|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/2951 |
21.5.2025 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/2643, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/966, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/2642, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/965 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet destabbilizzanti tar-Russja
(C/2025/2951)
L-informazzjoni li ġejja qed titressaq għall-attenzjoni tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi li jidhru fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/2643 (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/966 (2), u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/2642 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/965 (4) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet destabbilizzanti tar-Russja.
L-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) 2024/2642 jeħtieġ li dawk il-persuni, l-entitajiet jew il-korpi jirrappurtaw, fi żmien sitt ġimgħat mid-data tal-elenkar tagħhom fl-Anness I, fondi jew riżorsi ekonomiċi fil-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru li jappartjenu lilhom, huma proprjetà tagħhom, jinżammu jew huma kkontrollati minnhom, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn jinsabu dawk il-fondi jew riżorsi ekonomiċi. Jeħtieġ li jikkooperaw mal-awtorità kompetenti nazzjonali fi kwalunkwe verifika ta' din l-informazzjoni. Nuqqas ta' konformità ma' dawn l-obbligi ser titqies bħala ċirkomvenzjoni tal-miżuri dwar l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi.
Jeħtieġ li l-informazzjoni li għandha tiġi rrappurtata tintbagħat lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rilevanti, permezz tas-sit web tagħha kif indikat fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2024/2642 (5).
(1) ĠU L, 2024/2643, 9.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2643/oj.
(2) ĠU L, 2025/966, 20.5.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/966/oj.
(3) ĠU L, 2024/2642, 9.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2642/oj.
(4) ĠU L, 2025/965, 20.5.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/965/oj.
(5) L-aħħar verżjoni konsolidata hija disponibbli fuq https://eur-lex.europa.eu/eli/reg/2024/2642/oj
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2951/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)