31986R0244



Official Journal L 030 , 05/02/1986 P. 0008 - 0009
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 4 P. 0074
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 4 P. 0074


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 244/86

ta' l-4 ta' Frar 1986

dwar il-klassifikazzjoni ta' oġġetti taħt is-subintestatura 16.02 B III b) ex 1 ex aa) (33) tan-nomenklatura li jinsabu fl-Anness tar-Regolament (KEE) Nru 149/86 li jiffissa r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni taċ-ċanga u l-vitella

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 97/69 tas-16 ta' Jannar 1969 dwar miżuri meħuda għall-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura tad-Tariffa Doganali Komuni [1], kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 2055/84 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu,

Billi hemm il-ħtieġa għal disposizzjonijiet li jiżguraw l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura li tinsab fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 149/86 [3], bl-iskop li ssir il-klassifikazzjoni ta' preparat tal-laħam bovin mhux imsajjar, ikkapuljat imma mhux omoġenizzat fin, karatterizzat bid-data analitika li ġejja:

Proteini tal-laħam (% ta' Nitroġenu × 6,25) | 14,08 % |

Grass | 24,60 % |

Laħam bla grass % ta' Nitroġenu × 1003,55 | 63,40 % |

li ma jkunx fih interjuri, li l-bqija jkun magħmul minn prodotti mhux tal-laħam;

Billi s-subintestatura 16.02 B III b) ex 1 ex aa) (22) tan-nomenklatura msemmija hawn fuq tkopri preparati oħra ta' laħam bovin li jkun fihom 80 % jew aktar iżda inqas minn 90 % ta' laħam mhux omoġenizzat fin esklużi l-interjuri u l-grass, u billi s-subintestatura 16.02 B III b) ex 1 ex aa) (33) tkopri l-istess preparati li jkun fihom 60 % jew aktar iżda inqas minn 80 % laħam;

Billi l-preparat in kwistjoni, li jkun fihom 63,4 % ta' laħam bla grass, ma jistax jaqa' taħt is-subintestatura 16.02 B III b) ex 1 ex aa) (22): billi dan il-preparat għandu l-karatteristiċi ta' oġġetti li jaqgħu taħt is-subintestatura 16.02 B III b) ex 1 ex aa) (33) u għalhekk għandu jiġi klassifikat taħt dik is-subintestatura

Billi, minħabba li l-Kumitat għan-Nomenklatura dwar Tariffi Doganali Komuni ma tax opinjoni, il-Kummissjoni pproponiet lill-Kunsill id-disposizzjonijiet li għandhom jiġu adottati, skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 97/69;

Billi, tliet xhur wara li kienu ntbagħtulu l-proposti, il-Kunsill ma aġixxiex u għalhekk hu xieraq li l-Kummissjoni tadotta d-disposizzjonijiet proposti skond il-proċedura msemmija hawn fuq fir-Regolament (KEE) Nru 97/69,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Preparati ta' laħam bovin mhux imsajjar, ikkapuljat, mhux omoġenizzat fin, karatterizzat bid-data analitika li ġejjin:

Proteini tal-laħam (% ta' Nitroġenu × 6,25) | 14,08 % |

Grass | 24,60 % |

Laħam bla grass % ta' Nitroġenu × 1003,55 | 63,40 % |

li ma jkunx fih interjuri, li l-bqija jkun magħmul minn prodotti mhux tal-laħam, għandu jiġi klassifikat fin-nomenklatura li hemm fl-Anness tar-Regolament (KEE) Nru 149/86, taħt is-subintestatura li ġejja:

16.02 Laħam ieħor preparat jew priservat jew interjuri tal-laħam:

B. Ieħor:

III. Ieħor:

(b) Ieħor:

ex 1. Li jkun fih laħam bovin jew interjuri tal-laħam, ħlief dak omoġenizzat fin:

ex aa) mhux imsajjar, li jkun fih f'dak li hu piż il-perċentwali li ġejjin ta' laħmijiet bovini (mhux magħduda l-interjuri u l-grass):

(33) 60 % jew aktar iżda inqas minn 80 % laħam.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-4 ta' Frar 1986.

Għall-Kummissjoni

Cockfield

Viċi-President

[1] ĠU L 14, tal-21.1.1969, pġ. 1.

[2] ĠU L 191, tad-19.7.1984, pġ. 1.

[3] ĠU L 19, tal-25.1.1986, pġ. 24.

--------------------------------------------------