<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-580/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0580</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:261">EU:C:2018:261</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>14</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>14</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tad-<DATE ISO="20180419">19.4.2018</DATE> – Kawża C‑580/16</HT></P><P><HT TYPE="SC">Firma Hans Bühler KG</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20180419">19 ta’ April 2018</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Tassazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT)</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2006/112/KE</KEYWORD><KEYWORD>Post tal-akkwist intra‑Komunitarju</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 42</KEYWORD><KEYWORD>Akkwist intra‑Komunitarju ta’ merkanzija li ġiet ikkunsinnata sussegwentement</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 141</KEYWORD><KEYWORD>Eżenzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Operazzjoni triangolari</KEYWORD><KEYWORD>Miżuri ta’ semplifikazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 265</KEYWORD><KEYWORD>Rettifika tad-dikjarazzjoni rikapitolattiva</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑580/16,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (il-Qorti Amministrattiva, l-Awstrija), permezz ta’ deċiżjoni tad-<DATE ISO="20161019">19 ta’ Ottubru 2016</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20161117">17 ta’ Novembru 2016</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Firma Hans Bühler KG</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Finanzamt de Graz-Stadt,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn T. von Danwitz, President tal-Awla, C. Vajda, E. Juhász, K. Jürimäe (Relatur) u C. Lycourgos, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: Y. Bot,</P><P>Reġistratur: R. Schiano, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20171011">11 ta’ Ottubru 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Firma Hans Bühler KG, minn P. Schulte, Rechtsanwalt,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Awstrijak, minn G. Eberhard, F. Koppensteiner u S. Pfeiffer, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn L. Lozano Palacios u B.‑R. Killmann, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20171130">30 ta’ Novembru 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 141(ċ), kif ukoll tal-Artikoli 42 u 265 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat‑<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE> dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 347, p. 1</REF.DOC.OJ>), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2010/45/UE, tat‑<DATE ISO="20100713">13 ta’ Lulju 2010</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="189" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, L 189, p. 1</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Direttiva dwar il-VAT<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), moqrija flimkien mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 41, kif ukoll mal-Artikoli 197 u 263 tad-Direttiva dwar il-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Firma Hans Bühler KG u l-Finanzamt Graz-Stadt (iċ-Ċentru tat-Taxxi tal-Belt ta’ Graz, l-Awstrija) dwar il-ħlas tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) fuq operazzjonijiet imwettqa bejn ix-xahar ta’ Ottubru 2012 u x-xahar ta’ Marzu 2013.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 10 u 38 tad-Direttiva dwar il-VAT jipprovdu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>(10)</NO.P><TXT>Għa[ż]-żmien transitorju, transazzjonijiet intra-Komunitarji li jsiru minn persuni taxxabbli li mhumiex eżenti għandhom ikunu intaxxati fl-Istat Membru tad-destinazzjoni, skond ir-rati u l-kondizzjonijiet stabbiliti minn dak l-Istat Membru.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(38)</NO.P><TXT>Għall-operazzjonijiet taxxabbli fis-suq domestiku li għandhom x’jaqsmu mal-kummerċ intra-Komunitarju ta’ merkanzija li titwettaq matul il-perijodu transitorju minn persuni taxxabbli li m’humiex stabbiliti fit-territorju ta’ l-Istat Membru li fih ikun sar l-akkwist intra-Komunitarju ta’ merkanzija, inklużi transazzjonijiet katina, hu meħtieġ li jiġu pprovduti miżuri ta’ simplifikazzjoni li jiżguraw trattament ugwali fl-Istati Membri kollha. Għal dak il-għan, id-disposizzjonijiet li jikkonċernaw is-sistema tat-taxxa u l-persuna soġġetta għall-ħlas tal-VAT dovuta fir-rigward tali operazzjonijiet għandhom jiġu armonizzati. Madankollu, jeħtieġ li jiġu esklużi fil-prinċipju minn dawn l-arranġamenti merkanzija li għandha tiġi pprovduta fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1)(b)(i) tad-Direttiva dwar il-VAT jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>It-transazzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għall-VAT:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>l-akkwist intra-Komunitarju ta’ merkanzija magħmula bi ħlas fit-territorju ta’ Stat Membru minn:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT>persuna taxxabbli li tkun qed taġixxi b’dan il-mod, jew minn persuna legali mhux taxxabbli, fejn il-bejjiegħ huwa persuna taxxabbli li qed jaġixxi b’dan il-mod li mhux eliġibbli għall-eżenzjoni għal intrapriżi żgħar li hemm provvediment għaliha fl-Artikoli 282 sa 292 u li m’hijiex koperta mill-Artikoli 33 u 36<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 20 tad-Direttiva dwar il-VAT:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Akkwist intra-Komunitarju ta’ merkanzija<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/> għandha tfisser l-akkwist tad-dritt li tiddisponi bħala sid ta’ proprjetà tanġibbli mobbli, mibgħuta jew ittrasportata għand il–persuna li qed takkwista l-merkanzija, mill-bejjiegħ jew f’ismu jew il-persuna li qed takkwista l-merkanzija, fi Stat Membru minbarra dak li minnu ntbagħtet jew kienet ittrasportata l-merkanzija.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 40 tad-Direttiva dwar il-VAT jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Il–post ta’akkwist intra-Komunitarju ta’ merkanzija għandu jitqies bħala l-post li fih tispiċċa l-merkanzija mibgħuta jew ittrasportata lill-persuna li akkwistatha.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 41 tad-Direttiva dwar il-VAT:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 40, il-post ta’ akkwist intra-Komunitarju ta’ merkanzija kif imsemmi fl-Artikolu 2(1)(b)(i) għandu jitqies li jinsab fit-territorju ta’ l-Istat Membru li ħareġ in-numru ta’ l-identifikazzjoni tal-VAT li permezz tiegħu l-persuna li qed takkwista l-merkanzija għamlet l-akkwist, sakemm il-persuna li takkwista l-merkanzija [ma tistabbilixxix] li ġiet applikata l-VAT għal dak l-akkwist skond l-Artikolu 40.</ALINEA><ALINEA>Jekk tiġi applikata l-VAT għall-akkwist skond l-ewwel paragrafu u sussegwentement applikata, skond l-Artikolu 40, għall-akkwist fl-Istat Membru li fih tispiċċa l-merkanzija mibgħuta jew ittrasportata, l-ammont taxxabbli għandu jitnaqqas skond il-każ fl-Istat Membru li ħareġ in-numru ta’ l-identifikazzjoni tal-VAT li permezz tiegħu l-persuna li tkun akkwistat il-merkanzija tkun għamlet l-akkwist.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 42 tad-Direttiva dwar il-VAT jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>L-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 41 m’għandux japplika u l-VAT għandha titqies li ġiet applikata għall-akkwist intra-Komunitarju ta’ merkanzija skond l-Artikolu 40 fejn ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il-persuna li takkwista l-merkanzija tistabbilixxi li għamlet l-akkwist intra-Komunitarju għall-finijiet ta’ provvista [kunsinna] sussegwenti, fit-territorju ta’ l-Istat Membru identifikat skond l-Artikolu 40, li għalih il-persuna li lilha tkun saret il-provvista ġiet innominata skond l-Artikolu 197 bħala responsabbli għall-ħlas tal-VAT;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>il-persuna li tkun qed takkwista l-merkanzija tkun issodisfat l-obbligi stipulati fl-Artikolu 265 dwar is-sottomissjoni tad-dikjarazzjoni li tirrikapitola.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 141 tad-Direttiva dwar il-VAT huwa fformulat hekk:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Kull Stat Membru għandu jieħu miżuri speċifiċi sabiex jiżgura li l-VAT ma tiġix imposta fuq l-akkwist intra-Komunitarju ta’ merkanzija fit-territorju tiegħu, magħmul skond l-Artikolu 40, fejn jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>l-akkwist ta’ merkanzija jsir minn persuna taxxabbli li mhix stabbilita fl-Istat Membru kkonċernat iżda li hi identifikata għall-iskopijiet tal-VAT fi Stat Membru ieħor;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>l-akkwist ta’ merkanzija jsir bil-għan tal-provvista [kunsinna] sussegwenti ta’ dik il-merkanzija, fl-Istat membru kkonċernat, mill-persuna taxxabbli msemmija fil-punt (a);</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="4"?><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>il-merkanzija hekk akkwistata mill-persuna taxxabbli msemmija fil-punt (a) hija mibgħuta jew ittrasportata direttament, minn Stat Membru li m’huwiex dak li fih din tkun identifikata għall-iskopijiet tal-VAT, lill-persuna li għaliha għandha twettaq il-provvista sussegwenti;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>il-persuna li għaliha l-provvista sussegwenti għandha ssir hi persuna taxxabbli oħra, jew persuna legali mhux taxxabbli, li hi identifikata għall-iskopijiet tal-VAT fl-Istat Membru kkonċernat;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>il-persuna msemmija fil-punt (d) ġiet innominata skond l-Artikolu 197 bħala obbligata li tħallas il-VAT dovuta fuq il-provvista magħmula mill-persuna taxxabbli li mhijiex stabbilita fl-Istat Membru li fih hi dovuta t-taxxa.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 197 tad-Direttiva dwar il-VAT jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="197.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-VAT għandha titħallas mill-persuna li lilha hija fornuta l-merkanzija meta jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>it-transazzjoni taxxabbli hija provvista [kunsinna] ta’ merkanzija magħmula skond il-kondizzjonijiet previsti fl-Artikolu 141.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>il-persuna li lilha ssir il-provvista tal-merkanzija hija persuna oħra taxxabbli, jew persuna legali mhux taxxabbli, identifikata għall-finijiet tal-VAT fl-Istat Membru li fih titwettaq il-provvista;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>il-fattura maħruġa mill-persuna taxxabbli li mhix stabbilita fl-Istat Membru tal-persuna li lilha tiġi fornuta l-merkanzija għandha ssir skont it-Taqsimiet 3 sa 5 tal-Kapitolu 3.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="197.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn rappreżentant hu maħtur bħala l-persuna responsabbli għall-ħlas tal-VAT skond l-Artikolu 204, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 262 tad-Direttiva dwar il-VAT jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Kull persuna taxxabbli identifikata għall-finijiet ta’ VAT għandha tippreżenta dikjarazzjoni rikapitulattiva ta’ dan li ġej:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>l-akkwirenti identifikati għall-finijiet ta’ VAT li lilhom hi tkun forniet merkanzija b’mod konformi mal-kondizzjonijiet speċifikati fl-Artikoli 138(1) u (2)(ċ);</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>il-persuni identifikati għall-finijiet ta’ VAT li lilhom hi tkun forniet merkanzija li kienet ġiet fornuta lilha permezz ta’ akkwisti intra-Komunitarji msemmijin fl-Artikolu 42;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>il-persuni taxxabbli, u l-persuni ġuridiċi mhux taxxabbli identifikati għall-finijiet ta’ VAT, li lilhom hi tkun forniet servizzi, barra minn dawk is-servizzi li huma eżentati mill-VAT fl-Istat Membru fejn it-transazzjoni tkun taxxabbli, u li għaliha r-riċevitur għandu jħallas it-taxxa skond l-Artikolu 196.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 263 tad-Direttiva dwar il-VAT:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="263DE.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Għandha ssir dikjarazzjoni rikapitolattiva għal kull xahar kalendarju f’perijodu ta’ mhux aktar minn xahar u konformement mal-proċeduri li għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.</ALINEA></PARAG><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 265 ta’ din id-direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="265.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Fil-każ ta’ akkwisti intra-Komunitarji ta’ merkanzija, kif imsemmija fl-Artikolu 42, il-persuna taxxabbli identifikata għall-finijiet tal-VAT fl-Istat Membru li ħarġitilha n-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT li taħtu hi għamlet tali akkwsiti għandha ssemmi b’mod ċar fid-dikjarazzjoni rikapitolattiva l-informazzjoni li ġejja:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>in-numru li bih din tiġi identifikata għall-finijiet tal-VAT f’dak l-Istat Membru u li taħtu hi wettqet l-akkwist u l-provvista [kunsinna] sussegwenti tal-merkanzija;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>in-numru li bih il-persuna li lilha saret il-provvista sussegwenti mill-persuna taxxabbli hi identifikata fl-Istat Membru fejn tispiċċa l-merkanzija mibgħuta jew ittrasportata;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>għall kull persuna li lilha tkun saret il-provvista sussegwenti, il-valur totali, mibngħajr VAT, tal-provvisti magħmula mill-persuna taxxabbli fl-Istat Membru li fih tispiċċa l-merkanzija mibgħuta jew ittrasportata.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="265.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 (c), għandu jiġi ddikjarat għall-perijodu ta’ preżentazzjoni stabbilit konformement mal-Artikolu 263(1) sa (1b), li matulu t-taxxa tkun saret pagabbli.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Awstrijak</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(8) tal-Anhang (Binnenmarkt) (Anness [Suq Intern]) tal-Umsatzsteuergesetz (il-Liġi dwar it-Taxxa fuq id-Dħul mill-Bejgħ), tat-<DATE ISO="19940823">23 ta’ Awwissu 1994</DATE> (BGBl. 663/1994, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>UstG tal-1994<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>L-akkwist intra-Komunitarju jitwettaq fit-territorju tal-Istat Membru tal-wasla tal-merkanzija mibgħuta jew […] ittrasportata. Jekk ix-xerrej juża, fir-rapporti tiegħu mal-fornitur, numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT maħruġ lilu minn Stat Membru ieħor, l-akkwist jitqies minħabba f’hekk li twettaq fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru sakemm ix-xerrej ma jistabbilixxix li l-akkwist kien suġġett għall-VAT fl-Istat Membru indikat fl-ewwel sentenza. Jekk tiġi prodotta din il-prova, l-Artikolu 16 japplika mutatis mutandis.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fil-verżjoni tiegħu applikabbli għas-sena 2012 (BGB1. I, 34/2010), l-Artikolu 25 tal-UStG tal-1994, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Operazzjoni triangolari<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ARTICLE IDENTIFIER="025"><TI.ART><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Definizzjoni</TI.ART><PARAG IDENTIFIER="025.001"><NO.PARAG>(1)</NO.PARAG><ALINEA>Operazzjoni triangolari sseħħ meta tliet imprendituri ta’ tliet Stat Membri differenti jwettqu operazzjonijiet li jirrigwardaw l-istess merkanzija, din il-merkanzija tiġi trażmessa direttament mill-ewwel fornitur lill-aħħar xerrej, u l-kundizzjonijiet elenkati fil-paragrafu 3 jkunu ssodisfatti. L-istess japplika meta l-aħħar xerrej ikun persuna ġuridika li ma tkunx imprenditur jew li ma takkwistax il-merkanzija għall-impriża tagħha.</ALINEA><ALINEA>Post tal-akkwist intra-Komunitarju fil-każ ta’ operazzjoni triangolari</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="025.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA>L-akkwist intra-Komunitarju fis-sens tat-tieni sentenza tal-Artikolu 3(8) jitqies li jkun ġie suġġett għall-VAT meta l-imprenditur (xerrej) juri li dan jirrigwarda operazzjoni triangolari u li huwa ssodisfa l-obbligi ta’ dikjarazzjoni tiegħu f’konformità mal-paragrafu 6. Jekk l-imprenditur ma jissodisfax l-obbligi ta’ dikjarazzjoni tiegħu, huwa jitlef il-benefiċċju tal-eżenzjoni b’mod retroattiv.</ALINEA><ALINEA>Eżenzjoni fil-każ ta’ akkwist intra-Komunitarju ta’ merkanzija</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="6"?><PARAG IDENTIFIER="025.003"><NO.PARAG>(3)</NO.PARAG><ALINEA><P>L-akkwist intra-Komunitarju jkun eżentat mill-VAT meta jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>l-imprenditur (xerrej) ma jirrisjedix jew ma għandux is-sede tiegħu fit-territorju nazzjonali, iżda huwa identifikat għall-finijiet tal-VAT fit-territorju tal-[Unjoni];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>l-akkwist jitwettaq bil-ħsieb ta’ kunsinna sussegwenti tal-imprenditur (xerrej) fit-territorju nazzjonali lil imprenditur jew persuna ġuridika li jkunu identifikati għall-finijiet tal-VAT fit-territorju nazzjonali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>il-merkanzija akkwistata tkun ġejja minn Stat Membru ieħor li ma jkunx dak li fih l-imprenditur (xerrej) ikun identifikat għall-finijiet tal-VAT;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>is-setgħa ta’ dispożizzjoni fuq il-merkanzija akkwistata tiġi trażmessa direttament mill-ewwel imprenditur jew l-ewwel xerrej lill-aħħar xerrej (destinatarju);</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>it-taxxa tkun dovuta mid-destinatarju f’konformità mal-paragrafu 5.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>Ħruġ tal-fattura mix-xerrej</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="025.004"><NO.PARAG>(4)</NO.PARAG><ALINEA><P>Fil-każ ta’ applikazzjoni tal-eżenzjoni prevista fil-paragrafu 3, il-fattura barra minn hekk għandha tinkludi l-indikazzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>riferiment espress relatat mal-eżistenza ta’ operazzjoni triangolari intra-Komunitarja u l-kwalità ta’ persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa tal-aħħar xerrej,</P></ITEM><ITEM><P>in-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT li l-imprenditur (xerrej) juża biex iwettaq l-akkwist intra-Komunitarju u l-kunsinna sussegwenti tal-merkanzija, u</P></ITEM><ITEM><P>in-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT tad-destinatarju tal-kunsinna</P></ITEM></LIST><P>Il-persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="025.005"><NO.PARAG>(5)</NO.PARAG><ALINEA><P>Fil-każ ta’ operazzjoni triangolari, it-taxxa tkun dovuta mid-destinatarju tal-kunsinna taxxabbli meta l-fattura maħruġa mix-xerrej tikkorrispondi għall-paragrafu 4.</P><P>L-obbligi tax-xerrej</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="025.006"><NO.PARAG>(6)</NO.PARAG><ALINEA><P>Biex jissodisfa l-obbligi ta’ dikjarazzjoni tiegħu fis-sens tal-paragrafu 2, l-imprenditur għandu jsemmi, fid-dikjarazzjoni rikapitolattiva, l-indikazzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>in-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT fit-territorju nazzjonali li bih wettaq l-akkwist intra-Komunitarju u l-kunsinna sussegwenti tal-merkanzija;</P></ITEM><ITEM><P>in-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT tad-destinatarju tal-kunsinna sussegwenti mwettqa mill-imprenditur, li nħariġlu fl-Istat Membru ta’ destinazzjoni tal-merkanzija mibgħuta jew ittrasportata;</P></ITEM><ITEM><P>għal kull wieħed minn dawn id-destinatarji, l-ammont totali tal-kunsinni mwettqa b’dan il-mod mill-imprenditur fl-Istat Membru ta’ destinazzjoni tal-merkanzija mibgħuta jew ittrasportata. Dawn l-ammonti għandhom jiġu indikati għat-trimestru ċivili li matulu jkun beda l-obbligu fiskali.</P></ITEM></LIST><P>L-obbligi tad-destinatarju</P></ALINEA></PARAG><?PAGE NO="7"?><PARAG IDENTIFIER="025.007"><NO.PARAG>(7)</NO.PARAG><ALINEA>Biex jikkalkola t-taxxa konformement mal-Artikolu 20, l-ammont stabbilit għandu jiżdied bl-ammont dovut skont il-paragrafu 5.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></PARAG></ARTICLE></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>L-Artikolu 25(4) ġie emendat, b’effett mill-<DATE ISO="20130101">1 ta’ Jannar 2013</DATE>, u issa għandu jaqra (fil-verżjoni BGB1. I, 112/2012) kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Ħruġ tal-fattura mix-xerrej</P><NP><NO.P>(4)</NO.P><TXT>Il-ħruġ tal-fattura huwa suġġett għar-regoli tal-Istat Membru minn fejn ix-xerrej iħaddem l-impriża tiegħu. Jekk il-kunsinna titwettaq mill-istabbiliment stabbli tax-xerrej, id-dritt applikabbli jkun dak tal-Istat Membru li fih ikun jinsab l-istabbiliment stabbli. Jekk id-destinatarju tas-servizz li lilu hija ttrasferita r-responsabbiltà għall-ħlas tat-taxxa jirregola permezz ta’ nota ta’ kreditu, il-ħruġ tal-fattura huwa suġġett għar-regoli tal-Istat Membru li fih il-kunsinna titwettaq.</TXT><P>Jekk id-dispożizzjonijiet ta’ din il-liġi federali jkunu applikabbli għall-ħruġ tal-fattura, din barra minn hekk ikollha tinkludi l-indikazzjonijiet li ġejjin:</P><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>riferiment ċar dwar l-eżistenza ta’ operazzjoni triangolari intra-Komunitarja u l-kwalità ta’ persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa tal-aħħar xerrej,</P></ITEM><ITEM><P>in-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT li l-imprenditur (xerrej) juża biex iwettaq l-akkwist intra-Komunitarju u l-kunsinna sussegwenti tal-merkanzija, u</P></ITEM><ITEM><P>in-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT tad-destinatarju tal-kunsinna.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></P></ITEM></LIST></P></NP></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 21(3) tal-UStG tal‑1994, id-dikjarazzjonijiet rikapitolattivi għandhom jiġu ppreżentati qabel tmiem ix-xahar ta’ wara l-perijodu ta’ dikjarazzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Firma Hans Bühler, soċjetà in akkomandita stabbilita u identifikata għall-finijiet tal-VAT fil-Ġermanja, tħaddem f’dan l-Istat Membru impriża ta’ produzzjoni u ta’ negozju. Bejn ix-xahar ta’ Ottubru 2012 u x-xahar ta’ Marzu 2013, hija kienet identifikata għall-finijiet tal-VAT fl-Awstrija wkoll, fejn hija kienet beħsiebha toħloq stabbiliment stabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Matul dan il-perijodu, Firma Hans Bühler użat in-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT Awstrijak esklużivament għal operazzjonijiet li kienu jiżvolġew kif ġej: hija kienet tixtri mingħand fornituri stabbiliti fil-Ġermanja prodotti li hija sussegwentement kienet terġa’ tbigħ lil klijent stabbilit u identifikat għall-finijiet tal-VAT fir-Repubblika Ċeka. Il-prodotti kienu mibgħuta direttament mill-fornituri Ġermaniżi lill-akkwirent finali Ċek</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Il-fornituri Ġermaniżi kienu jindikaw fuq il-fatturi indirizzati lil Firma Hans Bühler in-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT Awstrijak ta’ din tal-aħħar, kif ukoll in-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT Ġermaniż tagħhom. Min-naħa tagħha, Firma Hans Bühler kienet tindirizza fatturi lill-akkwirent finali li fuqhom hija kienet tindika n-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT Awstrijak tagħha u n-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT Ċek tal-klijent tagħha. Dawn il-fatturi kienu jindikaw ukoll li l-operazzjonijiet kienu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>operazzjonijiet trijangolari intra-Komunitarji<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> u li l-akkwirent finali kien, għaldaqstant, responsabbli għall-ħlas tal-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20130208">8 ta’ Frar 2013</DATE>, Firma Hans Bühler ippreżentat lill-awtorità tat-taxxa Awstrijaka dikjarazzjonijiet rikapitolattivi għall-perijodu ta’ bejn ix-xahar ta’ Ottubru 2012 u x-xahar ta’ Jannar 2013 li fihom hija kienet indikat in-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT Awstrijak tagħha, kif ukoll in-numru ta’<?PAGE NO="8"?> identifikazzjoni tal-VAT Ċek tal-akkwirent finali. Ma ġie indikat xejn taħt it-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>operazzjonijiet triangolari<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>. Huwa biss permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20130410">10 ta’ April 2013</DATE> li Firma Hans Bühler irrettifikat dawn id-dikjarazzjonijiet rikapitolattivi billi indikat li l-operazzjonijiet iddikjarati kienu jifformaw parti minn operazzjonijiet trijangolari. F’din l-istess data, hija ppreżentat ukoll dikjarazzjonijiet rikapitolattivi għax-xahar ta’ Frar u għax-xahar ta’ Marzu 2013.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Iċ-Ċentru tat-Taxxi tal-Belt ta’ Graz qies li l-operazzjonijiet iddikjarati minn Firma Hans Bühler kienu jaqgħu taħt <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>operazzjonijiet trijangolari inadempjenti<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> minħabba li din il-persuna taxxabbli ma kinitx issodisfat l-obbligi ta’ dikjarazzjoni speċjali tagħha u ma kinitx ipproduċiet il-prova li l-operazzjoni kienet tassew ġiet suġġetta għall-VAT fil-livell tal-akkwist finali fir-Repubblika Ċeka. Iċ-Ċentru tat-Taxxi tal-Belt ta’ Graz qies ukoll li, anki jekk l-akkwisti intra-Komunitarji kienu twettqu fir-Repubblika Ċeka, dawn huma meqjusa wkoll li twettqu fl-Awstrija, sa fejn Firma Hans Bühler użat numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT Awstrijak. Iċ-Ċentru tat-Taxxi tal-Belt ta’ Graz iddeċieda għalhekk li jissuġġetta għall-VAT l-akkwisti intra-Komunitarji mwettqa minn Firma Hans Bühler.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Firma Hans Bühler ikkontestat din id-deċiżjoni quddiem il-Bundesfinanzgericht (il-Qorti Federali tal-Finanzi, l-Awstrija), li ċaħdet ir-rikors tagħha. Skont din il-qorti, sabiex jiġi ddeterminat jekk Firma Hans Bühler setgħetx tibbenefika mill-eżenzjoni mill-VAT fuq l-akkwisti intra-Komunitarji tagħha, kien jeħtieġ li hija tissodisfa l-obbligi ta’ dikjarazzjoni speċjali tagħha. Issa, id-dikjarazzjonijiet rikapitolattivi inizjali relattivi għall-perijodu ta’ bejn ix-xahar ta’ Ottubru 2012 u x-xahar ta’ Jannar 2013 ma kinux jinkludu l-indikazzjoni operazzjonijiet trijangolari. Dan il-fatt kien għaldaqstant ċaħħadha milli tibbenefika mill-eżenzjoni, skont l-Artikolu 25(2) tal-UstG tal-1994. Il-Bundesfinanzgericht (il-Qorti Federali tal-Finanzi) qieset ukoll li n-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT Awstrijak ta’ Firma Hans Bühler ma kienx għadu validu fid-data tal-<DATE ISO="20130410">10 ta’ April 2013</DATE> u li, għaldaqstant, hija lanqas ma kienet issodisfat l-obbligi ta’ dikjarazzjoni għall-operazzjonijiet tax-xahar ta’ Frar u tax-xahar ta’ Marzu 2013.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Firma Hans Bühler ippreżentat azzjoni ta’ <HT TYPE="ITALIC">Reviżjoni</HT> kontra d-deċiżjoni tal-Bundesfinanzgericht (il-Qorti Federali tal-Finanzi) quddiem il-Verwaltungsgerichtshof (il-Qorti Amministrattiva, l-Awstrija). Il-qorti tar-rinviju għandha dubji dwar l-evalwazzjoni taċ-Ċentru tat-Taxxi tal-Belt ta’ Graz u tal-Bundesfinanzgericht (il-Qorti Federali tal-Finanzi) dwar l-intaxxar tal-operazzjonijiet inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Verwaltungsgerichtshof (il-Qorti Amministrattiva) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 141(ċ) tad-Direttiva [dwar il-VAT], li minnu jiddependi, konformement mal-Artikolu 42 (moqri flimkien mal-Artikolu 197) tad-Direttiva [dwar il-VAT], in-nuqqas ta’ applikabbiltà tal-Artikolu 41(1) tad-Direttiva [dwar il-VAT], għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kundizzjoni minnu prevista ma hijiex issodisfatta meta l-persuna taxxabbli hija stabbilita u identifikata għall-finijiet tal-VAT fl-Istat Membru li fih il-merkanzija hija mibgħuta jew ittrasportata, inkluż meta din il-persuna taxxabbli tuża n-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT ta’ Stat Membru ieħor għall-akkwist intra-Komunitarju inkwistjoni?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-Artikoli 42 u 265 [tad-Direttiva dwar il-VAT], moqrija flimkien mal-Artikolu 263 tad-Direttiva [dwar il-VAT], għandhom jiġu interpretati fis-sens li hija biss is-sottomissjoni fi żmien xieraq tad-dikjarazzjoni li tirrikapitola li twassal għan-nuqqas ta’ applikabbiltà tal-Artikolu 41(1) tad-Direttiva [dwar il-VAT]?<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 141(ċ) tad-Direttiva dwar il-VAT għandux jiġi interpretat fis-sens li l-kundizzjoni li dan jipprevedi ma hijiex issodisfatta meta l-persuna taxxabbli hija stabbilita u identifikata għall-finijiet tal-VAT fl-Istat Membru li minnu l-merkanzija hija mibgħuta jew ittrasportata, inkluż meta din il-persuna taxxabbli tuża n-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT ta’ Stat Membru ieħor għall-akkwist intra-Komunitarju inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>L-Artikolu 141 tad-Direttiva dwar il-VAT jipprevedi sistema derogatorja għar-regola, stabbilita fl-Artikolu 2(1)(b) tad-Direttiva dwar il-VAT, li tipprovdi li l-akkwisti intra-Komunitarji ta’ merkanzija mwettqa bi ħlas fit-territorju ta’ Stat Membru huma suġġetti għall-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Dan l-Artikolu 141 jistabbilixxi l-kundizzjonijiet kumulattivi li fihom kull Stat Membru għandu jieħu miżuri speċifiċi sabiex jiżgura li l-VAT ma tiġix imposta fuq l-akkwisti intra-Komunitarji ta’ merkanzija mwettqa fit-territorju tiegħu, skont l-Artikolu 40 tad-Direttiva dwar il-VAT, jiġifieri meta dan l-Istat Membru huwa dak tad-destinazzjoni tal-ispedizzjoni jew tat-trasport intra-Komunitarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fost dawn il-kundizzjonijiet, l-Artikolu 141(a) tad-Direttiva dwar il-VAT jirrikjedi li l-akkwist ta’ merkanzija jsir minn persuna taxxabbli li ma hijiex stabbilita fl-Istat Membru ta’ destinazzjoni tal-ispedizzjoni jew tat-trasport intra-Komunitarju, iżda li hija identifikata għall-finijiet tal-VAT fi Stat Membru ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>L-Artikolu 141(b) tad-Direttiva dwar il-VAT iżid li l-akkwist ta’ merkanzija għandu jsir bil-għan ta’ kunsinna sussegwenti ta’ din il-merkanzija f’dan l-istess Stat Membru mill-persuna taxxabbli msemmija fl-Artikolu 141(a) tad-Direttiva dwar il-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>L-Artikolu 141(ċ) tad-Direttiva dwar il-VAT, li hija l-unika dispożizzjoni ta’ dan l-artikolu li dwarha tistaqsi l-qorti tar-rinviju, jeżiġi li l-merkanzija li hija s-suġġett tal-akkwist intra-Komunitarju inkwistjoni tiġi mibgħuta jew ittrasportata direttament minn Stat Membru li ma huwiex dak li fih il-persuna taxxabbli tkun identifikata għall-finijiet tal-VAT, lill-persuna li għaliha din għandha twettaq il-kunsinna sussegwenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Din l-aħħar dispożizzjoni tistabbilixxi l-kundizzjoni dwar l-Istat Membru ta’ tluq tat-trasport intra-Komunitarju sabiex l-akkwist intra-Komunitarju jkun jista’ jibbenefika mill-miżura ta’ semplifikazzjoni prevista fl-Artikolu 141 tad-Direttiva dwar il-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, fl-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni mhux biss il-kliem tagħha, iżda wkoll il-kuntest tagħha u l-għanijiet imfittxija mil-leġiżlazzjoni li minnha hija tagħmel parti (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20000919">19 ta’ Settembru 2000</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Ġermanja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑156/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:467">EU:C:2000:467</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170726">26 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Jafari</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑646/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:586">EU:C:2017:586</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0073">73</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-kliem tal-Artikolu 141(ċ) tad-Direttiva dwar il-VAT jista’, waħdu, jagħti x’jiġi mifhum li sa fejn il-merkanzija inkwistjoni fil-kawża prinċipali ntbagħtet fir-Repubblika Ċeka mill-Ġermanja u sa fejn Firma Hans Bühler kienet fil-pussess ta’ numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT Ġermaniż, il-benefiċċju tal-eżenzjoni mill-VAT għandu jiġi rrifjutat lil din tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Madankollu, hekk kif tirrileva l-Kummissjoni Ewropea fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, mill-kuntest tal-Artikolu 141(ċ) tad-Direttiva dwar il-VAT kif ukoll mill-għanijiet ta’ din id-direttiva jirriżulta li l-kundizzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni tirreferi għal Stat Membru li ma huwiex dak li fih l-akkwirent huwa identifikat għall-finijiet tal-VAT għall-akkwist speċifiku li huwa jwettaq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-Artikolu 141(ċ) tad-Direttiva dwar il-VAT, fil-kuntest tad-dispożizzjonijiet l-oħra tad-Direttiva dwar il-VAT, għandu jinftiehem, minn naħa, fid-dawl tal-fatt li jekk l-Istat Membru ta’ tluq tat-trasport kien ukoll dak li fih l-akkwirent huwa identifikat għall-finijiet tal-VAT għall-akkwist tal-merkanzija li hija s-suġġett tat-trasport, dan ikun ifisser li din l-operazzjoni seħħet f’dan l-Istat Membru u li din ma tistax tiġi kklassifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>operazzjoni intra-Komunitarja<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, fis-sens tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 20 tad-Direttiva dwar il-VAT. F’dan il-każ, l-Artikolu 141 tad-Direttiva dwar il-VAT dwar akkwisti intra-Komunitarji, ma jkunx applikabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, hekk kif sostna l-Avukat Ġenerali fil-punt 70 tal-konklużjonijiet tiegħu, l-Artikolu 141(ċ) tad-Direttiva dwar il-VAT għandu jinqara fid-dawl tal-Artikoli 42 u 265 ta’ din id-direttiva li jippreċiżaw u jikkompletaw il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-miżura ta’ semplifikazzjoni prevista fl-Artikolu 141 tad-Direttiva dwar il-VAT. F’dan ir-rigward, għandu jiġi nnotat li l-Artikolu 265 tad-Direttiva dwar il-VAT jirreferi għall-Istat Membru li attribwixxa lill-akkwirent in-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT li taħtu huwa wettaq l-akkwisti tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li, meta akkwirent huwa identifikat għall-finijiet tal-VAT f’diversi Stati Membri, biss in-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT li taħtu huwa wettaq l-akkwist intra-Komunitarju għandu jittieħed inkunsiderazzjoni sabiex jiġi evalwat jekk il-kundizzjoni, prevista fl-Artikolu 141(ċ) tad-Direttiva dwar il-VAT, hijiex issodisfatta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni hija konformi mal-għanijiet imfittxija mid-Direttiva dwar il-VAT u, b’mod iktar speċifiku, mill-miżura ta’ semplifikazzjoni prevista fl-Artikoli 42, 141, 197 u 265 tad-Direttiva dwar il-VAT. Minn naħa, is-sistema tranżitorja tal-VAT applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju, stabbilita mid-Direttiva tal-Kunsill 91/680/KEE, tas-<DATE ISO="19911216">16 ta’ Diċembru 1991</DATE>, li tissuplimenta s-sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud u temenda d-Direttiva 77/388/KEE bil-ħsieb li tneħħi l-fruntieri fiskali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 160), hija intiża sabiex titrasferixxi d-dħul fiskali lill-Istat Membru li fih iseħħ il-konsum finali tal-merkanzija kkunsinnata (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170614">14 ta’ Ġunju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Santogal M-Comércio e Reparação de Automóveis,</NAME.CASE> <NO.CASE>C‑26/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:453">EU:C:2017:453</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, mill-premessa 38 tad-Direttiva dwar il-VAT jirriżulta li, għall-operazzjonijiet taxxabbli fis-suq domestiku marbuta mal-kummerċ intra-Komunitarju ta’ merkanzija mwettaq, matul il-perijodu tranżitorju, minn persuni taxxabbli li ma humiex stabbiliti fit-territorju tal-Istat Membru li fih ikun sar l-akkwist intra-Komunitarju ta’ merkanzija, inklużi l-operazzjonijiet f’katina, huwa meħtieġ li jiġu previsti miżuri ta’ semplifikazzjoni li jiżguraw trattament ekwivalenti fl-Istati Membri kollha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hekk kif jirrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 57 tal-konklużjonijiet tiegħu, l-għan tal-Artikolu 141 tad-Direttiva dwar il-VAT huwa li jiġi evitat li l-operatur intermedjarju ta’ sensiela ta’ operazzjonijiet kif iddefinita f’dan l-istess Artikolu 141, ikollu jissodisfa obbligi ta’ identifikazzjoni u ta’ dikjarazzjoni fl-Istat Membru ta’ destinazzjoni tal-merkanzija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>F’din il-perspettiva, il-benefiċċju tas-sistema ta’ semplifikazzjoni stabbilita fl-Artikoli 42, 141, 197 u 265 tad-Direttiva dwar il-VAT ma jistax jiġi rrifjutat lil persuna taxxabbli li twettaq akkwist fil-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 141 tad-Direttiva dwar il-VAT għas-sempliċi raġuni li din il-persuna taxxabbli hija identifikata għall-finijiet tal-VAT ukoll fl-Istat Membru li minnu telqet l-ispedizzjoni jew li minnu telaq it-trasport intrakomunitarju. Hekk kif osserva l-Avukat Ġenerali fil-punt 72 tal-konklużjonijiet tiegħu, tali rifjut joħloq differenza sinjifikattiva fil-mod ta’ kif jiġu ttrattati l-persuni taxxabbli u joħloq riskju li jiġi ristrett, mingħajr ġustifikazzjoni, l-eżerċizzju ta’ attivitajiet ekonomiċi fuq il-bażi tal-identifikazzjonijiet għall-finijiet tal-VAT tal-persuna taxxabbli.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 141(ċ) tad-Direttiva dwar il-VAT għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kundizzjoni li dan jipprevedi hija ssodisfatta meta l-persuna taxxabbli hija stabbilita u identifikata għall-finijiet tal-VAT fl-Istat Membru li minnu l-merkanzija hija mibgħuta jew ittrasportata, iżda din il-persuna taxxabbli tuża n-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT ta’ Stat Membru ieħor għall-akkwist intra-Komunitarju inkwistjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikoli 42 u 265 tad-Direttiva dwar il-VAT, moqrija flimkien mal-Artikolu 263 tad-Direttiva dwar il-VAT, għandhomx jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu li l-awtorità tat-taxxa ta’ Stat Membru tapplika l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 41 tad-Direttiva dwar il-VAT għar-raġuni biss li, fil-kuntest ta’ akkwist intra-Komunitarju, imwettaq għall-finijiet ta’ kunsinna sussegwenti fit-territorju ta’ Stat Membru, is-sottomissjoni tad-dikjarazzjoni rikapitolattiva, imsemmija fl-Artikolu 265 tad-Direttiva dwar il-VAT, ma saritx f’waqtha mill-persuna taxxabbli identifikata għall-finijiet tal-VAT f’dan l-Istat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, b’deroga mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 41 tad-Direttiva dwar il-VAT, li jirreferi għall-Istat Membru li ħareġ in-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT li taħtu l-akkwirent wettaq l-akkwist intra-Komunitarju inkwistjoni, l-Artikolu 42 tad-Direttiva dwar il-VAT jipprovdi li l-akkwist intra-Komunitarju għandu jitqies bħala suġġett għall-VAT fl-Istat Membru ta’ destinazzjoni tat-trasport intra-Komunitarju jekk iż-żewġ kundizzjonijiet kumulattivi previsti rispettivament fl-Artikolu 42(a) u (b) huma ssodisfatti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 42(a) tad-Direttiva dwar il-VAT, l-akkwirent intermedjarju għandu juri li wettaq l-akkwist tiegħu għall-finijiet ta’ kunsinna sussegwenti, imwettqa fit-territorju tal-Istat Membru ddeterminat skont l-Artikolu 40 tad-Direttiva dwar il-VAT, li għaliha d-destinatarju jkun ġie indikat bħala l-persuna responsabbli għall-ħlas tal-VAT skont l-Artikolu 197 tad-Direttiva dwar il-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>L-Artikolu 42(b) tad-Direttiva dwar il-VAT iżid tieni kundizzjoni li tipprovdi li l-akkwirent għandu jissodisfa l-obbligi relatati mas-sottomissjoni tad-dikjarazzjoni rikapitolattiva previsti fl-Artikolu 265 tad-Direttiva dwar il-VAT. Din l-aħħar dispożizzjoni tippreċiża l-informazzjoni speċifika dwar il-katina ta’ operazzjonijiet, kif iddefinita fl-Artikolu 141 tad-Direttiva dwar il-VAT, li l-operatur intermedjarju għandu jipprovdi fid-dikjarazzjoni rikapitolattiva li għandha tiġi sottomessa lill-awtorità tat-taxxa tal-Istat Membru li ħariġlu n-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT li taħtu huwa wettaq l-akkwist intra-Komunitarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-Artikolu 263 tad-Direttiva dwar il-VAT, dan jipprevedi r-regoli dwar it-termini mogħtija għas-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni rikapitolattiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Kuntrarjament għal dak li l-Gvern Awstrijak isostni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, għandu jiġi rrilevat li, filwaqt li l-Artikolu 42(a) tad-Direttiva dwar il-VAT jippreċiża l-kundizzjoni sostantiva meħtieġa sabiex akkwist bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali jitqies bħala suġġett għall-VAT skont l-Artikolu 40 ta’ din id-direttiva, l-Artikolu 42(b) tad-Direttiva dwar il-VAT jippreċiża l-modalitajiet li skonthom il-prova tat-tassazzjoni fl-Istat Membru ta’ destinazzjoni tat-trasport jew tal-ispedizzjoni intra-Komunitarju għandha tiġi prodotta b’riferiment għall-obbligi speċifiċi li l-akkwirent għandu jikkonforma ruħu magħhom meta tiġi sottomessa d-dikjarazzjoni rikapitolattiva. Tali obbligi dwar id-dikjarazzjonijiet rikapitolattivi għandhom jitqiesu bħala li huma formali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Issa, bis-saħħa tal-prinċipju ta’ newtralità fiskali, l-ommissjoni minn persuna taxxabbli li tikkonforma ruħha mar-rekwiżiti formali previsti fl-Artikolu 42(b) tad-Direttiva dwar il-VAT ma tistax twassal sabiex tiġi kkontestata l-applikazzjoni tal-Artikolu 42 ta’ din id-direttiva jekk il-kundizzjonijiet sostantivi stabbiliti fl-imsemmi Artikolu 42(a) huma barra minn hekk issodisfatti (ara, b’analoġija,<?PAGE NO="12"?> is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120927">27 ta’ Settembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>VSTR</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑587/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:592">EU:C:2012:592</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170209">9 ta’ Frar 2017</DATE>, <NAME.CASE>Euro Tyre</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑21/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:106">EU:C:2017:106</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Fil-fatt, ir-rifjut li jiġi applikat l-Artikolu 42 tad-Direttiva dwar il-VAT għal din ir-raġuni jista’ jwassal għal tassazzjoni doppja sa fejn l-akkwirent intermedjarju jkun intaxxat ukoll, b’applikazzjoni tal-Artikolu 41(1) tad-Direttiva dwar il-VAT fl-Istat Membru li ħariġlu n-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT li huwa uża għal din l-operazzjoni, filwaqt li l-akkwirent finali jkun intaxxat ukoll b’applikazzjoni tal-Artikolu 141(e) u tal-Artikolu 197 tad-Direttiva dwar il-VAT. F’dan ir-rigward, għandu jingħad ukoll li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-Artikoli 41 u 42 tad-Direttiva dwar il-VAT huma intiżi li jiggarantixxu l-issuġġettar għall-VAT tal-akkwist intra-Komunitarju inkwistjoni fil-livell tal-akkwirent finali, filwaqt li tiġi evitata t-tassazzjoni doppja ta’ din l-operazzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100422">22 ta’ April 2010</DATE>, <NAME.CASE>X u fiscale eenheid Facet-Facet Trading</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑536/08 u C‑539/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:217">EU:C:2010:217</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li l-Artikolu 42 tad-Direttiva dwar il-VAT japplika sakemm il-kundizzjonijiet sostantivi huma ssodisfatti. F’dan ir-rigward, il-fatt li n-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT tal-akkwirent huwa validu fil-mument tal-operazzjonijiet huwa rilevanti. Għall-kuntrarju, il-fatt li dan in-numru ma għadux iktar validu fid-data tas-sottomissjoni tad-dikjarazzjonijiet rikapitolattivi huwa irrilevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, Stat Membru ma jistax jipprevedi, mingħajr ma jmur lil hinn minn dak li huwa strettament meħtieġ sabiex jiżgura l-ġbir eżatt tat-taxxa, il-possibbiltà ta’ rettifika tad-dikjarazzjonijiet rikapitolattivi dwar l-operazzjonijiet trijangolari filwaqt li jċaħħad din ir-rettifika minn effett billi jirrifjuta lill-operatur intermedjarju japplika retroattivament l-Artikolu 42 tad-Direttiva dwar il-VAT jekk dan l-operatur jipproduċi l-prova li l-kundizzjonijiet sostantivi ġew issodisfatti. Madankollu, sabiex jissanzjonaw in-nuqqas ta’ osservanza ta’ rekwiżiti formali, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu sanzjonijiet oħra barra mir-rifjut ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 42 tad-Direttiva dwar il-VAT, bħall-impożizzjoni ta’ multa jew ta’ sanzjoni pekunjarja proporzjonata mal-gravità tal-ksur (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160915">15 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Senatex</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑518/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:691">EU:C:2016:691</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Issa, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li d-dikjarazzjonijiet rikapitolattivi inizjali għall-perijodu ta’ bejn ix-xahar ta’ Ottubru 2012 u x-xahar ta’ Diċembru 2012 kienu kompleti iżda li dawn ġew sottomessi tardivament fit-<DATE ISO="20130208">8 ta’ Frar 2013</DATE>. Iċ-Ċentru tat-Taxxi tal-Belt ta’ Graz qies ukoll li Firma Hans Bühler ma kinitx issodisfat l-obbligi ta’ dikjarazzjoni tagħha għax-xahar ta’ Frar u għax-xahar ta’ Marzu 2013, peress li n-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT ta’ din il-kumpannija ma kienx għadu validu fid-data tas-sottomissjoni tad-dikjarazzjonijiet rikapitolattivi relatati mal-operazzjonijiet imwettqa matul dan il-perijodu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ dan l-aħħar perijodu, għandu jiġi rrilevat li s-sempliċi fatt li n-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT ta’ Firma Hans Bühler ma kienx għadu validu fid-data tas-sottomissjoni tad-dikjarazzjonijiet rikapitolattivi inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma jistax jitqies bħala li jikser l-Artikolu 265 tad-Direttiva dwar il-VAT. Fil-fatt, din id-dispożizzjoni ma tirrikjedix li n-numru tal-identifikazzjoni tal-VAT tal-persuna taxxabbli jkun għadu validu fid-data tas-sottomissjoni tad-dikjarazzjoni rikapitolattiva. Skont il-kliem stess tal-imsemmija dispożizzjoni, id-dikjarazzjoni rikapitolattiva għandha tindika n-numru tal-VAT li taħtu l-persuna taxxabbli <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>għamlet<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> l-akkwisti intra-Komunitarji inkwistjoni u mhux dak li hija għandha fid-data tas-sottomissjoni tad-dikjarazzjoni rikapitolattiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet rikapitolattivi li ġew sottomessi tardivament, il-prinċipju ta’ newtralità fiskali jeżiġi li l-Artikolu 42 tad-Direttiva dwar il-VAT jista’ jiġi applikat jekk il-kundizzjonijiet sostantivi stabbiliti fl-Artikolu 42(a) tad-Direttiva dwar il-VAT huma ssodisfatti, anki jekk il-kundizzjoni formali prevista fl-Artikolu 42(b) tad-Direttiva dwar il-VAT ma tkunx ġiet issodisfatta fil-ħin. Għaldaqstant, l-awtorità tat-taxxa ta’ Stat Membru ma tistax, bħala prinċipju, tintaxxa akkwist intra-Komunitarju għar-raġuni biss li l-akkwirent ma ssottomettix fil-ħin dikjarazzjoni rikapitolattiva debitament ikkompletata dwar l-operazzjoni tiegħu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Madankollu għandu jingħad ukoll, hekk kif jirrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 91 tal-konklużjonijiet tiegħu, li hemm żewġ każijiet li fihom in-nuqqas ta’ osservanza ta’ rekwiżit formali jista’ jiġġustifika l-esklużjoni tal-applikazzjoni tal-Artikolu 42 tad-Direttiva dwar il-VAT (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161020">20 ta’ Ottubru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Plöckl</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑24/15</NO.CASE> <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:791">EU:C:2016:791</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Minn naħa, il-ksur ta’ rekwiżit formali jista’ jwassal għar-rifjut tal-applikazzjoni tal-Artikolu 42 tad-Direttiva dwar il-VAT jekk persuna taxxabbli tkun ipparteċipat intenzjonalment fi frodi fiskali li qiegħed f’perikolu l-funzjonament tas-sistema komuni tal-VAT (ara, b’analoġija, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170209">9 ta’ Frar 2017</DATE>, <NAME.CASE>Euro Tyre</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑21/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:106">EU:C:2017:106</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Fil-kawża prinċipali, ebda element tal-fajl ma jissuġġerixxi li Firma Hans Bühler kienet implikata fi frodi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-ksur ta’ rekwiżit formali jista’ jiġġustifika r-rifjut tal-applikazzjoni tal-Artikolu 42 tad-Direttiva dwar il-VAT jekk dan il-ksur ikollu l-effett li jxekkel milli tiġi prodotta l-prova ċerta li r-rekwiżiti sostantivi ġew issodisfatti (ara, b’analoġija, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170209">9 ta’ Frar 2017</DATE>, <NAME.CASE>Euro Tyre</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑21/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:106">EU:C:2017:106</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk il-fatt li d-dikjarazzjonijiet rikapitolattivi inizjali li jirrigwardaw il-perijodu ta’ bejn ix-xahar ta’ Ottubru 2012 u x-xahar ta’ Diċembru 2012 ġew sottomessi tardivament kellux l-effett li jxekkel milli tiġi prodotta l-prova ċerta li r-rekwiżiti sostantivi ġew issodisfatti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li l-Artikoli 42 u 265 tad-Direttiva dwar il-VAT, moqrija flimkien mal-Artikolu 263 tad-Direttiva dwar il-VAT, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu li l-awtorità tat-taxxa ta’ Stat Membru tapplika l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 41 tad-Direttiva dwar il-VAT għar-raġuni biss li, fil-kuntest ta’ akkwist intra-Komunitarju, imwettaq għall-finijiet ta’ kunsinna sussegwenti fit-territorju ta’ Stat Membru, is-sottomissjoni tad-dikjarazzjoni rikapitolattiva, imsemmija fl-Artikolu 265 tad-Direttiva dwar il-VAT, ma saritx f’waqtha mill-persuna taxxabbli identifikata għall-finijiet tal-VAT f’dan l-Istat Membru.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 141(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat‑<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE> dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2010/45/UE, tat‑<DATE ISO="20100713">13 ta’ Lulju 2010</DATE>, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kundizzjoni li dan jipprevedi hija ssodisfatta meta l-persuna taxxabbli hija stabbilita u identifikata għall-finijiet tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) fl-Istat Membru li minnu l-merkanzija hija mibgħuta jew ittrasportata, iżda din il-persuna taxxabbli tuża n-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT ta’ Stat Membru ieħor għall-akkwist intra-Komunitarju inkwistjoni.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikoli 42 u 265 tad-Direttiva 2006/112, kif emendata bid-Direttiva 2010/45, moqrija flimkien mal-Artikolu 263 tad-Direttiva 2006/112, kif emendata bid-Direttiva 2010/45, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu li l-awtorità tat-taxxa ta’ Stat Membru tapplika l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 41 tad-Direttiva 2006/112 kif emendata bid-Direttiva 2010/45, għar-raġuni biss li, fil-kuntest ta’ akkwist intra-Komunitarju, imwettaq<?PAGE NO="14"?> għall-finijiet ta’ kunsinna sussegwenti fit-territorju ta’ Stat Membru, is-sottomissjoni tad-dikjarazzjoni rikapitolattiva, imsemmija fl-Artikolu 265 tad-Direttiva 2006/112, kif emendata bid-Direttiva 2010/45, ma saritx f’waqtha mill-persuna taxxabbli identifikata għall-finijiet tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) f’dan l-Istat Membru.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>