Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - PARTI III - POLITIKA U FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI - TITOLU VI - IL-FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI - KAPITOLU I -DISPOSIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI - Sezzjoni 2 - Korpi konsultattivi ta' l-Unjoni - Subsezzjoni 2 - Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali - Artikolu III-392
Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0169 - 0169
Artikolu III-392 Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali għandu jiġi kkonsultat mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni meta l-Kostituzzjoni tipprovdi hekk. Jista' jiġi kkonsultat ukoll minn dawn l-istituzzjonijiet fil-każijiet kollha li huma jikkunsidraw xierqa. Jista' wkoll jissottometti opinjoni fuq l-inizjattiva tiegħu stess. Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill jew il-Kummissjoni għandu, jekk jikkunsidrawh meħtieġ, jistabbilixxi għas-sottomissjoni mill-Kumitat ta' l-opinjoni tiegħu, terminu ta' żmien li ma jistax ikun inqas minn xahar mid-data li fiha l-president jirċievi notifika għal dan l-iskop. Ma' l-iskadenza tat-terminu taż-żmien, in-nuqqas ta' opinjoni m'għandux iżomm milli tittieħed azzjoni ulterjuri. L-opinjoni tal-Kumitat, flimkien ma' reġistru tal-proċeduri tiegħu, għandha tintbagħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. --------------------------------------------------