5.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

743


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-6 ta' Diċembru 2006

li tiddetermina l-pożizzjoni Komunitarja għal Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt stabbilit skond il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta' l-Amerika dwar Rikonoxximent Reċiproku taċ-Ċertifikati ta' Konformità għall-Apparat Marittimu, li jadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu

(2006/884/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċżijoni tal-Kunsill 2004/425/KE (1) tal-21 ta' April 2004 dwar konklużjoni minn Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta' l-Amerika dwar Rikonoxximent Reċiproku taċ-Ċertifikati ta' Konformità ta' l-Apparat Marittimu (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehin”) u b'mod partikolari l-Artikolu 3(2) tagħha,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni, fid-dawl ta' l-adozzjoni tal-pożizzjoni Komunitarja, kkonsultat lill-kumitat speċjali nominat mill-Kunsill;

(2)

L-Artikolu 7(2) tal-Ftehim jistipula li l-Kumitat Konġunt, stabbilit skond l-Artikolu 7 ta' l-Ftehim, għandu jiddetermina r-Regoli ta' Proċedura tiegħu stess.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata mill-Komunità Ewropea għal deċiżjoni mill-Kumitat Konġunt, stipulata skond l-Artikolu 7 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta' l-Amerika dwar Rikonoxximent Reċiproku taċ-Ċertifikati ta' Konformità għall-Apparat Marittimu, filwaqt li jadotta r-regoli ta' Proċedura tiegħu, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt annessjat ma' din id-Deċiżjoni.

Magħmul fi Brussel, 6 ta' Diċembru 2006.

Għall-KummissjonI

Peter MANDELSON

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 150, 30.4.2004, p. 42.


ANNESS A

ABBOZZ

DEĊIŻJONI Nru ../… TAL-KUMITAT KONĠUNT STABBILIT SKOND IL-FTEHIM BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-ISTATI UNITI TA' L-AMERIKA

dwar Rikonoxximent Reċiproku taċ-Ċertifikati ta' Konformità ta' l-Apparat Marittimu li twassal għall-adozzjoni tar-Regoli ta' Proċedura

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta' l-Amerika dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku taċ-Ċertifikati tal-Konformità ta' l-Apparat Marittimu, u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

L-Artikolu 7(2) tal-Ftehim jipprevedi li l-Kumitat Konġunt għandu jiddetermina r-regoli ta' proċedura tiegħu stess,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

1.

Ir-Regoli tal-Proċedura għall-Kumitat Konġunt, kif speċifikat fl-Anness ma' din id-Deċiżjoni, huma b'hekk adottati.

Din id-Deċiżjoni, magħmula 'b'żewġ kopji, għandha tiġi ffirmata minn rappreżentanti tal-Kumitat Konġunt li huma awtorizzati li joperaw f'isem il-Partijiet għall-għanijiet li jemendaw il-Ftehim. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ mid-data li fiha titniżżel l-aħħar firma.

Iffirmata f'Washington fi

F'isem L-Istati Uniti ta' l-Amerika

Iffirmata fi Brussel fi

F'isem Il-Komunità Ewropea

“ANNESS

“REGOLI TA' PROĊEDURA GĦALL-KUMITAT KONĠUNT STABBILIT SKOND IL-FTEHIM BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-ISTATI UNITI TA' L-AMERIKA

Dwar rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati ta' konformità ta' l-apparat marittimu

Artikolu 1

Presidenza

Il-Kumitat Konġunt għandu jkollu presidenza konġunta minn rappreżentanti tal-Komunità Ewropea u rappreżentant mill-Istati Uniti.

Artikolu 2

Laqgħat

1.   Il-Kumitat konġunt għandu jiltaqa' f'intervalli regolari ta' l-anqas darba fis-sena f'ħin raġonevoli miftiehem. Jekk Parti tħoss li laqgħat żejda jkunu meħtieġa, il-Parti l-oħra għandha takkomoda t-talba għal-laqgħa sakemm huwa l-iktar possibbli.

2.   Il-Partijiet għandhom jospitaw il-laqgħa, darba kull wieħed, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor. It-telekonferenza jew il-videokonferenza jistgħu jintużaw jekk il-Partijiet jiftiehmu hekk.

3.   Il-Ko-Presidenti għandhom isejħu l-laqgħat tal-Kumitat Konġunt.

4.   Il-Ko-Presidenti għandhom jistabbilixxu data biex jiltaqgħu u jiskambjaw tali dokumenti kif inhu meħtieġ fiż-żmien biex jaċċertaw preparazzjoni xierqa, jekk dan huwa possibbli, sa tliet ġimgħat qabel il-laqgħa.

5.   Il-Parti li tkun qed tospita l-laqgħa, jew li titlob videokonferenza jew telekonferenza, għandha tkun risponsabbli għall-arranġamenti loġistiċi.

Artikolu 3

Delegazzjonijiet

Il-Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin mhux iktar tard minn ġimgħa qabel laqgħa dwar il-kompożizzjoni intenzjonata tad-delegazzjoni tagħhom.

Artikolu 4

Aġenda tal-laqgħat

1.   Il-Ko-Presidenti għandhom ifasslu aġenda proviżorja għal kull laqgħa sa mhux iktar tard minn 14-il ġurnata qabel il-laqgħa. L-aġenda proviżorja għandha tinkludi l-punti li għalihom twasslet lill-Ko-Presidenti talba għall-inklużjoni tagħhom fl-aġenda sa mhux iktar tard minn 14-il ġurnata qabel il-laqgħa.

2.   Iż-żewġ Partijiet jistgħu jżidu punti ma' l-aġenda proviżorja fiż-żmien qabel il-laqgħa jekk jiftiehmu l-Partijiet. Jekk hu possibbli, il-Parti għandha tagħmel talba bil-miktub lill-Parti l-oħra biex iżżid il-punti ma' l-aġenda proviżorja. Tali talbiet għandhom jiġu akkomodati sakemm huwa possibbli.

3.   Il-ko-Presidenti għandhom jadottaw l-aġenda finali fil-bidu ta' kull laqgħa. Punt apparti dawk li jidhru fl-aġenda proviżorja ’jista’ jitqiegħed fuq l-aġenda jekk iż-żewġ Partijiet jaqblu li jsir hekk u u għandhom jiġu akkomodati sakemm huwa possibbli.

Artikolu 5

Minuti tal-laqgħat

1.   Il-Ko-Presidenza tal-Parti ospitanti għandha tipprepara abbozz tal-minuti minn kull laqgħa kif ikun possibbli.

2.   Il-minuti għandhom, bħala regola ġenerali, jindikaw fir-rigward ta' kull punt fuq l-aġenda:

(a)

dokumentazzjoni mressqa lill-Kumitat Konġunt;

(b)

stqarrijiet li Parti tkun talbet li jiġu inklużi; u

(ċ)

deċiżjonijiet li ttieħdu u l-konklużjonijiet adottati fuq punt speċifiku.

3.   Il-minuti għandhom jindikaw ukoll lill-individwi tad-delegazzjonijiet rispettivi parteċipanti, kif ukoll il-ministeru jew l-aġenzija li kull wieħed jirrappreżenta.

4.   Il-Ko-Presidenti għandhom japprovaw il-minuti.

Artikolu 6

Deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt

1.   Il-Kumitat Konġunt għandu jieħu deċiżjonijiet b'mod unanimu.

2.   Il-Kumitat Konġunt jista' jadotta deċiżjoni bi proċedura bil-miktub fiż-żmien li ma jkunx f'laqgħat formali tal-Kumitat Konġunt.

3.   Id-Deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt għandhom jiġu intitolati ‘Deċiżjonijiet’ segwiti b'numru tas-serje, u deskrizzjoni tas-suġġett tagħhom. Id-data ta' dħul fis-seħħ tad-deċiżjonijiet għandha tiġi indikata wkoll. Id-deċiżjonijiet għandhom jiġu ffirmati mir-rappreżentanti tal-Kumitat Konġunt li huma awtorizzati sabiex jaġixxu f'isem il-Partijiet. Id-Deċiżjonijiet għandhom jitfasslu b'mod doppju, fejn kull verżjoni tkun ugwalment awtentika.

Artikolu 7

Konsultazzjoni ta' l-esperti

Il-Kumitat jista' jikkonsulta lill-esperti dwar punti partikolari jekk il-Partijiet jiftiehmu.

Artikolu 8

Ispejjeż

1.   Kull Parti għandha tkun risponsabbli għall-ispejjeż li tista' tiltaqa' magħhom minħabba l-parteċipazzjoni fil-laqgħat tal-Kumitat konġunt, inklużi spejjeż tal-personell, ta' l-ivvjaġġar u spejjeż ta' kuljum flimkien ma' spejjeż postali jew ta' telekomunikazzjoni.

2.   Il-Parti ospitanti għandha ġeneralment tkopri spejjeż oħrajn li jinħolqu mill-organizzazzjoni tal-laqgħat.

Artikolu 9

Proċeduri ta' amministrazzjoni

1.   Sakemm l-partijiet ma jiddeċiedux b'mod ieħor, il-laqgħat tal-Kumitat Konġunt m'għandhomx ikunu miftuħin għall-pubbliku.

2.   Il-minuti u dokumenti oħrajn tal-Kumitat konġunt għandhom jiġu kkunsidrati bħala skambju ta' informazzjoni skond l-Artikolu 17 tal-Ftehim għar-raġunijiet tal-kunfidenzjalità.

3.   Il-parteċipanti li mhumiex uffiċjali tal-Partijiet jistgħu iġu mistiedna, bil-kunsens tal-Ko-Presidenti, u għandhom ikunu soġġetti għall-Artikolu 17 tal-Ftehim.

4.   Il-Partijiet jistgħu jorganizzaw seduti pubbliċi jew jikkomunikaw b'kull mezz ieħor lill-pubbliku r-riżultati tal-laqgħat tal-Kumitat Konġunt lill-membri interessati.

”