19.5.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/9


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9844 — Société Générale/Mitsubishi/JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 171/05)

1.   

Fil-11 ta’ Mejju 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

ALD S.A. (“ALD”, Franza), ikkontrollata minn Société Générale (Franza),

—

Mitsubishi UFJ Lease & Finance Company Limited (“Mitsubishi”, il-Ġappun).

ALD u Mitsubishi jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-JV.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab (joint venture, JV).

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

ALD: tipprovdi kiri ta’ vetturi b’servizz komplet u ġestjoni tal-flotta lil korporati kbar, kumpaniji żgħar u ta’ daqs medju u individwi privati fi 43 pajjiż. ALD hija kkontrollata minn Société Générale, grupp ta’ servizzi finanzjarji attiv fi Franza u mad-dinja kollha;

—

Mitsubishi: attiva fil-Ġappun u mad-dinja kollha, tipprovdi varjetà ta’ servizzi finanzjarji fosthom finanzjament għall-kiri, kiri operattiv iffukat fuq valuri tal-assi, kiri tal-karozzi, kiri tal-proprjetà immobbli eċċ. Hija wkoll involuta f’servizzi tal-kiri, kummerċ ta’ tagħmir użat, operazzjonijiet tal-assigurazzjoni u servizzi lill-klijenti;

—

il-JV: se tipprovdi kiri operazzjonali b’servizz komplut ta’ karozzi ta’ bosta ditti u negozju tal-ġestjoni tal-flotta bi prodotti tal-mobilità relatati fil-Malasja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9844 — Société Générale/Mitsubishi/JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks, jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.