|
14.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 185/20 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/1142
tat-13 ta' Lulju 2015
li timplimenta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja
Il-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK tal-15 ta' Ottubru 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Fil-15 ta' Ottubru 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK. |
|
(2) |
Il-Kunsill iqis li l-entrati għal erba' persuni u tliet entitajiet fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi kif tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK għandhom jiġu emendati. |
|
(3) |
Il-Kunsill iqis ukoll li żewġ persuni u erba' entitajiet għandhom jitneħħew mil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi kif tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK. |
|
(4) |
L-Anness għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK hu hawnhekk emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Lulju 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
F. ETGEN
ANNESS
I.
Il-persuni u l-entitajiet li ġejjin huma mħassra mil-lista li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK:|
A. |
Persuni
|
|
B. |
Entitajiet
|
II.
L-entrati għall-persuni u l-entitajiet li ġejjin li jinsabu fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK huma sostitwiti b'dan li ġej:|
A. |
Persuni
|
|
B. |
Entitajiet
|