|
24.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 192/4 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 866/2007
tat-23 ta' Lulju 2007
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 234/2004 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tal-Liberja
IL-KUNSILL ta’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 60 u 301 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2007/93/PESK tat-12 ta’ Frar 2007 li timmodifika u ġġedded il-Pożizzjoni Komuni 2004/137/PESK dwar il-miżuri ristrettivi imposti fuq il-Liberja (1),
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
|
(1) |
Il-Pożizzjoni Komuni 2004/137/PESK ta’ l-10 ta’ Frar 2004 dwar miżuri ristrettivi kontra l-Liberja (2) pprovdiet għall-implimentazzjoni tal-miżuri stabbiliti fir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) 1521 (2003) fir-rigward tal-Liberja, inklużi embargo fuq l-armi u projbizzjoni fuq il-forniment ta’ assistenza teknika u finanzjarja marbuta ma’ attivitajiet militari. |
|
(2) |
Skond ir-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tan-Nazzjonijiet Uniti 1647 (2005), 1683 (2006), 1689 (2006) u 1731 (2006), il-Pożizzjonijiet Komuni 2006/31/PESK (3), 2006/518/PESK (4) u 2007/93/PESK ikkonfermaw il-miżuri restrittivi tal-Pożizzjoni Komuni 2004/137/PESK għal perjodu ta’ żmien ulterjuri u pprovdew għal ċerti modifiki. |
|
(3) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 234/2004 ta’ l-10 ta’ Frar 2004 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tal-Liberja (5) jipprojbixxi l-forniment lil-Liberja ta’ assistenza teknika u finanzjarja relatata ma’ attivitajiet militari u l-importazzjoni ta’ djamanti mhux maħduma mill-Liberja. |
|
(4) |
Fid-dawl ta’ l-iżviluppi fil-Liberja, fl-20 ta’ Diċembru 2006, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 1731 (2006) li ġeddet il-miżuri restrittivi imposti mir-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1521 (2003) u ddeċidiet li l-miżuri dwar l-armi m'għandhomx japplikaw għal fornimenti ta’ tagħmir militari mhux letali, ħlief armi u munizzjon mhux letali, kif notifikati bil-quddiem lill-Kumitat stabbilit mill-paragrafu 21 tar-Riżoluzzjoni 1521 (2003), intiżi biss għall-użu minn membri tal-pulizija u tal-forzi tas-sigurtà tal-Gvern tal-Liberja li ġew mistħarrġa u mħarrġa sa mill-bidunett tal-Missjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Liberja f'Ottubru 2003. |
|
(5) |
ll-Pożizzjoni Komuni 2007/93/PESK tipprovdi għal eżenzjoni addizzjonali li tkopri tali fornimenti u ssejjaħ għal azzjoni Komunitarja. |
|
(6) |
Jeħtieġ li jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 234/2004 fir-rigward ta’ l-identifikazzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti. |
|
(7) |
Huwa xieraq li l-emenda jkollha effett retroattivament mid-data ta’ wara l-adozzjoni tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1731(2006). |
|
(8) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru. 234/2004 għandu jiġi emendat skond il-każ, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 234/2004 huwa b'dan emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 3 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 3 1. B'deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti, kif indikat fil-websites elenkati fl-Anness I, ta’ l-Istat Membru fejn il-fornitur tas-servizz ikun stabbilit, jistgħu jawtorizzaw il-forniment ta':
2. L-ebda awtorizzazzjoni ma għandha tingħata għal attivitajiet li diġa' seħħew.”; |
|
(2) |
l-Artikolu 4 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 4 1. Fejn attivitajiet ta’ dan it-tip ġew approvati minn qabel mill-Kumitat stabbilit permezz tal-paragrafu 21 tar-Rizoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1521 (2003), u b'deroga mill-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti, kif indikata f'website elenkata fl-Anness I, ta’ l-Istat Membru fejn il-fornitur tas-servizzi ikun stabbilit, tista' tawtorizza l-forniment ta’ assistenza teknika relatata ma':
L-approvazzjoni tal-Kumitat stabbilit mill-paragrafu 21 tar-Riżoluzzjoni tal-Kumitat tas-Sigurtà tan-NU 1521 (2003) għandha tintalab permezz ta’ l-awtorità kompetenti, kif indikata f'website fl-Anness I, ta’ l-Istat Membru fejn ikun stabbilit il-fornitur tas-servizz. Il-Gvern ta’ l-Istat Membru kkonċernat u l-Gvern tal-Liberja għandhom jagħmlu talba konġunta lill-Kumitat stabbilit permezz tal-Paragrafu 21 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1521 (2003) għall-approvazzjoni ta’ assistenza teknika marbuta ma’ l-armi u l-munizzjon imsemmija fil-punt (ċ). 2. L-ebda awtorizzazzjonijiet ma għandhom jingħataw għal attivitajiet li diġa' seħħew.”; |
|
(3) |
għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 8a 1. L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet kompetenti msemmija f'dan ir-Regolament u jidentifikawhom fil-websites, jew permezz tal-websites, elenkati fl-Anness I. 2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-awtoritajiet kompetenti tagħhom mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u għandhom jinnotifikawha b'kull emenda sussegwenti.”; |
|
(4) |
l-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 234/2004 għandu jiġi sostitwit mit-test li jidher fl-Anness ma’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament ghandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Ufficjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika b'effett mill-21 ta’ Diċembru 2006.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, 23 ta’ Lulju 2007.
Għall-Kunsill
Il-President
L. AMADO
(1) ĠU L 41, 13.2.2007, p. 17.
(2) ĠU L 40, 12.2.2004, p. 35. Il-Pożizzjoni Komuni kif emendata l-aħħar mill-Pożizzjoni Komuni 2007/400/PESK (ĠU L 150, 12.6.2007, p. 15).
(3) Il-Pożizzjoni Komuni 2006/31/PESK tat-23 ta’ Jannar 2006 li ġġedded il-miżuri restrittivi imposti kontra l-Liberja (ĠU L 19, 24.1.2006, p. 38).
(4) Il-Pożizzjoni Komuni 2006/518/PESK ta’ l-24 ta’ Lulju 2006 li timmodifika u ġġedded ċerti miżuri restrittivi imposti kontra l-Liberja (ĠU L 201, 25.7.2006, p. 36).
(5) ĠU L 40, 12.2.2004, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 719/2007 (ĠU L 164, 25.6.2007, p. 1).
ANNESS
“ANNESS I
Websites li jipprovdu informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikoli 3 u 4, u l-indirizz għall-finijiet ta' notifika lill-Kummissjoni Ewropea
|
BELĠJU http://www.diplomatie.be/eusanctions |
|
BULGARIJA http://www.mfa.government.bg |
|
REPUBBLIKA ĊEKA http://www.mfcr.cz/mezinarodnisankce |
|
DANIMARKA http://www.um.dk/da/menu/Udenrigspolitik/FredSikkerhedOgInternationalRetsorden/Sanktioner/ |
|
ĠERMANJA http://www.bmwi.de/BMWi/Navigation/Aussenwirtschaft/Aussenwirtschaftsrecht/embargos.html |
|
ESTONJA http://www.vm.ee/est/kat_622/ |
|
GREĊJA http://www.ypex.gov.gr/www.mfa.gr/en-US/Policy/Multilateral+Diplomacy/International+Sanctions/ |
|
SPANJA www.mae.es/es/MenuPpal/Asuntos/Sanciones+Internacionales |
|
FRANZA http://www.diplomatie.gouv.fr/autorites-sanctions/ |
|
IRLANDA http://www.dfa.ie/un_eu_restrictive_measures_ireland/competent_authorities |
|
ITALJA http://www.esteri.it/UE/deroghe.html |
|
ĊIPRU http://www.mfa.gov.cy/sanctions |
|
LATVJA http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539 |
|
LITWANJA http://www.urm.lt |
|
IL-LUSSEMBURGU http://www.mae.lu/sanctions |
|
UNGERIJA http://www.kulugyminiszterium.hu/kum/hu/bal/nemzetkozi_szankciok.htm |
|
MALTA http://www.doi.gov.mt/EN/bodies/boards/sanctions_monitoring.asp |
|
OLANDA http://www.minbuza.nl/sancties |
|
AWSTRIJA http://www.bmeia.gv.at/view.php3?f_id=12750&LNG=en&version= |
|
POLONJA http://www.msz.gov.pl |
|
PORTUGALL http://www.min-nestrangeiros.pt |
|
RUMANIJA http://www.mae.ro/index.php?unde=doc&id=32311&idlnk=1&cat=3 |
|
SLOVENJA http://www.mzz.gov.si/si/zunanja_politika/mednarodna_varnost/omejevalni_ukrepi/ |
|
SLOVAKKJA http://www.foreign.gov.sk |
|
FINLANDJA http://formin.finland.fi/kvyhteistyo/pakotteet |
|
SVEZJA http://www.ud.se/sanktioner |
|
IR-RENJU UNIT http://www.fco.gov.uk/competentauthorities |
Indirizz għall-finijiet ta' notifika lill-Kummissjoni Ewropea:
|
European Commission |
|
DG External Relations |
|
Directorate A. Crisis Platform and Policy Coordination in CFSP |
|
Unit A2. Crisis Management and Conflict Prevention |
|
CHAR 12/106 |
|
B-1049 Bruxelles/Brussel (Belgium) |
|
E-mail: relex-sanctions@ec.europa.eu |
|
Tel. (32 2) 295 55 85, 296 61 33 |
|
Fax: (32 2) 299 08 73”. |