|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/3365 |
24.5.2024 |
Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill
(C/2024/3365)
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jieħdu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar ir-rapportar. Mingħajr preġudizzju għall-prerogattivi tal-awtorità baġitarja skont it-Trattati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill beħsiebhom jirrevedu n-nomenklatura tal-Faċilità, pereżempju dwar l-approprjazzjonijiet għal kull benefiċjarju, biex jiżguraw skrutinju politiku u baġitarju xieraq. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistiednu lill-Kummissjoni Ewropea tqis b'mod dovut din id-dikjarazzjoni, kif xieraq, fit-tħejjija tal-Abbozz tal-Baġit 2025.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3365/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)