setgħetx tiġi preżunta, werew li l-emissjonijiet ta’ NOx ta’ ċerti vetturi tal-kumpannija X ikkontrollati kienu mmultiplikati bi 2, bi 3.2, bi 3.4 jew bi 3.6 skont il-vetturi, meta mqabbla mal-valuri kkonstatati matul il-proċedura ta’ approvazzjoni ta’ dawn il-vetturi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Testijiet addizzjonali, imwettqa mill-Institut français du pétrole énergie nouvelle (IFPEN) (l-Istitut Franċiż tal-Petroleum u tal-Enerġiji Ġodda, Franza) fuq talba tal-Ministeru għall-Ekoloġija, għall-Iżvilupp Sostenibbli u għall-Enerġija, u li tirrigwarda tliet vetturi ta’ din il-kumpannija, ippermettew ukoll li jiġi kkonstatat li l-livell tal-emissjonijiet ta’ NOx tnaqqas meta ġie identifikat ċiklu ta’ approvazzjoni, waqt li l-ftuħ tal-valv EGR żdied b’mod kunsiderevoli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20151016">16 ta’ Ottubru 2015</DATE>, il-President tas-sussidjarja Franċiża tal-kumpannija X, waqt seduta bil-miftuħ, indika li ma kienx ġie informat bil-mekkaniżmu ta’ funzjonament ta’ dan is-softwer u bin-natura frawdolenti tiegħu u ppreċiża li l-vetturi li kienu mgħammra bih kienu ser ikunu s-suġġett ta’ tfakkir sabiex jiġi aġġornat l-imsemmi softwer.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fil‑15 u fit‑<DATE ISO="20151218">18 ta’ Diċembru 2015</DATE>, fuq talba tal-kumpannija X, uffiċċju tal-avukati bagħat lill-investigaturi dokument intiż sabiex juri li s-sistema EGR ma setgħetx tiġi kkunsidrata bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>apparat ta’ manipulazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, fis-sens tar-Regolament Nru 715/2007.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fid‑<DATE ISO="20160219">19 ta’ Frar 2016</DATE>, wara din l-investigazzjoni, tliet juges d’instruction du tribunal de grande instance de Paris (il-Qrati Istruttorji tal-Qorti Reġjonali ta’ Pariġi, Franza) ġew aditi mill-procureur de la République (il-Prosekutur tar-Repubblika, Franza). Fl-att li jiftaħ l-istruttorja, il-kumpannija X hija kkritikata li, mill‑<DATE ISO="20090901">1 ta’ Settembru 2009</DATE>, fit-territorju Franċiż, kienet qarrqet ix-xerrejja ta’ vetturi mgħammra b’magni diesel ta’ ġenerazzjoni Euro 5 u Euro 6 fuq il-kwalitajiet essenzjali tal-imsemmija vetturi, minħabba l-preżenza ta’ apparat ta’ manipulazzjoni li jmur kontra r-Regolament Nru 715/2007, u fuq il-kontrolli mwettqa, biċ-ċirkustanza aggravanti li l-fatti kellhom bħala konsegwenza li jagħmlu l-użu tal-merkanzija perikoluża għas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Il-juges d’instruction du tribunal de grande instance de Paris (il-Qrati Istruttorji tal-Qorti Reġjonali ta’ Pariġi) ordnaw perizja ġudizzjarja sabiex titwettaq analiżi tar-riżultati tat-testijiet imwettqa mill-awtorità amministrattiva, jiġifieri t-testijiet imwettqa mill-UTAC u mill-IFPEN, u kull analiżi teknika oħra, bil-għan li tiddeskrivi l-mekkaniżmu tas-softwer inkwistjoni u tesponi l-effetti tiegħu fir-rigward taż-żieda tal-emissjoni ta’ NOx mill-vetturi mgħammra bih. Fir-rapport tiegħu ppreżentat fis‑<DATE ISO="20170426">26 ta’ April 2017</DATE>, l-espert qies li l-vetturi kkonċernati kellhom apparat li jippermetti l-identifikazzjoni tal-proċedura ta’ approvazzjoni, l-adattament tal-funzjonament ta’ riċirkulazzjoni tal-gassijiet maħruqa għall-finijiet ta’ din l-approvazzjoni u t-tnaqqis, għall-bżonnijiet ta’ din il-proċedura, tal-emissjonijiet ta’ NOx. Huwa qies li s-sistemi ta’ kontroll tal-emissjonijiet tagħhom kienu ġew immanipulati sabiex iżidu l-ftuħ tal-valv EGR meta tiġi identifikata fażi ta’ approvazzjoni. It-tnaqqis tal-ftuħ ta’ din il-valv f’kundizzjonijiet normali ta’ użu ta’ dawn il-vetturi jnaqqas l-effettività tas-sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet u jwassal għal żieda fl-emissjonijiet ta’ NOx.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Skont l-espert, kieku l-funzjonament tal-valv EGR fil-kundizzjonijiet ta’ użu normali kien identiku għall-funzjonament ikkonstatat matul il-proċeduri ta’ approvazzjoni, il-vetturi kkonċernati kienu jipproduċu nettament inqas NOx, il-konsum tagħhom u s-saħħa tagħhom kienu jonqsu u l-operazzjonijiet ta’ manutenzjoni kienu jkunu iktar frekwenti u iktar għoljin. Bis-saħħa tat-tbagħbis li sar, il-vetturi għandhom kapaċità ta’ aċċellerazzjoni ikbar, saħħa ikbar, ħruq baxx mill-manifold tad-dħul, mill-valvs u mill-kompartiment tal-kombustjoni, u b’hekk jikkontribwixxi għall-ħajja fit-tul u għall-affidabbiltà tal-magna. Għalhekk, mingħajr din il-manipulazzjoni, il-vetturi kkonċernati ma kinux jiġu approvati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20170328">28 ta’ Marzu 2017</DATE>, il-kumpannija X ġiet imsejħa quddiem il-juges d’instruction du tribunal de grande instance de Paris (il-Qrati Istruttorji tal-Qorti Reġjonali ta’ Pariġi). Peress li bbenefikat mill-istatus ta’ xhud assistit, hija rrifjutat li twieġeb il-mistoqsijiet li sarulha. L-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istat Membru tas-sede tal-kumpannija X irrifjutaw ukoll li jittrażmettu l-elementi tal-investigazzjoni mitluba mill-qrati istruttorji. Barra minn hekk, iktar minn <FT TYPE="NUMBER">1200</FT> persuna saru partijiet ċivili fil-kuntest ta’ din l-investigazzjoni ġudizzjarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Peress li l-juges d’instruction du tribunal de grande instance de Paris (il-Qrati Istruttorji tal-Qorti Reġjonali ta’ Pariġi) jesponu li l-apparat li jippermetti li wieħed jaġixxi fuq il-funzjonament tas-sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet tal-vetturi jista’ jkollu forom differenti, għandu jiġi ppreċiżat x’ikopri l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>apparat ta’ manipulazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, fis-sens tal-punt 10 tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 715/2007, peress li din id-dispożizzjoni tiddefinixxi dan il-kunċett billi tirrikorri għal diversi kunċetti li għadhom ma ġewx interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Peress li l-klassifikazzjoni bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>qerq<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, prevista fil-kuntest tal-investigazzjoni kriminali inkwistjoni fil-kawża prinċipali hija bbażata fuq dik ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>apparat ta’ manipulazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>, fis-sens tal-punt 10 tal-Artikolu 3 u tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament Nru 715/2007, il-juges d’instruction du tribunal de<?PAGE NO="11"?> grande instance de Paris (il-Qrati Istruttorji tal-Qorti Reġjonali ta’ Pariġi) iqisu li interpretazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet hija neċessarja sabiex tittieħed deċiżjoni kemm dwar l-eventwali tqegħid taħt eżami tal-kumpannija X kif ukoll it-tqegħid jew le tagħha taħt att ta’ akkuża wara l-istruttorja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-juges d’instruction du tribunal de grande instance de Paris (il-Qrati Istruttorji tal-Qorti Reġjonali ta’ Pariġi) iddeċidew li jissospendu l-proċedura quddiemhom u li jagħmlu lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>1)</NO.P><TXT>Interpretazzjoni tal-kunċett ta’ element tad-disinn</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>X’inhu kopert mill-kunċett ta’ element ta’ disinn imsemmi [fil-punt 10 tal-Artikolu 3] tar-[Regolament Nru 715/2007], li jiddefinixxi t-tagħmir ta’ riduzzjoni (defeat device) [apparat ta’ manipulazzjoni]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Programm integrat fil-kalkolatur li jikkontrolla magna jew b’mod iktar ġenerali li jaġixxi fuq dan il-kalkolatur jista’ jitqies bħala element ta’ disinn fis-sens ta’ dan l-artikolu?</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Interpretazzjoni tal-kunċett ta’ sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>X’inhu kopert mill-kunċett ta’ sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet imsemmi [fil-punt 10 tal-Artikolu 3] tar-[Regolament Nru 715/2007], li jiddefinixxi t-tagħmir ta’ riduzzjoni (defeat device)?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Din is-sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet tinkludi biss it-teknoloġiji u l-istrateġiji intiżi biex jittrattaw u jnaqqsu l-emissjonijiet (b’mod partikolari NOx) wara li dawn jinħolqu, jew tinkludi fiha wkoll it-teknoloġiji u strateġiji differenti li jippermettu li tiġi limitata l-produzzjoni tagħhom mill-bidu, bħat-teknoloġija EGR?</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Interpretazzjoni tal-kunċett ta’ tagħmir ta’ riduzzjoni (defeat device)</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Dispożittiv li jidentifika kull parametru marbut mal-iżvolġiment tal-proċeduri ta’ approvazzjoni stabbiliti bir-[Regolament Nru 715/2007], għall-finijiet ta’ attivazzjoni jew ta’ aġġustament ’il fuq, matul dawn il-proċeduri, tal-funzjonament ta’ kull parti mis-sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet, u b’hekk tinkiseb l-approvazzjoni tal-vettura, huwa tagħmir ta’ riduzzjoni fis-sens tal-[punt 10 tal-Artikolu 3] tar-[Regolament Nru 715/2007]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>F’każ ta’ risposta fl-affermattiv, dan it-tagħmir ta’ riduzzjoni huwa pprojbit, b’applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5(2) tar-[Regolament Nru 715/2007]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>Dispożittiv bħal dak deskritt fil-punt (a) tat-tielet domanda jista’ jiġi kkwalifikat bħala <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>tagħmir ta’ riduzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="2019" ID="QE0036"/> jekk l-aġġustament ’il fuq tas-sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet tkun effettiva, mhux biss waqt il-proċeduri ta’ approvazzjoni, iżda anki f’ċirkustanzi speċifiċi, meta l-kundizzjonijiet eżatti identifikati biex is-sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet tiġi aġġustata ’l fuq matul il-proċeduri ta’ approvazzjoni jerġgħu jiġu identifikati matul iċ-ċirkulazzjoni reali?</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Interpretazzjoni tal-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 5 [tar-Regolament Nru 715/2007]</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>X’inhu kopert mit-tliet eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 5(2) tal-Kapitolu 2 tar-[Regolament Nru 715/2007]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Il-projbizzjoni tat-tagħmir ta’ riduzzjoni (defeat device) li jattiva jew jaġġusta ’l fuq il-funzjonament ta’ kull parti mis-sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet b’mod speċifiku waqt il-proċeduri ta’ approvazzjoni tista’ tiġi injorata għal xi waħda mit-tliet raġunijiet elenkati fl-Artikolu 5(2) [ta’ dan ir-regolament]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>It-tnaqqis tal-proċess li bih magna teqdiem jew tinstadd jifforma parti mir-rekwiżiti ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>protezzjoni tal-magna mill-ħsara jew inċidenti<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="2019" ID="QE0037"/> jew ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>tħaddim fis-sigurtà tal-vettura<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="2019" ID="QE0038"/> li jistgħu jiġġustifikaw il-preżenza ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>defeat device<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="2019" ID="QE0039"/> fis-sens tal-Artikolu 5(2)(a) [ta’ dan ir-regolament]?<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="12"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ammissibbiltà</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Il-kumpannija X teċċepixxi l-inammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari minħabba, l-ewwel, li risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja għad-domandi magħmula ma hijiex neċessarja sabiex il-qorti tar-rinviju tkun tista’ tagħti deċiżjoni fil-kawża prinċipali. F’dan ir-rigward, hija ssostni li tali risposta ma hijiex ta’ natura li teżerċita influwenza fuq il-klassifikazzjoni tal-elementi li jikkostitwixxu reat ta’ qerq aggravat li hija akkużata bih fid-dritt kriminali Franċiż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>It-tieni, il-kumpannija X tqis li l-fatt li l-karatterizzazzjoni tal-ksur tkun tiddependi mill-interpretazzjoni tar-Regolament Nru 715/2007 għandu l-konsegwenza li jikser il-prinċipju ta’ <HT TYPE="ITALIC">nullum crimen, nulla poena sine lege</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>It-tielet, il-kumpannija X issostni li f’dan l-istadju ma teżisti ebda tilwima quddiem il-qorti tar-rinviju b’rabta mad-domandi magħmula, b’tali mod li dawn tal-aħħar huma purament ipotetiċi. Peress li hija ma ħaditx pożizzjoni dwar dawn il-kwistjonijiet, dawn jikkostitwixxu biss sempliċi talba għal formulazzjoni ta’ opinjoni konsultattiva dwar regoli tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Ir-raba’, id-domandi magħmula ma kinux is-suġġett ta’ dibattitu kontradittorju, u dan jippreġudika l-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Il-ħames, anki jekk id-domandi magħmula jirriflettu r-raġunament tal-qorti tar-rinviju, il-kumpannija X tqis li d-deċiżjoni tar-rinviju ma tesponix biċ-ċarezza meħtieġa r-raġunijiet li għalihom din il-qorti tqis li l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 715/2007 hija utli għas-soluzzjoni tal-kawża prinċipali, u lanqas ir-rabta li teżisti bejn din l-interpretazzjoni u din il-kawża. F’dan ir-rigward, din il-kumpannija ppreċiżat ukoll li d-domandi preliminari kienu saru b’mod prematur peress li l-kuntest fattwali ma kienx ġie stabbilit, f’dan l-istadju tal-investigazzjoni, bi preċiżjoni suffiċjenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, fil-kuntest tal-kooperazzjoni bejn din tal-aħħar u l-qrati nazzjonali stabbilita fl-Artikolu 267 TFUE, hija biss il-qorti nazzjonali li quddiemha titressaq il-kawża u li għandha tagħti d-deċiżjoni, li għandha tevalwa, fid-dawl tal-karatteristiċi partikolari tal-kawża, kemm il-ħtieġa ta’ deċiżjoni preliminari sabiex tkun f’pożizzjoni li tagħti d-deċiżjoni tagħha kif ukoll ir-rilevanza tad-domandi li hija tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja. Konsegwentement, peress li d-domandi magħmula jikkonċernaw l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja hija, bħala prinċipju, marbuta li tiddeċiedi (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201124">24 ta’ Novembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Openbaar Ministerie (Falsifikazzjoni ta’ dokumenti)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑510/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:953">EU:C:2020:953</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li d-domandi li jikkonċernaw id-dritt tal-Unjoni jibbenefikaw minn preżunzjoni ta’ rilevanza. Ir-rifjut tal-Qorti tal-Ġustizzja li tagħti deċiżjoni dwar domanda preliminari magħmula minn qorti nazzjonali huwa possibbli biss meta jkun jidher b’mod manifest li l-interpretazzjoni mitluba tad-dritt tal-Unjoni ma għandha l-ebda rabta mar-realtà jew mas-suġġett tal-kawża prinċipali, meta l-problema tkun ta’ natura ipotetika jew meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex għad-dispożizzjoni tagħha l-punti ta’ fatt u ta’ liġi meħtieġa sabiex tirrispondi b’mod utli għad-domandi li jkunu sarulha (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201124">24 ta’ Novembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Openbaar Ministerie (Falsifikazzjoni ta’ dokumenti)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑510/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:953">EU:C:2020:953</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi kkonstatat, qabel kollox, li d-deċiżjoni tar-rinviju tinkludi espożizzjoni motivata tal-kuntest ġuridiku u fattwali tal-kawża prinċipali, kif ukoll ir-raġunijiet li għalihom il-qorti tar-rinviju kkunsidrat li r-risposta għad-domandi magħmula hija neċessarja sabiex tagħti d-deċiżjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta wkoll li l-klassifikazzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>qerq aggravat<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>, prevista mid-dritt nazzjonali, għal fatti bħal dawk li l-kumpannija X hija akkużata bihom, tiddependi mill-kwistjoni dwar jekk is-softwer inkwistjoni fil-kawża prinċipali jistax jiġi kkunsidrat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>apparat ta’ manipulazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>, fis-sens tal-punt 10 tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 715/2007, li l-użu tiegħu huwa pprojbit skont l-Artikolu 5(2) ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma jistax jiġi kkunsidrat li l-interpretazzjoni mitluba tad-dritt tal-Unjoni ma għandha l-ebda relazzjoni mar-realtà jew mas-suġġett tal-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Sussegwentement, fir-rigward tal-konstatazzjoni tal-elementi li jikkostitwixxu reat ta’ qerq aggravat fid-dritt kriminali Franċiż, għandu jitfakkar li, sa fejn, fil-kuntest ta’ proċedura msemmija fl-Artikolu 267 TFUE, l-interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali u l-eżami tal-kundizzjonijiet previsti minnu jaqgħu esklużivament taħt il-qorti tar-rinviju (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181113">13 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Čepelnik</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑33/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:896">EU:C:2018:896</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata), l-argument imressaq mill-kumpannija X fuq dan il-punt ma huwiex biżżejjed sabiex jikkonfuta l-preżunzjoni ta’ rilevanza invokata fil-punt 51 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>L-istess japplika għall-argument tal-kumpannija X dwar il-prinċipju ta’ <HT TYPE="ITALIC">nullum crimen, nulla poena sine lege</HT>. Fil-fatt, ir-Regolament Nru 715/2007 ma jistabbilixxix sanzjonijiet kriminali, b’tali mod li dan il-prinċipju huwa irrilevanti għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-ammissibbiltà ta’ din it-talba għal deċiżjoni preliminari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Fl-aħħar, ma jistax jintlaqa’ l-argument tal-kumpannija X li d-domandi preliminari magħmula ma kinux is-suġġett ta’ dibattitu kontradittorju peress li l-Artikolu 267 TFUE ma jissuġġettax it-tressiq ta’ talba lill-Qorti tal-Ġustizzja għan-natura kontradittorja tal-proċedura quddiem il-qorti tar-rinviju (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200716">16 ta’ Lulju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Governo della Repubblica italiana (Status tal-membri tal-ġudikatura Taljani li jippresjedu l-Qorti Konċiljatorja)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑658/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:572">EU:C:2020:572</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Konsegwentement, it-talba għal deċiżjoni preliminari hija ammissibbli.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk il-punt 10 tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 715/2007 għandux jiġi interpretat fis-sens li jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>element tad-disinn<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, softwer integrat fil-kalkolatur li jikkontrolla l-magna jew li jaġixxi fuqu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Il-punt 10 tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 715/2007 jiddefinixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>tagħmir ta’ riduzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>kull element tad-disinn li jħoss it-temperatura, il-veloċità tal-vettura, id-dawrien tal-magna (RPM), it-transmission gear, il-vakwu fil-manifold jew parametru ieħor bl-iskop li jattiva, jimmodula, jittardja jew iwaqqaf il-funzjonament ta’ xi parti mis-sistema ta’ kontroll ta’ l-emissjonijiet, li tnaqqas l-effettività tas-sistema ta’ kontroll ta’ l-emissjonijiet taħt kondizzjonijiet li wieħed raġonevolment jistenna li jiltaqa’ magħhom waqt it-tħaddim u l-użu normali ta’ vettura<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Minn din id-dispożizzjoni jirriżulta li hija ma tiddefinixxix il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>element tad-disinn<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, id-determinazzjoni tat-tifsira u tal-portata tat-termini li għalihom id-dritt tal-Unjoni ma jipprovdi ebda definizzjoni għandha tiġi stabbilita konformement mas-sens abitwali tagħhom fil-lingwaġġ ta’ kuljum, filwaqt li jittieħed inkunsiderazzjoni l-kuntest li fih jintużaw u l-għanijiet imfittxija mil-leġiżlazzjoni li jagħmlu parti minnha (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201001">1 ta’ Ottubru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Entoma</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑526/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:769">EU:C:2020:769</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għandu jiġi rrilevat li l-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>element tad-disinn<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> jirreferu, fis-sens abitwali tagħhom, għal oġġett immanifatturat sabiex jiġi integrat f’totalità funzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, mill-punt 10 tal-Artikolu 3 ta’ dan ir-regolament jirriżulta li l-kunċett ta’ apparat ta’ manipulazzjoni msemmi f’din id-dispożizzjoni jindika <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>kull<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/> element tad-disinn. F’dan ir-rigward, bħall-Gvern Franċiż u l-Kummissjoni, għandu jiġi kkunsidrat li tali definizzjoni tal-apparat ta’ manipulazzjoni tagħti għalhekk portata wiesgħa lill-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>element tad-disinn<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/> li jkopri kemm il-partijiet mekkaniċi kif ukoll l-elementi elettroniċi li jirregolaw l-attivazzjoni ta’ tali partijiet, peress li dawn jaġixxu fuq il-funzjonament tas-sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet u jnaqqsu l-effettività tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-ftuħ tal-valv EGR huwa rregolat f’ħin reali minn wieħed mill-kalkolaturi ta’ kontroll tal-magna li jikkostitwixxi sistema informatika inkorporata fil-vettura. Għalhekk, skont l-informazzjoni pprovduta minn diversi sensors, b’mod partikolari ta’ veloċità jew ta’ temperatura tal-magna, dan il-kalkolatur jibgħat struzzjonijiet lill-attwatur tal-valv EGR. L-effettività tas-sistema ta’ tnaqqis tat-tniġġis hija marbuta mal-ftuħ ta’ dan il-valv, li huwa rregolat mill-kodiċi sors tas-softwer integrat mal-kalkolatur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Konsegwentement, peress li jaġixxi fuq il-funzjonament tas-sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet u li jnaqqas l-effettività tagħha, softwer, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, integrat fil-kalkolatur tal-kontroll tal-magna, jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>element tad-disinn<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/>, fis-sens tal-punt 10 tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 715/2007.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni wiesgħa tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>element tad-disinn<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/> hija kkorroborata mill-għan imfittex mir-Regolament Nru 715/2007, li jikkonsisti, hekk kif jirriżulta mill-premessa 6 tiegħu, fit-tnaqqis kunsiderevoli tal-emissjonijiet ta’ NOx tal-vetturi diesel sabiex tittejjeb il-kwalità tal-arja u jiġu osservati l-valuri limitu f’termini ta’ tniġġis.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-punt 10 tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 715/2007 għandu jiġi interpretat fis-sens li jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>element tad-disinn<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, softwer integrat fil-kalkolatur li jikkontrolla l-magna jew li jaġixxi fuqu, peress li huwa jaġixxi fuq il-funzjonament tas-sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet u jnaqqas l-effettività tagħha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk il-punt 10 tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 715/2007 għandux jiġi interpretat fis-sens li jaqgħu taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, biss it-teknoloġiji u l-istrateġija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>ta’ trattament sussegwenti tal-gass tal-egżost<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/>, li jnaqqsu l-emissjonijiet fi stadju sussegwenti, jiġifieri wara l-formazzjoni tagħhom, jew ukoll dawk li, bħas-sistema EGR, inaqqsu l-emissjonijiet fi stadju preċedenti, jiġifieri wara l-ħolqien tagħhom fil-mutur stess.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li jeżistu żewġ strateġiji li jistgħu jiġu implimentati mill-manifatturi, fil-vetturi diesel tagħhom, sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet li jniġġsu. Minn naħa, l-istrateġija msejħa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>interna għall-magna<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/>, bħas-sistema EGR, li tikkonsisti fit-tnaqqis tal-ħolqien ta’ inkwinanti fil-mutur innifsu u, min-naħa l-oħra, l-istrateġija msejħa ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0055" REF.END="QE0055"/>trattament sussegwenti tal-gass tal-egżost<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/>, li tikkonsisti f’li jiġu ttrattati l-emissjonijiet ta’ gass tal-egżost wara l-ħolqien tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 715/2007 ma jiddefinixxix, bħala tali, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0056" REF.END="QE0056"/>sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/>, iżda jfakkar, fil-preambolu tiegħu, li fid-dawl tal-għan tat-tnaqqis tal-emissjonijiet imsemmi minnu, huwa neċessarju li jiġu previsti apparati intiżi għall-kejl u, għaldaqstant, għall-kontroll tal-emissjonijiet matul l-użu ta’ vettura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 62 ta’ din is-sentenza, id-determinazzjoni tat-tifsira u tal-portata tat-termini li għalihom id-dritt tal-Unjoni ma jipprovdi ebda definizzjoni għandha tiġi stabbilita konformement mas-sens abitwali tagħhom fil-lingwaġġ ta’ kuljum, filwaqt li jittieħed kont tal-kuntest li fih huma jintużaw u tal-għanijiet imfittxija mil-leġiżlazzjoni li huma jifformaw parti minnha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Qabelxejn, għandu jiġi rrilevat li fuq il-livell letterali s-sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet tikkostitwixxi komponent ta’ vettura li għandha l-għan li tikkontrolla l-emissjonijiet tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li s-sistema EGR hija strument li għandu l-għan waħdieni li jnaqqas, u għalhekk li jikkontrolla, l-emissjonijiet ta’ NOx. Konsegwentement, ma jistax jiġi dedott mill-punt 10 tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 715/2007 li tali apparat ma jistax, teknikament, jagħmel parti mis-sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet peress li jippermetti li jiġi kkontrollat il-volum ta’ emissjonijiet ta’ NOx skont parametri stabbiliti minn qabel.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni hija, barra minn hekk, ikkorroborata mill-kuntest li fih jinsab il-punt 10 tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 715/2007. Din id-dispożizzjoni, li tinsab fil-Kapitolu I ta’ dan ir-regolament iddedikat għall-għan, għall-kamp ta’ applikazzjoni u għad-definizzjonijiet tiegħu, għandha tiġi eżaminata fid-dawl tad-diversi dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament kif ukoll tal-kuntest regolatorju tal-approvazzjoni tal-vetturi bil-mutur fi ħdan l-Unjoni Ewropea li fih jaqa’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-Parti I tal-Anness IV tad-Direttiva Qafas telenka l-atti leġiżlattivi li jipprevedu l-kundizzjonijiet sostantivi li għandhom jiġu ssodisfatti sabiex l-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura bil-mutur tingħata. Ir-regolament Nru 715/2007 jidher f’dan l-anness u jipprevedi, fl-Artikolu 5 tiegħu, li l-manifattur għandu jarma l-vetturi b’tali mod li l-komponenti li jistgħu jkollhom effett fuq l-emissjonijiet huma ddisinjati, mibnija u mmuntati b’mod li jippermettu lill-vetturi, f’użu normali, jikkonformaw ruħhom ma’ dan ir-regolament u mal-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu. Fir-rigward tal-kontroll tal-emissjonijiet, dan l-artikolu jimponi rekwiżiti tekniċi speċifiċi, li ġew stabbiliti mir-Regolament Nru 692/2008. Dan l-aħħar regolament jirreferi, minn naħa tiegħu, għal dak li jikkonċerna ċerti rekwiżiti tekniċi li jikkonċernaw l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi, għar-Regolament Nru 83 tan-NU/KEE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Fir-rigward, fl-ewwel lok, tar-Regolament Nru 715/2007, l-Artikolu 4(2) tiegħu jipprevedi li l-miżuri tekniċi adottati mill-manifattur għandhom ikunu tali li jiggarantixxu limitazzjoni effettiva b’mod partikolari tal-emissjonijiet mit-tailpipe, tul il-ħajja normali kollha tal-vetturi, f’kundizzjonijiet ta’ użu normali. F’dan ir-rigward, il-punt 6 tal-Artikolu 3 ta’ dan ir-regolament jiddefinixxi l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0057" REF.END="QE0057"/>emissjonijiet mit-<HT TYPE="ITALIC">tailpipe</HT><QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/> bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0058" REF.END="QE0058"/>emissjonijiet ta’ inkwinanti gassużi u f’partikuli<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Għalhekk, dawn id-dispożizzjonijiet jistabbilixxu biss l-għan li għandu jintlaħaq mill-kostrutturi, jiġifieri li jiġu limitati l-emissjonijiet mit-tailpipe, mingħajr ma jippreċiżaw il-mezzi sabiex jilħqu dan l-għan.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="16"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-punt 10 tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 715/2007, eżaminat fid-dawl tad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dan ir-regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0059" REF.END="QE0059"/>sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/> ma jeskludix it-teknoloġiji u l-istrateġija li jnaqqsu l-emissjonijiet fi stadju preċedenti, jiġifieri waqt il-ħolqien tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jiġi rrilevat li r-Regolament Nru 83 tan-NU/KEE, u b’mod partikolari l-Artikolu 2.16 ta’ dan tal-aħħar, jirreferi wkoll għall-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0060" REF.END="QE0060"/>sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/> jew ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0061" REF.END="QE0061"/>sistema ta’ kontra t-tniġġis<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/>, mingħajr madankollu ma jippreċiża jekk dan il-kunċett jirreferix għall-miżuri adottati sabiex jiġu ttrattati l-emissjonijiet wara l-formazzjoni tagħhom jew għal dawk intiżi sabiex jillimitaw il-formazzjoni tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Fil-fatt, din id-dispożizzjoni tiddefinixxi l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0062" REF.END="QE0062"/>apparat ta’ manipulazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/> f’termini paragunabbli għal dawk tal-punt 10 tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 715/2007. Konsegwentement, ma jistax jiġi dedott minn dan l-Artikolu 2.16 li s-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0063" REF.END="QE0063"/>sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0063" CODE="201D" ID="QE0063"/>, fis-sens ta’ dan tal-aħħar, tkopri biss it-teknoloġiji u l-istrateġija li jnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gass tal-egżost wara l-formazzjoni tagħhom u mhux dawk intiżi sabiex jillimitaw il-formazzjoni tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-punt 7.3.1.2 tar-Regolament Nru 83 tan-NU/KEE, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0064" REF.END="QE0064"/>Sistema li tikkontrolla t-tniġġis<QUOT.END REF.START="QS0064" CODE="201D" ID="QE0064"/>, jistabbilixxi, fil-punt (ċ) tiegħu, li s-sistema EGR hija waħda minn dawn il-parametri. Għalhekk minn dawn id-dispożizzjonijiet jirriżulta li s-sistema EGR taqa’ taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0065" REF.END="QE0065"/>sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0065" CODE="201D" ID="QE0065"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, għalkemm ir-Regolament Nru 692/2008 jiddefinixxi, fil-punt 18 tal-Artikolu 2 tiegħu, is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0066" REF.END="QE0066"/>sistema għall-kontroll ta’ l-emissjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0066" CODE="201D" ID="QE0066"/> bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0067" REF.END="QE0067"/>fil-kuntest tas-sistema OBD, il-kontrollur elettroniku tal-ġestjoni tal-magna u kwalunkwe komponent relatat ma’ l-emissjonijiet fis-sistema ta’ l-egżost jew fis-sistema evaporattiva li jipprovdi input għal jew jirċievi output minn dan il-kontrollur<QUOT.END REF.START="QS0067" CODE="201D" ID="QE0067"/> u jekk dan l-istess regolament jinkludi diversi dispożizzjonijiet dwar is-sistemi differenti ta’ pproċessar tal-emissjonijiet li jinsabu fis-sistema tal-egżost tal-vetturi u jikklassifikahom b’<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0068" REF.END="QE0068"/>sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0068" CODE="201D" ID="QE0068"/>, huwa jelenka wkoll, taħt din l-istess klassifikazzjoni, sistemi interni għall-magna, intiżi sabiex jillimitaw il-ħolqien tal-emissjonijiet. F’dan ir-rigward, l-Appendiċi 2 tal-Anness XI ta’ dan ir-regolament isemmi espressament ir-riċiklaġġ tal-gassijiet tal-egżost fil-lista tas-sistemi ta’ kontroll tal-emissjonijiet. Issa, dan huwa l-għan tas-sistema EGR.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jitfakkar li, fil-proċeduri ta’ approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur, il-livell tal-emissjonijiet huwa dejjem imkejjel mal-ħruġ mill-pajp tal-egżost, kif jirriżulta mill-Anness 3 tar-Regolament Nru 692/2008. Għaldaqstant, ma tistax issir distinzjoni bejn l-istrateġiji li jnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gass tal-egżost wara l-ħolqien tagħhom u dawk intiżi sabiex jillimitaw il-ħolqien tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Għalhekk mill-kuntest tal-punt 10 tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 715/2007 jirriżulta li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0069" REF.END="QE0069"/>sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0069" CODE="201D" ID="QE0069"/> jinkludi kemm it-teknoloġiji u l-istrateġija interna tal-magna tal-vetturi intiżi sabiex inaqqsu l-emissjonijiet wara l-formazzjoni tagħhom kif ukoll dawk intiżi sabiex jillimitaw il-formazzjoni tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Fl-aħħar, tali interpretazzjoni hija kkorroborata wkoll mill-għan imfittex mir-Regolament Nru 715/2007 li jikkonsisti f’li jiġi ggarantit livell għoli ta’ protezzjoni tal-ambjent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif tesponi l-premessa 1 tar-Regolament Nru 715/2007, ir-rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tal-vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet għandhom jiġu armonizzati b’mod partikolari sabiex jiggarantixxu dan l-għan. Barra minn hekk, il-premessa 5 ta’ dan ir-regolament tistabbilixxi li t-twettiq tal-għanijiet tal-Unjoni għall-kwalità tal-arja jeħtieġ sforz kontinwu sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-vetturi. Il-premessa 6 ta’ dan jippreċiża li huma b’mod partikolari neċessarju li jkomplu jitnaqqsu kunsiderevolment l-emissjonijiet ta’ NOx tal-vetturi diesel sabiex tittejjeb il-kwalità tal-arja u sabiex jiġu osservati l-valuri limitu f’termini ta’ tniġġis.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="17"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 715/2007 jimponi fuq il-manifattur l-obbligu li juri li l-miżuri tekniċi li huma adottaw jiggarantixxu limitazzjoni effettiva tal-emissjonijiet, b’mod partikolari, għat-tailpipe u dan matul il-ħajja normali tal-vetturi, f’kundizzjonijiet ta’ użu normali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0070" REF.END="QE0070"/>sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0070" CODE="201D" ID="QE0070"/> fil-punt 10 tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 715/2007, li tipprovdi li dan il-kunċett jinkludi kemm it-teknoloġiji u l-istrateġiji interni għall-magna tal-vetturi intiżi sabiex inaqqsu l-emissjonijiet wara l-formulazzjoni tagħhom kif ukoll dawk intiżi sabiex jillimitaw il-formazzjoni tagħhom, hija konformi mal-għan imfittex minn dan ir-regolament. Fil-fatt, hekk kif l-Avukata Ġenerali rrilevat fil-punt 106 tal-konklużjonijiet tagħha, li l-portata ta’ dan il-kunċett tiġi limitata biss għat-teknoloġiji u għall-istrateġija li jnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gass tal-egżost wara l-formazzjoni tagħhom iċaħħad lir-Regolament Nru 715/2007 minn parti kunsiderevoli mill-effett utli tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li l-punt 10 tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 715/2007 għandu jiġi interpretat fis-sens li jaqgħu taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0071" REF.END="QE0071"/>sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0071" CODE="201D" ID="QE0071"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, kemm it-teknoloġiji u l-istrateġija magħrufa bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0072" REF.END="QE0072"/>trattament sussegwenti tal-gass tal-egżost<QUOT.END REF.START="QS0072" CODE="201D" ID="QE0072"/>, li jnaqqsu l-emissjonijiet fi stadju sussegwenti, jiġifieri wara l-formazzjoni tagħhom, kif ukoll dawk li, bħas-sistema EGR, inaqqsu l-emissjonijiet fi stadju preċedenti, jiġifieri wara l-ħolqien tagħhom.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-punti (a) u (c) tat-tielet domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>Permezz tal-punti (a) u (c) tat-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk il-punt 10 tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 715/2007 għandux jiġi interpretat fis-sens li jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0073" REF.END="QE0073"/>apparat ta’ manipulazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0073" CODE="201D" ID="QE0073"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, apparat li jidentifika kull parametru marbut mal-iżvolġiment tal-proċeduri ta’ approvazzjoni previsti minn dan ir-regolament, sabiex titjieb il-prestazzjoni, matul dawn il-proċeduri, tas-sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet, u hekk tinkiseb l-approvazzjoni tal-vettura, anki jekk tali titjib jista’ jiġi osservat, f’ċirkustanzi speċifiċi, f’kundizzjonijiet ta’ użu normali tal-vettura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, fil-kuntest tal-approvazzjoni parzjali dwar l-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu, il-vetturi huma ttestjati skont il-profil ta’ veloċità NEDC, li jikkonsisti fir-repetizzjoni, fil-laboratorju, ta’ erba’ ċikli urbani segwiti minn ċiklu mhux urban. Dan jippermetti b’mod partikolari li jiġi vverifikat li l-kwantità ta’ NOx emessa hija inqas mil-limitu previst mir-Regolament Nru 715/2007. Iċ-ċikli ta’ testijiet għall-emissjonijiet tal-vetturi fil-kuntest ta’ din il-proċedura ma humiex ibbażati fuq il-kundizzjonijiet reali ta’ ċirkulazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>Is-softwer inkwistjoni fil-kawża prinċipali jippermetti li jiġu identifikati l-parametri li jikkorrispondu għal dawk tat-testijiet imwettqa fil-laboratorju skont il-profil NEDC u, jekk ikun il-każ, li jiżdied il-livell ta’ ftuħ tal-valv EGR sabiex tiġi assenjata parti ikbar mill-gassijiet tal-egżost fil-manifold u sabiex hekk jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-vettura ttestjata. Dan is-softwer jippermetti għalhekk li jiġi intensifikat il-funzjonament tal-valv EGR sabiex l-emissjonijiet josservaw il-limiti stabbiliti mir-Regolament Nru 715/2007. Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li, meta l-imsemmi softwer ma jidentifikax il-profil NEDC u minħabba f’hekk huwa jqis li l-vettura tinsab f’kundizzjonijiet ta’ użu normali, jiġu kkonstatati emissjonijiet ta’ NOx ogħla minn dawk miġbura matul il-fażi tat-testijiet, li barra minn hekk ma humiex konformi mal-limiti stabbiliti mir-Regolament Nru 715/2007.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>Konformement ma’ ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, hemm lok li, għall-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, ma għandhomx jiġu kkunsidrati biss kliemha iżda wkoll il-kuntest tagħha u l-għanijiet imfittxija mil-leġiżlazzjoni li minnha hija tagħmel parti minnha (is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201118">18 ta’ Novembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Kaplan International colleges UK</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑77/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:934">EU:C:2020:934</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="18"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95</NO.P><TXT>Qabel kollox, mill-formulazzjoni tal-punt 10 tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 715/2007 jirriżulta li apparat ta’ manipulazzjoni huwa intiż sabiex inaqqas <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0074" REF.END="QE0074"/>l-effettività tas-sistema ta’ kontroll ta’ l-emissjonijiet taħt kondizzjonijiet li wieħed raġonevolment jistenna li jiltaqa’ magħhom waqt it-tħaddim u l-użu normali ta’ vettura<QUOT.END REF.START="QS0074" CODE="201D" ID="QE0074"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96</NO.P><TXT>Konsegwentement, mill-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni jista’ jiġi dedott li apparat, bħas-sistema EGR inkwistjoni fil-kawża prinċipali, implimentat sabiex tiġi żgurata limitazzjoni tal-emissjonijiet skont ir-Regolament Nru 715/2007, għandu jkun operattiv kemm matul il-perijodu ta’ testijiet ta’ approvazzjoni tal-laboratorju kif ukoll waqt l-użu f’kundizzjonijiet normali tal-vettura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97</NO.P><TXT>Sussegwentement, fir-rigward tal-kuntest tal-punt 10 tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 715/2007, mill-punt 77 ta’ din is-sentenza jirriżulta li, skont l-Artikolu 4(2) ta’ dan ir-regolament, il-miżuri tekniċi adottati mill-manifattur għandhom ikunu tali li jiggarantixxu b’mod partikolari limitazzjoni effettiva tal-emissjonijiet mit-tailpipe matul il-ħajja normali tal-vetturi, f’kundizzjonijiet normali ta’ użu. Barra minn hekk, l-Artikolu 5(1) tal-imsemmi regolament jipprevedi li l-manifattur għandu jattrezza l-vetturi b’tali mod li l-komponenti li jaġixxu fuq l-emissjonijiet għandhom jippermettu lill-vetturi, f’użu normali, jikkonformaw ruħhom mal-limiti tal-emissjonijiet previsti mill-istess regolament u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li dan il-kuntest ma jurix elementi li jippermettu li ssir distinzjoni bejn il-funzjonament tal-apparat kontenzjuż fil-fażi tat-test ta’ approvazzjoni u waqt is-sewqan f’kundizzjonijiet ta’ użu normali tal-vetturi. Fil-fatt, kif irrilevat l-Avukata Ġenerali fil-punt 124 tal-konklużjonijiet tagħha, l-implimentazzjoni ta’ apparat li l-uniku skop tiegħu huwa li tiġi żgurata l-osservanza tal-limiti tal-emissjonijiet previsti mir-Regolament Nru 715/2007 biss matul il-fażi ta’ test ta’ approvazzjoni jmur kontra l-obbligu li tiġi żgurata limitazzjoni effettiva tal-emissjonijiet f’kundizzjonijiet ta’ użu normali tal-vettura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99</NO.P><TXT>Konsegwentement, għandha tingħata interpretazzjoni lill-punt 10 tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 715/2007 fis-sens li jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0075" REF.END="QE0075"/>apparat ta’ manipulazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0075" CODE="201D" ID="QE0075"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, softwer, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jemenda l-livell tal-emissjonijiet tal-vetturi skont il-kundizzjonijiet ta’ sewqan li huwa jidentifika u jiggarantixxi l-osservanza tal-limiti tal-emissjonijiet biss meta dawn il-kundizzjonijiet ikunu jikkorrispondu għal dawk applikati matul il-proċeduri ta’ approvazzjoni. Għalhekk, tali apparat jikkostitwixxi apparat ta’ manipulazzjoni anki jekk it-titjib tal-prestazzjoni tas-sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet jista’ wkoll jiġi osservat, f’ċirkustanzi speċifiċi, f’kundizzjonijiet ta’ użu normali tal-vettura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni hija, fl-aħħar, ikkorroborata mill-għan imfittex mir-Regolament Nru 715/2007, li, kif jirriżulta mill-punti 86 u 87 ta’ din is-sentenza, jikkonsisti fit-tnaqqis kunsiderevoli tal-emissjonijiet ta’ NOx u li jiġi ggarantit livell għoli ta’ protezzjoni tal-ambjent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-fatt li l-kundizzjonijiet għall-użu normali tal-vetturi jistgħu eċċezzjonalment, kif jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju, jikkorrispondu għall-kundizzjonijiet ta’ sewqan applikati matul il-proċeduri ta’ approvazzjoni, u għalhekk itejbu, f’ċirkustanzi speċifiċi, ir-rendiment tal-apparat inkwistjoni ma jaffettwax din l-interpretazzjoni, peress li, fil-kundizzjonijiet ta’ użu normali tal-vetturi, l-għan ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ NOx normalment ma jintlaħaqx.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għall-punt (a) u (c) tat-tielet domanda għandha tkun li l-punt 10 tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 715/2007 għandu jiġi interpretat fis-sens li jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0076" REF.END="QE0076"/>apparat ta’ manipulazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0076" CODE="201D" ID="QE0076"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, apparat li jidentifika kull parametru marbut mal-iżvolġiment tal-proċeduri ta’ approvazzjoni previsti minn dan ir-regolament, sabiex titjieb il-prestazzjoni, matul dawn il-proċeduri, tas-sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet, u hekk tinkiseb l-approvazzjoni tal-vettura, anki jekk tali titjib jista’ jiġi osservat, f’ċirkustanzi speċifiċi, f’kundizzjonijiet ta’ użu normali tal-vettura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="19"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-punt (b) tat-tielet domanda u ir-raba’ domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi rrilevat li l-punt (b) tat-tielet domanda u r-raba’ domanda jirrigwardaw l-eċċezzjonijiet kollha previsti fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament Nru 715/2007. Issa, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 5(2)(b) u (ċ) ta’ dan ir-regolament huma irrilevanti għall-finijiet tas-soluzzjoni tal-kawża prinċipali. Għaldaqstant ma hemmx lok li jiġi interpretat l-imsemmi Artikolu 5(2)(b) u (ċ).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104</NO.P><TXT>Għalhekk, permezz tal-imsemmija domandi, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 5(2)(a) tar-Regolament Nru 715/2007 għandux jiġi interpretat fis-sens li apparat ta’ manipulazzjoni, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jtejjeb sistematikament ir-rendiment tas-sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet tal-vetturi waqt proċeduri ta’ approvazzjoni meta mqabbel ma’ dak ikkonstatat matul kundizzjonijiet ta’ użu normali, jista jaqa’ taħt l-eċċezzjoni għall-projbizzjoni ta’ tali apparati prevista f’din id-dispożizzjoni peress li dan l-apparat jikkontribwixxi sabiex jipprevjeni t-tqassir tal-proċess li bih magna tiqdiem jew tinstadd.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament Nru 715/2007, l-użu ta’ apparat ta’ manipulazzjoni li jnaqqas l-effettività tas-sistemi ta’ kontroll tal-emissjonijiet huwa pprojbit. Madankollu, din il-projbizzjoni għandha tliet eċċezzjonijiet, fosthom dik li tinsab fil-punt (a) ta’ din id-dispożizzjoni, li tipprovdi li din il-projbizzjoni ma tapplikax meta <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0077" REF.END="QE0077"/>l-bżonn tat-tagħmir huwa ġustifikat għal raġunijiet ta’ protezzjoni tal-magna mill-ħsara jew inċidenti u għat-tħaddim fis-sigurtà tal-vettura<QUOT.END REF.START="QS0077" CODE="201D" ID="QE0077"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li l-kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0078" REF.END="QE0078"/>ħsara<QUOT.END REF.START="QS0078" CODE="201D" ID="QE0078"/> u ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0079" REF.END="QE0079"/>inċident<QUOT.END REF.START="QS0079" CODE="201D" ID="QE0079"/> ma humiex iddefiniti fl-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 715/2007 u lanqas fl-artikoli l-oħra tal-imsemmi regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li mill-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 62 ta’ din is-sentenza jirriżulta li, fl-assenza ta’ kwalunkwe definizzjoni, fir-Regolament Nru 715/2007, ta’ dawn il-kunċetti, id-determinazzjoni tat-tifsira u tal-portata ta’ dawn il-kliem għandha tiġi stabbilita, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, konformement mat-tifsira normali tagħhom fil-lingwaġġ ta’ kuljum, filwaqt li jittieħed inkunsiderazzjoni l-kuntest li fih jintużaw u l-għanijiet imfittxija mil-leġiżlazzjoni li minnha jifformaw parti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108</NO.P><TXT>Fis-sens abitwali tagħha fil-lingwaġġ ta’ kuljum, it-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0080" REF.END="QE0080"/>inċident<QUOT.END REF.START="QS0080" CODE="201D" ID="QE0080"/> jirreferi, kif irrilevat l-Avukata Ġenerali fil-punt 135 tal-konklużjonijiet tagħha, għal avveniment mhux previst u li jseħħ f’daqqa waħda li jwassal għal ħsara jew perikoli, bħal korrimenti jew mewt. Minn naħa tagħha, il-kelma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0081" REF.END="QE0081"/>ħsara<QUOT.END REF.START="QS0081" CODE="201D" ID="QE0081"/> tirreferi għal dannu li jirriżulta ġeneralment minn kawża vjolenti jew li sseħħ f’daqqa waħda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109</NO.P><TXT>Konsegwentement, apparat ta’ manipulazzjoni li jnaqqas l-effettività tas-sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet huwa ġġustifikat peress li, skont l-Artikolu 5(2)(a) tar-Regolament Nru 715/2007, huwa jippermetti li l-magna tiġi protetta minn danni li jseħħu f’daqqa waħda u li huma eċċezzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0110"><NO.P>110</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-fatt li magna tinstadd u tiqdiem ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0082" REF.END="QE0082"/>inċident<QUOT.END REF.START="QS0082" CODE="201D" ID="QE0082"/> jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0083" REF.END="QE0083"/>ħsara<QUOT.END REF.START="QS0083" CODE="201D" ID="QE0083"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, peress li, kif tosserva l-Kummissjoni, dawn l-avvenimenti huma, bħala prinċipju, prevedibbli u inerenti għall-funzjonament normali tal-vettura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0111"><NO.P>111</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni hija kkorroborata mill-kuntest tal-Artikolu 5(2)(a) tar-Regolament Nru 715/2007, li jistabbilixxi eċċezzjoni għall-projbizzjoni tal-użu ta’ apparat ta’ manipulazzjoni li jnaqqas l-effettività tas-sistemi ta’ kontroll tal-emissjonijiet, kif ukoll mill-għan imfittex mill-imsemmi regolament. Fil-fatt, kull eċċezzjoni għandha tkun is-suġġett ta’ interpretazzjoni stretta, ta’ natura li tissalvagwardja l-effett utli tagħha u li tosserva l-għan tagħha (ara, b’analoġija, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140903">3 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Deckmyn u Vrijheidsfonds</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑201/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2132">EU:C:2014:2132</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll 23).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="20"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0112"><NO.P>112</NO.P><TXT>Il-fatt li l-Artikolu 5(2)(a) tar-Regolament Nru 715/2007 jikkostitwixxi eċċezzjoni għall-projbizzjoni tal-użu ta’ apparati ta’ manipulazzjoni li jnaqqsu l-effettività tas-sistemi ta’ kontroll tal-emissjonijiet, għandha tkun interpretata b’mod strett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0113"><NO.P>113</NO.P><TXT>Tali interpretazzjoni hija kkorroborata wkoll mill-għan imfittex mir-Regolament Nru 715/2007, li jikkonsisti f’li jiġi ggarantit livell għoli ta’ protezzjoni tal-ambjent u t-titjib tal-kwalità tal-arja fi ħdan l-Unjoni, li jimplika t-tnaqqis effettiv tal-emissjonijiet ta’ NOx matul il-ħajja normali kollha tal-vetturi. Il-projbizzjoni msemmija fl-Artikolu 5(2)(a) ta’ dan ir-regolament tkun imċaħħda mis-sustanza u mċaħħda minn kull effett utli jekk il-manifatturi kienu awtorizzati jattrezzaw il-vetturi ta’ tali apparati ta’ manipulazzjoni bl-għan uniku li jipproteġi l-magna milli tinstadd jew milli tiqdiem.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0114"><NO.P>114</NO.P><TXT>Konsegwentement, kif irrilevat l-Avukata Ġenerali fil-punt 146 tal-konklużjonijiet tagħha, huma biss ir-riskji immedjati ta’ ħsarat li jiġġeneraw perikolu konkret matul is-sewqan tal-vettura li huma ta’ natura li jiġġustifikaw l-użu ta’ apparat ta’ manipulazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0115"><NO.P>115</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għall-punt (a) tat-tielet domanda u għar-raba’ domanda għandha tkun li l-Artikolu 5(2)(a) tar-Regolament Nru 715/2007 għandu jiġi interpretat fis-sens li apparat ta’ manipulazzjoni, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jtejjeb sistematikament, waqt proċeduri ta’ approvazzjoni, ir-rendiment tas-sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet tal-vetturi sabiex jiġu osservati l-limiti ta’ emissjoni stabbiliti minn dan ir-regolament, u għalhekk li tinkiseb l-approvazzjoni ta’ dawn il-vetturi, ma jistax jaqa’ taħt l-eċċezzjoni għall-projbizzjoni ta’ tali apparati prevista f’din id-dispożizzjoni, dwar il-protezzjoni tal-magna kontra ħsara jew inċident u għat-tħaddim fis-sigurtà tal-vettura, anki jekk dan l-apparat jikkontribwixxi sabiex jipprevjeni t-tqassir tal-proċess li bih magna tiqdiem jew tinstadd.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0116"><NO.P>116</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-punt 10 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20070620">20 ta’ Ġunju 2007</DATE> dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward ta’ l-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, għandu jiġi interpretat fis-sens li jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0084" REF.END="QE0084"/>element tad-disinn<QUOT.END REF.START="QS0084" CODE="201D" ID="QE0084"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, softwer integrat fil-kalkolatur li jikkontrolla l-magna jew li jaġixxi fuqu, peress li huwa jaġixxi fuq il-funzjonament tas-sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet u jnaqqas l-effettività tagħha.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-punt 10 tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 715/2007 għandu jiġi interpretat fis-sens li jaqgħu taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0085" REF.END="QE0085"/>sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0085" CODE="201D" ID="QE0085"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, kemm it-teknoloġiji u l-istrateġija magħrufa bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0086" REF.END="QE0086"/>trattament sussegwenti tal-gass tal-egżost<QUOT.END REF.START="QS0086" CODE="201D" ID="QE0086"/>, li jnaqqsu l-emissjonijiet fi stadju sussegwenti, jiġifieri wara l-formazzjoni tagħhom, kif ukoll dawk li, bħas-sistema ta’ riċiklaġġ tal-gassijiet tal-egżost, inaqqsu l-emissjonijiet fi stadju preċedenti, jiġifieri wara l-ħolqien tagħhom.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-punt 10 tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 715/2007 għandu jiġi interpretat fis-sens li jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0087" REF.END="QE0087"/>apparat ta’ manipulazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0087" CODE="201D" ID="QE0087"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, apparat li jidentifika kull parametru marbut mal-iżvolġiment tal-proċeduri ta’ approvazzjoni previsti<?PAGE NO="21"?> minn dan ir-regolament, sabiex titjieb il-prestazzjoni, matul dawn il-proċeduri, tas-sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet, u hekk tinkiseb l-approvazzjoni tal-vettura, anki jekk tali titjib jista’ jiġi osservat, f’ċirkustanzi speċifiċi, f’kundizzjonijiet ta’ użu normali tal-vettura.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">4)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 5(2)(a) tar-Regolament Nru 715/2007 għandu jiġi interpretat fis-sens li apparat ta’ manipulazzjoni, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jtejjeb sistematikament, waqt proċeduri ta’ approvazzjoni, ir-rendiment tas-sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet tal-vetturi sabiex jiġu osservati l-limiti ta’ emissjoni stabbiliti minn dan ir-regolament, u għalhekk li tinkiseb l-approvazzjoni ta’ dawn il-vetturi, ma jistax jaqa’ taħt l-eċċezzjoni għall-projbizzjoni ta’ tali apparati prevista f’din id-dispożizzjoni, dwar il-protezzjoni tal-magna kontra ħsara jew inċident u għat-tħaddim fis-sigurtà tal-vettura, anki jekk dan l-apparat jikkontribwixxi sabiex jipprevjeni t-tqassir tal-proċess li bih magna tiqdiem jew tinstadd.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>