European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2024/2367

26.3.2024

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11450 — WORXINVEST / GIMV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/2367)

1.   

Fit-18 ta’ Marzu 2024, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara rinviju skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

WORXINVEST NV (“WORXINVEST”, il-Belġju),

—

GIMV NV (“GIMV”, il-Belġju).

WorxInvest se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ ta’ Gimv.

Il-konċentrazzjoni se ssir permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

WORXINVEST hija kumpanija ta’ investiment li tinvesti f’fondi ta’ ekwità privata u kumpaniji żgħar u ta’ daqs medju, strumenti tas-suq monetarju u proprjetà immobbli,

—

GIMV hija kumpanija ta’ investiment ta’ ekwità privata ffukata fuq investimenti diretti f’kumpaniji bil-kwartieri ġenerali fil-Belġju, fi Franza, fil-Ġermanja, fin-Netherlands u fl-Iżvizzera. Il-ħames pjattaformi ta' investiment ta’ Gimv huma: il-Konsumatur, il-Kura tas-Saħħa, l-Industriji Intelliġenti, il-Bliet Sostenibbli u x-Xjenzi tal-Ħajja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fl-ambitu tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

Każ M.11450 — WORXINVEST / GIMV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Indirizz tal-posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2367/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)