Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Novembru 2004 li tirrifjuta parzjalment l-aċċess tar-rikorrenti għal ċerti dokumenti li jikkonċernaw ix-xogħol preparatorju tal-leġiżlazzjoni dwar l-organiżmi modifikati ġenetikament.

Parti operattiva

Dispożittiv

1) M’hemmx iktar lok li tittieħed deċiżjoni dwar il-legalità tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Novembru 2004 li tirrifjuta parzjalment l-aċċess ta’ Rhiannon Williams għal ċerti dokumenti li jikkonċernaw ix-xogħol preparatorju relattiv għal-leġiżlazzjoni dwar l-organiżmi ġenetikament modifikati, sa fejn hija tinkludi rifjut impliċitu ta’ aċċess għad-dokumenti preparatorji li ħarġu mid-Direttorat Ġenerali (DĠ) “Kummerċ” tal-Kummissjoni u li jikkonċernaw l-adozzjoni tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE.

2) Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Novembru 2004 hija annullata sa fejn hija rrifjutat impliċitament l-aċċess għal dokumenti preparatorji li jikkonċernaw l-adozzjoni tad-Direttiva 2001/18 għajr dawk li ħarġu mid-DĠ “Kummerċ”.

3) Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4) Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha u nofs l-ispejjeż inkorsi minn R. Williams.