Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea (Verżjoni konsolidata) - Il-Hames parti - Istituzzjonijiet tal-Komunita' . - TITOLU 1 - Disposizzjonijiet li jirregolaw l-Istituzzjonijiet - Kapitolu 5 - Il-Bank Ewropew ta' l-Investiment . - Artikolu 266
Official Journal C 321 E , 29/12/2006 P. 0162 - 0162
Official Journal C 325 , 24/12/2002 P. 0139 - Consolidated version
Official Journal C 340 , 10/11/1997 P. 0286 - Consolidated version
Official Journal C 224 , 31/08/1992 P. 0070 - Consolidated version
Artikolu 266 Il-Bank Ewropew ta’ l-Investiment għandu personalità ġuridika. Il-membri tal-Bank Ewropew ta' l-Investiment huma l-Istati Membri. L-Istatut tal-Bank Ewropew ta’ l-Investiment huwa stabbilit fi Prokoll anness ma’ dan it-Trattat. Il-Kunsill, li jaġixxi b’unanimità, fuq talba tal-Bank Ewropew ta' l-Investiment u wara li jkun ikkonsulta l-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni, jew fuq talba tal-Kummissjoni u wara li jkun ikkonsulta l-Parlament Ewropew u l-Bank Ewropew ta’ l-Investiment, jista’ jemenda l-Artikoli 4, 11 u 12 u l-Artikolu 18(5) ta’ l-Istatut tal-Bank. --------------------------------------------------