European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/1146

29.5.2026

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/1146

tat-28 ta’ Mejju 2026

dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-preparati ta’ Lactiplantibacillus plantarum DSM 18112, Lactiplantibacillus plantarum DSM 18113, Lactiplantibacillus plantarum DSM 18114, Lactiplantibacillus plantarum ATCC 55943, Lactiplantibacillus plantarum ATCC 55944, Lentilactobacillus buchneri ATCC PTA-2494 u Lentilactobacillus buchneri ATCC PTA-6138 bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1065/2012 u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1113/2013

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali, kif ukoll ir-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti u għat-tiġdid ta’ din l-awtorizzazzjoni.

(2)

Il-preparati ta’ Lactiplantibacillus plantarum DSM 18112, Lactiplantibacillus plantarum DSM 18113, Lactiplantibacillus plantarum DSM 18114, Lactiplantibacillus plantarum ATCC 55943, Lactiplantibacillus plantarum ATCC 55944 (li qabel kienu identifikati b’mod tassonomiku bħalaLactobacillus plantarum DSM 18112, Lactobacillus plantarum DSM 18113, Lactobacillus plantarum DSM 18114, Lactobacillus plantarum ATCC 55943, Lactobacillus plantarum ATCC 55944) kienu awtorizzati għal perjodu ta’ 10 snin bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet tal-annimali permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1065/2012 (2).

(3)

Il-preparati ta’ Lentilactobacillus buchneri ATCC PTA-2494 (li qabel kien identifikat bħala Lactobacillus buchneri LN 4637/ATCC PTA-2494) u Lentilactobacillus buchneri ATCC PTA-6138 (li qabel kien identifikat bħala Lactobacillus buchneri LN 40177/ATCC PTA-6138) ġew awtorizzati għal perjodu ta’ 10 snin bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1113/2013 (3).

(4)

F’konformità mal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqu seba’ applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-preparati ta’ Lactiplantibacillus plantarum DSM 18112, Lactiplantibacillus plantarum DSM 18113, Lactiplantibacillus plantarum DSM 18114, Lactiplantibacillus plantarum ATCC 55943, Lactiplantibacillus plantarum ATCC 55944, Lentilactobacillus buchneri ATCC PTA-2494 u Lentilactobacillus buchneri ATCC PTA-6138 bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, bit-talba li l-addittivi jiġu kklassifikati fil-kategorija tal-addittivi “addittivi teknoloġiċi” u fil-grupp funzjonali “addittivi tas-silaġġ”. Flimkien ma’ dawk l-applikazzjonijiet intbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Fl-opinjonijiet tagħha tal-15 ta’ April 2024 (4) , (5) u tas-17 ta’ April 2024 (6) , (7) , (8) , (9) , (10) l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li l-preparati ta’ Lactiplantibacillus plantarum DSM 18112, Lactiplantibacillus plantarum DSM 18113, Lactiplantibacillus plantarum DSM 18114, Lactiplantibacillus plantarum ATCC 55943, Lactiplantibacillus plantarum ATCC 55944, Lentilactobacillus buchneri ATCC PTA-2494 u Lentilactobacillus buchneri ATCC PTA-6138 għadhom sikuri għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, għall-konsumaturi u għall-ambjent, skont il-kundizzjonijiet tal-użu li bħalissa huma awtorizzati. Ikkonkludiet ukoll li jenħtieġ li l-addittivi jitqiesu bħala sensitizzaturi tal-ġilda u respiratorji u li kwalunkwe esponiment dermali jew respiratorju jitqies bħala riskju. Fin-nuqqas ta’ data, l-Awtorità ma setgħetx tikkonkludi dwar il-potenzjal tagħhom li jirritaw l-għajnejn. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li ma hemmx bżonn li tiġi vvalutata l-effikaċja tal-addittivi peress li l-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tagħhom ma jinkludux proposta biex jiġu emendati jew issupplimentati l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni oriġinali li jkollhom impatt fuq l-effikaċja tal-addittivi. Minħabba n-nuqqas ta’ data dwar il-konaminazzjoni u l-impuritajiet mikrobijoloġiċi, l-Awtorità ma setgħetx tikkonkludi dwar il-karatterizzazzjoni sħiħa tal-preparati ta’ Lactiplantibacillus plantarum DSM 18112, Lactiplantibacillus plantarum DSM 18113, Lactiplantibacillus plantarum DSM 18114, Lactiplantibacillus plantarum ATCC 55943, Lactiplantibacillus plantarum ATCC 55944, Lentilactobacillus buchneri ATCC PTA-2494 u Lentilactobacillus buchneri ATCC PTA-6138. Fl-opinjoni sussegwenti tal-24 ta’ Ġunju 2025 (11) l-Awtorità rrapportat li l-applikant ipprovda data ġdida u kkonkludiet li l-addittivi huma kkaratterizzati fir-rigward tal-kontaminazzjoni mikrobijoloġika (ħlief għall-Enterobacteriaceae) u l-purità kimika, u ma ġie identifikat l-ebda tħassib dwar is-sikurezza.

(6)

Il-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 kien tal-fehma li l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet milħuqa fil-valutazzjoni mwettqa fir-rigward tal-metodu tal-analiżi tal-preparati ta’ Lactiplantibacillus plantarum DSM 18112, Lactiplantibacillus plantarum DSM 18113, Lactiplantibacillus plantarum DSM 18114, Lactiplantibacillus plantarum ATCC 55943, Lactiplantibacillus plantarum ATCC 55944, Lentilactobacillus buchneri ATCC PTA-2494 u Lentilactobacillus buchneri ATCC PTA-6138 bħala addittivi tal-għalf fil-kuntest tal-awtorizzazzjoni preċedenti huma validi u applikabbli għall-applikazzjoni attwali. Għaldaqstant, f’konformità mal-Artikolu 5(4), il-punt (c), tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (12), mhuwiex meħtieġ rapport ta’ evalwazzjoni tal-Laboratorju ta’ Referenza.

(7)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-preparati ta’ Lactiplantibacillus plantarum DSM 18112, Lactiplantibacillus plantarum DSM 18113, Lactiplantibacillus plantarum DSM 18114, Lactiplantibacillus plantarum ATCC 55943, Lactiplantibacillus plantarum ATCC 55944, Lentilactobacillus buchneri ATCC PTA-2494 u Lentilactobacillus buchneri ATCC PTA-6138 jissodisfaw il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-awtorizzazzjoni ta’ dawk l-addittivi tiġġedded. Barra minn hekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa biex jiġu evitati effetti avversi fuq saħħet l-utenti tal-addittivi. Jenħtieġ li dawk il-miżuri protettivi jkunu mingħajr preġudizzju għal rekwiżiti oħra tas-sikurezza tal-ħaddiema skont id-dritt tal-Unjoni.

(8)

B’konsegwenza tat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-preparati ta’ Lactiplantibacillus plantarum DSM 18112, Lactiplantibacillus plantarum DSM 18113, Lactiplantibacillus plantarum DSM 18114, Lactiplantibacillus plantarum ATCC 55943, Lactiplantibacillus plantarum ATCC 55944, Lentilactobacillus buchneri ATCC PTA-2494 u Lentilactobacillus buchneri ATCC PTA-6138 bħala addittivi tal-għalf, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1065/2012 jenħtieġ li jiġi emendat u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1113/2013 jenħtieġ li jitħassar.

(9)

Peress li r-raġunijiet ta’ sikurezza ma jirrikjedux l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tal-preparati ta’ Lactiplantibacillus plantarum DSM 18112, Lactiplantibacillus plantarum DSM 18113, Lactiplantibacillus plantarum DSM 18114, Lactiplantibacillus plantarum ATCC 55943, Lactiplantibacillus plantarum ATCC 55944, Lentilactobacillus buchneri ATCC PTA-2494 u Lentilactobacillus buchneri ATCC PTA-6138, huwa xieraq li jiġi previst perjodu ta’ tranżizzjoni biex il-partijiet interessati jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mit-tiġdid tal-awtorizzazzjoni.

(10)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Tiġdid tal-awtorizzazzjoni

L-awtorizzazzjoni tal-preparati speċifikati fl-Anness, li huma parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi teknoloġiċi” u mill-grupp funzjonali “addittivi tas-silaġġ”, hija mġedda soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Emenda tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1065/2012

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1065/2012 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fit-Titolu, in-numri ta’ depożizzjoni “DSM 18112, DSM 18113, DSM 18114, ATCC 55943 u ATCC 55944” jitħassru.

(2)

Fl-Anness, l-entrati li ġejjin jitħassru:

—

1k20726 dwar Lactobacillus plantarum (DSM 18112)

—

1k20727 dwar Lactobacillus plantarum (DSM 18113)

—

1k20728 dwar Lactobacillus plantarum (DSM 18114)

—

1k20729 dwar Lactobacillus plantarum (ATCC 55943)

—

1k20730 dwar Lactobacillus plantarum (ATCC 55944).

Artikolu 3

Tħassir tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1113/2013

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1113/2013 jitħassar.

Artikolu 4

Miżuri tranżizzjonali

Il-preparati ta’ Lactiplantibacillus plantarum DSM 18112, Lactiplantibacillus plantarum DSM 18113, Lactiplantibacillus plantarum DSM 18114, Lactiplantibacillus plantarum ATCC 55943, Lactiplantibacillus plantarum ATCC 55944, Lentilactobacillus buchneri ATCC PTA-2494 u Lentilactobacillus buchneri ATCC PTA-6138 u l-għalf li jkun fih dawn il-preparati, li jiġu mmanifatturati u ttikkettati qabel it-18 ta’ Ġunju 2027 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel it-18 ta’ Ġunju 2026 jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u użati sakemm jispiċċaw l-istokkijiet inkwistjoni.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Mejju 2026.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1831/oj.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1065/2012 tat-13 ta’ Novembru 2012 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparati ta’ Lactobacillus plantarum (DSM 23375, CNCM I-3235, DSM 19457, DSM 16565, DSM 16568, LMG 21295, CNCM MA 18/5U, NCIMB 30094, VTT E-78076, ATCC PTSA-6139, DSM 18112, DSM 18113, DSM 18114, ATCC 55943 u ATCC 55944) bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali (ĠU L 314, 14.11.2012, p. 15, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/1065/oj).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1113/2013 tas-7 ta’ Novembru 2013 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjonijiet ta’ Lactobacillus plantarum NCIMB 40027, il-Lactobacillus buchneri DSM 22501, il-Lactobacillus buchneri NCIMB 40788/CNCM I-4323, il-Lactobacillus buchneri LN 40177/ATCC PTA-6138, u l-Lactobacillus buchneri LN 4637/ATCC PTA-2494 bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċi tal-annimali kollha (ĠU L 298, 8.11.2013, p. 29, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/1113/oj).

(4)   EFSA Journal,22(5), e8767. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2024.8767.

(5)   EFSA Journal,22(5), e8768. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2024.8768.

(6)   EFSA Journal,22(5), e8782. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2024.8782.

(7)   EFSA Journal,22(5), e8783. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2024.8783.

(8)   EFSA Journal, 22(5), e8784. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2024.8784.

(9)   EFSA Journal,22(5), e8786. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2024.8786.

(10)   EFSA Journal,22(5), e8787. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2024.8787.

(11)   EFSA Journal, 23(7), e9591. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2025.9591.

(12)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 tal-4 ta’ Marzu 2005 regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dmirijiet u l-ħidmiet tal-Laboratorju ta’ Referenza Komunitarju fil-kuntest tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-użu ta’ adittivi fl-għalf tal-annimali (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/378/oj).


ANNESS

Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv

Isem l-addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem tal-perjodu tal-awtorizzazzjoni

CFU/kg ta’ materjal frisk

Kategorija: addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: addittivi tas-silaġġ

1k20726

Lactiplantibacillus plantarum DSM 18112

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparat ta’ Lactiplantibacillus plantarum DSM 18112 li fih minimu ta’ 1 × 1010 CFU/g addittiv

Għamla solida

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Ċelloli vijabbli ta’ Lactiplantibacillus plantarum DSM 18112

Metodu analitiku  (1)

Enumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf ta’ Lactiplantibacillus plantarum DSM 18112:

—

Metodu tat-tifrix fuq agar MRS (EN 15787)

Identifikazzjoni ta’ Lactiplantibacillus plantarum DSM 18112:

—

Elettroforeżi fuq Ġell f’Kamp Pulsat (PFGE) — CEN/TS 17697 jew metodi ta’ sekwenzjar tad-DNA

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

—

—

—

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tal-premixxeli, il-kundizzjonijiet tal-ħżin għandhom jiġu indikati.

2.

L-addittiv għandu jintuża f’materjal frisk faċli biex jinħadem f’silaġġ biss (2).

3.

Id-doża minima tal-addittiv meta jintuża mingħajr kombinament ma’ mikroorganiżmi u/jew enżimi oħra bħala addittivi tas-silaġġ: 5 × 106 CFU/kg materjal frisk.

4.

Għall-utenti tal-addittiv u tal-premixxeli, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu tagħhom. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati b’dawn il-proċeduri u l-miżuri, l-addittiv u l-premixxeli għandhom jintużaw b’tagħmir protettiv personali għall-ġilda, għall-għajnejn u għan-nifs.

It-18 ta’ Ġunju 2036

(1)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en.

(2)  Foraġġ li l-ensilaġġ tiegħu huwa faċli: > 3 % ta’ karboidrati solubbli fil-materjal frisk f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 429/2008 tal-25 ta’ April 2008 dwar regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-preparazzjoni u l-preżentazzjoni ta’ applikazzjonijiet u l-valutazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi tal-għalf (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/429/oj).


Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv

Isem l-addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem tal-perjodu tal-awtorizzazzjoni

CFU/kg ta’ materjal frisk

Kategorija: addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: addittivi tas-silaġġ

1k20727

Lactiplantibacillus plantarum DSM 18113

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparat ta’ Lactiplantibacillus plantarum DSM 18113 li fih minimu ta’ 1 × 1010 CFU/g addittiv

Għamla solida

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Ċelloli vijabbli ta’ Lactiplantibacillus plantarum DSM 18113

Metodu analitiku  (3)

Enumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf ta’ Lactiplantibacillus plantarum DSM 18113:

—

Metodu tat-tifrix fuq agar MRS (EN 15787)

Identifikazzjoni ta’ Lactiplantibacillus plantarum DSM 18113:

—

Elettroforeżi fuq Ġell f’Kamp Pulsat (PFGE) — CEN/TS 17697 jew metodi ta’ sekwenzjar tad-DNA

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

—

—

—

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tal-premixxeli, il-kundizzjonijiet tal-ħżin għandhom jiġu indikati.

2.

L-addittiv għandu jintuża f’materjal frisk faċli biex jinħadem f’silaġġ biss (4).

3.

Id-doża minima tal-addittiv meta jintuża mingħajr kombinament ma’ mikroorganiżmi u/jew enżimi oħra bħala addittivi tas-silaġġ: 2 × 107 CFU/kg materjal frisk.

4.

Għall-utenti tal-addittiv u tal-premixxeli, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu tagħhom. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati b’dawn il-proċeduri u l-miżuri, l-addittiv u l-premixxeli għandhom jintużaw b’tagħmir protettiv personali għall-ġilda, għall-għajnejn u għan-nifs.

It-18 ta’ Ġunju 2036

(3)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en.

(4)  Foraġġ li l-ensilaġġ tiegħu huwa faċli: > 3 % ta’ karboidrati solubbli fil-materjal frisk f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 429/2008 tal-25 ta’ April 2008 dwar regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-preparazzjoni u l-preżentazzjoni ta’ applikazzjonijiet u l-valutazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi tal-għalf (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/429/oj).


Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv

Isem l-addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem tal-perjodu tal-awtorizzazzjoni

CFU/kg ta’ materjal frisk

Kategorija: addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: addittivi tas-silaġġ

1k20728

Lactiplantibacillus plantarum DSM 18114

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparat ta’ Lactiplantibacillus plantarum DSM 18114 li fih minimu ta’ 1 × 1010 CFU/g addittiv

Għamla solida

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Ċelloli vijabbli ta’ Lactiplantibacillus plantarum DSM 18114

Metodu analitiku  (5)

Enumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf ta’ Lactiplantibacillus plantarum DSM 18114:

—

Metodu tat-tifrix fuq agar MRS (EN 15787)

Identifikazzjoni ta’ Lactiplantibacillus plantarum DSM 18114:

—

Elettroforeżi fuq Ġell f’Kamp Pulsat (PFGE) — CEN/TS 17697 jew metodi ta’ sekwenzjar tad-DNA

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

—

—

—

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tal-premixxeli, il-kundizzjonijiet tal-ħżin għandhom jiġu indikati.

2.

L-addittiv għandu jintuża f’materjal frisk faċli biex jinħadem f’silaġġ biss (6).

3.

Id-doża minima tal-addittiv meta jintuża mingħajr kombinament ma’ mikroorganiżmi u/jew enżimi oħra bħala addittivi tas-silaġġ: 2 × 107 CFU/kg materjal frisk.

4.

Għall-utenti tal-addittiv u tal-premixxeli, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu tagħhom. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati b’dawn il-proċeduri u l-miżuri, l-addittiv u l-premixxeli għandhom jintużaw b’tagħmir protettiv personali għall-ġilda, għall-għajnejn u għan-nifs.

It-18 ta’ Ġunju 2036

(5)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en.

(6)  Foraġġ li l-ensilaġġ tiegħu huwa faċli: > 3 % ta’ karboidrati solubbli fil-materjal frisk f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 429/2008 tal-25 ta’ April 2008 dwar regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-preparazzjoni u l-preżentazzjoni ta’ applikazzjonijiet u l-valutazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi tal-għalf (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/429/oj).


Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv

Isem l-addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem tal-perjodu tal-awtorizzazzjoni

CFU/kg ta’ materjal frisk

Kategorija: addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: addittivi tas-silaġġ

1k20729

Lactiplantibacillus plantarum ATCC 55943

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparat ta’ Lactiplantibacillus plantarum ATCC 55943 li fih minimu ta’ 1 × 1010 CFU/g addittiv

Għamla solida

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Ċelloli vijabbli ta’ Lactiplantibacillus plantarum ATCC 55943

Metodu analitiku  (7)

Enumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf ta’ Lactiplantibacillus plantarum ATCC 55943:

—

Metodu tat-tifrix fuq agar MRS (EN 15787)

Identifikazzjoni ta’ Lactiplantibacillus plantarum ATCC 55943:

—

Elettroforeżi fuq Ġell f’Kamp Pulsat (PFGE) — CEN/TS 17697 jew metodi ta’ sekwenzjar tad-DNA

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

—

—

—

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tal-premixxeli, il-kundizzjonijiet tal-ħżin għandhom jiġu indikati.

2.

L-addittiv għandu jintuża f’materjal frisk faċli biex jinħadem f’silaġġ biss (8).

3.

Id-doża minima tal-addittiv meta jintuża mingħajr kombinament ma’ mikroorganiżmi u/jew enżimi oħra bħala addittivi tas-silaġġ: 2 × 107 CFU/kg materjal frisk.

4.

Għall-utenti tal-addittiv u tal-premixxeli, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu tagħhom. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati b’dawn il-proċeduri u l-miżuri, l-addittiv u l-premixxeli għandhom jintużaw b’tagħmir protettiv personali għall-ġilda, għall-għajnejn u għan-nifs.

It-18 ta’ Ġunju 2036

(7)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en.

(8)  Foraġġ faċli li jiġi insilat: > 3 % ta’ karboidrati solubbli fil-materjal frisk f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 429/2008 tal-25 ta’ April 2008 dwar regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-preparazzjoni u l-preżentazzjoni ta’ applikazzjonijiet u l-valutazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi tal-għalf (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/429/oj).


Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv

Isem l-addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem tal-perjodu tal-awtorizzazzjoni

CFU/kg ta’ materjal frisk

Kategorija: addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: addittivi tas-silaġġ

1k20730

Lactiplantibacillus plantarum ATCC 55944

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparat ta’ Lactiplantibacillus plantarum ATCC 55944 li fih minimu ta’ 1 × 1010 CFU/g addittiv

Għamla solida

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Ċelloli vijabbli ta’ Lactiplantibacillus plantarum ATCC 55944

Metodu analitiku  (9)

Enumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf ta’ Lactiplantibacillus plantarum ATCC 55944:

—

Metodu tat-tifrix fuq agar MRS (EN 15787)

Identifikazzjoni ta’ Lactiplantibacillus plantarum ATCC 55944:

—

Elettroforeżi fuq Ġell f’Kamp Pulsat (PFGE) — CEN/TS 17697 jew metodi ta’ sekwenzjar tad-DNA

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

—

—

—

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tal-premixxeli, il-kundizzjonijiet tal-ħżin għandhom jiġu indikati.

2.

L-addittiv għandu jintuża f’materjal frisk faċli biex jinħadem f’silaġġ biss (10).

3.

Id-doża minima tal-addittiv meta jintuża mingħajr kombinament ma’ mikroorganiżmi u/jew enżimi oħra bħala addittivi tas-silaġġ: 5 × 106 CFU/kg materjal frisk.

4.

Għall-utenti tal-addittiv u tal-premixxeli, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu tagħhom. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati b’dawn il-proċeduri u l-miżuri, l-addittiv u l-premixxeli għandhom jintużaw b’tagħmir protettiv personali għall-ġilda, għall-għajnejn u għan-nifs.

It-18 ta’ Ġunju 2036

(9)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en.

(10)  Foraġġ li l-ensilaġġ tiegħu huwa faċli: > 3 % ta’ karboidrati solubbli fil-materjal frisk f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 429/2008 tal-25 ta’ April 2008 dwar regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-preparazzjoni u l-preżentazzjoni ta’ applikazzjonijiet u l-valutazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi tal-għalf (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/429/oj).


Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv

Isem l-addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem tal-perjodu tal-awtorizzazzjoni

CFU/kg ta’ materjal frisk

Kategorija: addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: addittivi tas-silaġġ

1k20741

Lentilactobacillus buchneri ATCC PTA-2494

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparat ta’ Lentilactobacillus buchneri ATCC PTA-2494 li jkun fih minimu ta’ 1 × 1010 CFU/g addittiv

Għamla solida

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Ċelloli vijabbli ta’ Lentilactobacillus buchneri ATCC PTA-2494

Metodu analitiku  (11)

Enumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf ta’ Lentilactobacillus buchneri ATCC PTA-2494:

—

Metodu tat-tifrix fuq agar MRS (EN 15787)

Identifikazzjoni ta’Lentilactobacillus buchneri ATCC PTA-2494:

—

Elettroforeżi fuq Ġell f’Kamp Pulsat (PFGE) — CEN/TS 17697 jew metodi ta’ sekwenzjar tad-DNA

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

—

—

—

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tal-premixxeli, il-kundizzjonijiet tal-ħżin għandhom jiġu indikati.

2.

L-addittiv għandu jintuża f’materjal frisk faċli biex jinħadem f’silaġġ biss (12).

3.

Id-doża minima tal-addittiv meta jintuża mingħajr kombinament ma’ mikroorganiżmi u/jew enżimi oħra bħala addittivi tas-silaġġ: 1 × 108 CFU/kg materjal frisk.

4.

Għall-utenti tal-addittiv u tal-premixxeli, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu tagħhom. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati b’dawn il-proċeduri u l-miżuri, l-addittiv u l-premixxeli għandhom jintużaw b’tagħmir protettiv personali għall-ġilda, għall-għajnejn u għan-nifs.

It-18 ta’ Ġunju 2036

(11)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en.

(12)  Foraġġ li l-ensilaġġ tiegħu huwa faċli: > 3 % ta’ karboidrati solubbli fil-materjal frisk f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 429/2008 tal-25 ta’ April 2008 dwar regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-preparazzjoni u l-preżentazzjoni ta’ applikazzjonijiet u l-valutazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi tal-għalf (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/429/oj).


Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv

Isem l-addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem tal-perjodu tal-awtorizzazzjoni

CFU/kg ta’ materjal frisk

Kategorija: addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: addittivi tas-silaġġ

1k20740

Lentilactobacillus buchneri ATCC PTA-6138

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparat ta’ Lentilactobacillus buchneri ATCC PTA-6138 li jkun fih minimu ta’ 1 × 1010 CFU/g addittiv

Għamla solida

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Ċelloli vijabbli ta’ Lentilactobacillus buchneri ATCC PTA-6138

Metodu analitiku  (13)

Enumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf ta’ Lentilactobacillus buchneri ATCC PTA-6138:

—

Metodu tat-tifrix fuq agar MRS (EN 15787)

Identifikazzjoni ta’Lentilactobacillus buchneri ATCC PTA-6138:

—

Elettroforeżi fuq Ġell f’Kamp Pulsat (PFGE) — CEN/TS 17697 jew metodi ta’ sekwenzjar tad-DNA

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

—

—

—

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tal-premixxeli, il-kundizzjonijiet tal-ħżin għandhom jiġu indikati.

2.

L-addittiv għandu jintuża f’materjal frisk faċli biex jinħadem f’silaġġ biss (14).

3.

Id-doża minima tal-addittiv meta jintuża mingħajr kombinament ma’ mikroorganiżmi u/jew enżimi oħra bħala addittivi tas-silaġġ: 1 × 108 CFU/kg materjal frisk.

4.

Għall-utenti tal-addittiv u tal-premixxeli, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu tagħhom. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati b’dawn il-proċeduri u l-miżuri, l-addittiv u l-premixxeli għandhom jintużaw b’tagħmir protettiv personali għall-ġilda, għall-għajnejn u għan-nifs.

It-18 ta’ Ġunju 2036

(13)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en.

(14)  Foraġġ li l-ensilaġġ tiegħu huwa faċli: > 3 % ta’ karboidrati solubbli fil-materjal frisk f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 429/2008 tal-25 ta’ April 2008 dwar regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-preparazzjoni u l-preżentazzjoni ta’ applikazzjonijiet u l-valutazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi tal-għalf (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/429/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/1146/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)