|
2.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 319/15 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1373
tal-1 ta’ Ottubru 2020
dwar l-awtorizzazzjoni tal-kelat taż-żingu tal-liżina u tal-aċidu glutamiku bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri biex tingħata din l-awtorizzazzjoni. |
|
(2) |
Tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-kelat taż-żingu tal-liżina u tal-aċidu glutamiku, f’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Ma’ dik l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(3) |
Dik l-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-kelat taż-żingu tal-liżina u tal-aċidu glutamiku bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, li jrid jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrizzjonali”. |
|
(4) |
Fl-opinjoni tagħha tat-2 ta’ Lulju 2019 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li fil-kundizzjonijiet tal-użu proposti, il-kelat taż-żingu tal-liżina u tal-aċidu glutamiku ma għandux effett avvers fuq is-saħħa tal-annimali u fuq is-saħħa tal-konsumaturi. Ikkonkludiet ukoll li l-addittiv jitqies bħala sensitizzatur potenzjali respiratorju u tal-ġilda, u ddikjarat li kien hemm riskju għall-utenti tal-addittiv mat-teħid tan-nifs. Għalhekk, jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa biex jiġu evitati effetti avversi fuq is-saħħa tal-bniedem, partikolarment għall-utenti tal-addittiv. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-addittiv ma joħloqx riskju addizzjonali għall-ambjent meta mqabbel ma’ komposti oħra taż-żingu, u li huwa sors effikaċi ta’ żingu għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf li tressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(5) |
Il-valutazzjoni ta’ dak l-addittiv turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, soġġett għal miżuri protettivi rilevanti għall-utenti tal-addittiv, huma ssodisfati. Għalhekk, l-użu ta’ dak l-addittiv jenħtieġ li jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Is-sustanza speċifikata fl-Anness, li taqa’ taħt il-kategorija ta’ addittivi “addittivi nutrizzjonali” u l-grupp funzjonali “komposti ta’ oligoelementi”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Ottubru 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) EFSA Journal 2019;17(7):5782.
ANNESS
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
|||||||||||
|
Kontenut tal-element (Zn) f’mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||||
|
Kategorija ta’ addittivi nutrizzjonali. Grupp funzjonali: komposti tal-oligoelementi |
||||||||||||||||||||
|
3b615 |
- |
Kelat taż-żingu tal-liżina u tal-aċidu glutamiku |
Kompożizzjoni tal-addittiv: Taħlita ta’ kelati taż-żingu bil-liżina u ta’ kelati tar-ram bl-aċidu glutamiku f’proporzjon ta’ 1:1 bħala trab b’kontenut ta’ żingu bejn 17 u 19 %, b’kontenut ta’ liżina bejn 19 u 21 %, b’kontenut ta’ aċidu glutamiku bejn 21 u 23 % u massimu ta’ 3 % indewwa |
L-ispeċijiet kollha ta’ annimali |
- |
- |
Klieb u qtates: 200 (total) Salmonidi u sostituti ta’ ħalib għall-għoġġiela: 180 (total) Driefeġ, ħnieżer nisa, fniek u l-ħut kollu għajr is-salmonidi: 150 (total) Speċijiet u kategoriji oħra: 120 (total) |
|
22.10.2030 |
|||||||||||
|
Karatterizzazzjoni tas-sustanzi attivi: Formuli kimiċi: Aċidu taż-żingu-2,6-diamminoeżanojku, klorur u melħ tas-sulfat tal-idroġenu: C6H19ClN2O8SZn Aċidu taż-żingu-2-amminopentanediojku, sodju u melħ tas-sulfat tal-idroġenu: C5H8NNaO8SZn |
||||||||||||||||||||
|
Metodi analitiċi (*): Għall-kwantifikazzjoni tal-kontenut tal-liżina u tal-aċidu glutamiku fl-addittiv tal-għalf:
Għall-kwantifikazzjoni tat-total ta’ żingu fl-addittiv tal-għalf:
Biex tiġi ppruvata l-istruttura kelata tal-addittiv tal-għalf:
Għall-kwantifikazzjoni tat-total ta’ żingu fit-taħlitiet lesti minn qabel:
Għall-kwantifikazzjoni tat-total ta’ żingu fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:
|
||||||||||||||||||||
(*) Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports