<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2011MTB.0300201101.case.xml"><NO.CASE>C-369/09 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62009CJ0369</NO.CELEX><NO.SEQ>0032.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-2014</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-2062</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>49</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20110324">24.3.2011</DATE> — KAWŻA C-369/09 P</LEFT><RIGHT>ISD POLSKA <HT TYPE="ITALIC">ET</HT> vs IL-KUMMISSJONI</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20110324">24 ta’ Marzu 2011</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-369/09 P,</P><P>li għandha bħala suġġett appell skont l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, ippreżentat fl-<DATE ISO="20090914">14 ta’ Settembru 2009</DATE></P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">ISD Polska sp. z o.o.</HT>, stabbilita f’Varsavja (il-Polonja),</P><P><HT TYPE="BOLD">Industrial Union of Donbass Corp.</HT>, stabbilita f’Donetsk (l-Ukraina),</P><P>u</P><P><HT TYPE="BOLD">ISD Polska sp. z o.o.</HT> (li kienet Majątek Hutniczy sp. z o.o.), stabbilita f’Varsavja,</P><P>irrappreżentata minn C. Rapin u E. Van den Haute, avukati,</P><PARTY.STATUS>appellanti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><?PAGE NO="I-2015"?><AGAINST>il-parti l-oħra fil-kawża li hija:</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn E. Gippini Fournier u A. Stobiecka-Kuik, bħala aġenti, b’indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,</P><PARTY.STATUS>konvenuta fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn A. Tizzano, President tal-Awla, J.-J. Kasel, E. Levits, M. Safjan u M. Berger (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: Y. Bot,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="I-2016"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tagħhom, ISD Polska sp. z o.o., Industrial Union of Donbass Corp. u ISD Polska sp. z o.o., li kienet Majątek Hutniczy sp. z o.o., jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha tannulla s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tal-<DATE ISO="20090701">1 ta’ Lulju 2009</DATE>, ISD Polska <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-273/06+T-297/06" PAGE.ECR="I-2185" YEAR="2009">T-273/06 u T-297/06, Ġabra p. I-2185</REF.DOC.ECR>, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>sentenza appellata<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), li permezz tagħha din tal-aħħar ċaħdet ir-rikorsi tagħhom għal annullament kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/937/KE, tal-<DATE ISO="20050705">5 ta’ Lulju 2005</DATE>, dwar l-għajnuna mill-Istat C 20/04 (ex NN 25/04), favur il-produttur tal-azzar Huta Częstochowa SA (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="366" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 366, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>id-deċiżjoni inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Il-Ftehim Ewropew, iffirmat fi Brussell fis-<DATE ISO="19911216">16 ta’ Diċembru 1991</DATE>, li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Polonja, min-naħa l-oħra (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="348" PAGE.FIRST="2" DATE.PUB="1993">ĠU 1993, L 348, p. 2</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Ftehim Ewropew<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), daħal fis-seħħ fl-<DATE ISO="19940201">1 ta’ Frar 1994</DATE>. Dan jistabbilixxi sistema ta’ kompetizzjoni bbażata fuq il-kriterji tat-Trattat KE.</TXT></NP><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-protokoll Nru 2 dwar il-prodotti KEFA tal-Ftehim Ewropew (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Protokoll Nru 2<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>) jipprevedi l-projbizzjoni tal-prinċipju ta’ għajnuna pubblika.</TXT></NP><?PAGE NO="I-2017"?><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 2 jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="008.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Huma inkompatibbli mal-funzjonament tajjeb tal-Ftehim, sa fejn jistgħu jaffettwaw il-kummerċ bejn il-Komunità u l-Polonja:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>iii)</NO.P><TXT>l-għajnuna pubblika ta’ kull tip, minbarra derogi awtorizzati skont it-Trattat KEFA.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="008.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-partijiet jaqblu li matul l-ewwel ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim u b’deroga mill-paragrafu 1(iii) ir-[Repubblika tal-] Polonja hija eċċezzjonalment awtorizzata, fir-rigward tal-prodotti <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>tal-azzar KEFA<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/>, tagħti għajnuna pubblika għar-ristrutturazzjoni, bil-kundizzjoni li:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>il-programm ta’ ristrutturazzjoni jkun marbut ma’ pjan ġenerali ta’ razzjonalizzazzjoni u ta’ tnaqqis tal-kapaċitajiet fil-Polonja,</P></ITEM><ITEM><P>din l-għajnuna tikkontribwixxi għall-vijabbiltà tal-impriżi benefiċjarji f’kundizzjonijiet normali tas-suq fi tmiem il-perijodu ta’ ristrutturazzjoni,</P></ITEM><?PAGE NO="I-2018"?><ITEM><P>l-ammont u l-iskala ta’ din l-għajnuna jkunu limitati għal-livelli strettament neċessarji sabiex terġa’ tiġi stabbilita din il-vijabbiltà u għandhom jitnaqqsu gradwalment.</P><P>B’kunsiderazzjoni għas-sitwazzjoni ekonomika tar-Repubblika tal-Polonja, il-kunsill ta’ assoċjazzjoni għandu jiddeċiedi dwar il-possibbiltà li l-imsemmi perijodu ta’ ħames snin jiġi estiż.</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Id-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Polonja Nru 3/2002 tat-<DATE ISO="20021023">23 ta’ Ottubru 2002</DATE> li testendi l-perijodu previst fl-Artikolu 8(4) tal-Protokoll Nru 2 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="186" PAGE.FIRST="38" DATE.PUB="2003">ĠU 2003, L 186, p. 38</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>), estendiet bi tmien snin addizzjonali b’effett mill-<DATE ISO="19970101">1 ta’ Jannar 1997</DATE>, jew sad-data tas-sħubija tar-Repubblika tal-Polonja fl-Unjoni Ewropea, il-perijodu li matulu r-Repubblika tal-Polonja kienet eċċezzjonalment awtorizzata, fir-rigward tal-prodotti <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>tal-azzar<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> tagħti għajnuna pubblika għar-ristrutturazzjoni skont il-modalitajiet previsti fl-Artikolu 8(4) tal-Protokoll Nru 2.</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Ir-[Repubblika tal-] Polonja għandha tissottometti lill-Kummissjoni […] programm ta’ ristrutturazzjoni u pjanijiet ta’ ħidma li jissodisfaw ir-rekwiżiti enumerati fl-Artikolu 8(4) tal-Protokoll [Nru] 2 u li jkunu ġew stmati u aċċettati mill-awtorità nazzjonali tagħha inkarigata għas-sorveljanza tal-għajnuna pubblika (Uffiċċju tal-Kompetizzjoni u tal-Protezzjoni tal-Konsumaturi).<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-2019"?><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-Protokoll Nru 8 dwar ir-ristrutturar tal-industrija tal-azzar Pollakka anness mal-Att li jirrigwarda l-kundizzjonijiet ta’ l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika tal-Ungerija, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="236" PAGE.FIRST="948" DATE.PUB="20030923">ĠU L 236, 23.9.2003, p. 948</REF.DOC.OJ>; iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Protokoll Nru 8<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>) awtorizza lir-Repubblika tal-Polonja, b’deroga mir-regoli ġenerali dwar l-għajnuna mill-Istat, tagħti għajnuna għar-ristrutturazzjoni tas-settur tal-azzar tagħha fuq il-bażi tal-modalitajiet stabbiliti fil-pjan ta’ ristrutturazzjoni u l-kundizzjonijiet previsti f’dak il-Protokoll. Huwa jipprevedi, b’mod partikolari:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>1.</NO.P><TXT>Minkejja l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE, għajnuna mill-Istat mogħtija mir-[Repubblika tal-]Polonja għall-iskopijiet ta’ ristrutturar ta’ partijiet speċifiċi ta’ l-industrija ta’ l-azzar tal-Polonja għandha ti[t]qies bħala kompatibbli mas-suq komuni sakemm:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>il-perijodu li jipprovdi għalih l-Artikolu 8(4) tal-Protokoll Nru. 2 […], ġie estiż sad-data ta’ l-adeżjoni,</P></ITEM><ITEM><P>it-termini stipulati mill-pjan tar-ristrutturar li abbażi tiegħu ġie estiż il-Protokoll imsemmi hawn fuq, jitħarsu matul il-perijodu 2002-2006,</P></ITEM><ITEM><P>il-kundizzjonijiet stipulati minn dan il-Protokoll jitwettqu, u</P></ITEM><?PAGE NO="I-2020"?><ITEM><P>ma titħallas mill-Istat ebda għajnuna għal ristrutturar lill-industrija ta’ l-azzar tal-Polonja wara d-data ta’ l-adeżjoni.</P></ITEM></LIST></P><P>[…]</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Huma biss il-kumpanniji li huma mniżżla fl-Anness 1 (minn hawn ’il quddiem imsejħa <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>il-kumpanniji benefiċjarji<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/>) li għandhom ikunu eliġibbli għall-għajnuna mogħtija mill-Istat fil-qafas tal-programm Pollakk tar-ristrutturar ta’ l-azzar.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Kumpanija benefiċjarja ma tistax:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>fil-każ ta’ fużjoni ma’ kumpannija li mhix imniżżla fl-Anness 1, tgħaddi l-benefiċċju ta’ l-għajnuna mogħtija lill-kumpannija benefiċjarja;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>tassumi l-assi ta’ xi kumpannija li mhix inkluża fl-Anness 1 li hi dikjarata falluta fil-perijodu sal-31 ta’ Dicembru 2006.</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>L-għajnuna għar-ristrutturar mogħtija lill-kumpanniji benefiċjarji għandha tiġi determinita abbażi tal-ġustifikazzjonijiet stipulati fil-pjan approvat tal-Polonja għar-ristrutturar ta’ l-azzar u fil-pjanijiet ta’ negozju individwali kif approvati mill-Kunsill. Iżda f’kull każ l-għajnuna mħallsa matul il-perijodu 1997-2003 u l-ammont globali tagħha ma għandhomx jaqbżu s-somma ta’ PLN <FT TYPE="NUMBER">3387070000</FT>.</TXT><P>[…]</P><?PAGE NO="I-2021"?><P>L-ebda għajnuna oħra mill-Istat ma għandha tingħata [mir-Repubblika tal-Polonja] għal skopijiet ta’ ristrutturar ta’ l-industrija ta’ l-azzar tal-Polonja.</P><P>[…]</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>Kull bidla sussegwenti fil-pjan globali tar-ristrutturar u l-pjanijiet individwali għandu jkollha l-kunsens tal-Kummissjoni, u fejn ikun il-każ, tal-Kunsill.</TXT><P>[…]</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>Jekk il-kontroll juri li:</TXT><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>matul il-perijodu ta’ ristrutturar [ir-Repubblika tal-]Polonja tkun tat iżjed għajnuna mill-Istat li tkun nkompattibli lill-industrija ta’ l-azzar u lill-kumpanniji benefiċjarji b’mod partikolari,</TXT><P>l-arranġamenti transitorji li jinsabu f’dan il-Protokoll ikunu bla effett.</P></NP></ITEM></LIST></P><P>Il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi xierqa li jkunu jeħtieġu lil kull kumpannija konċernata tagħti lura kull għajnuna mogħtija bi ksur tal-kundizzjonijiet stipulati f’dan il-Protokoll.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-2022"?><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Fl-Artikolu uniku tagħha, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/588/KE, tal-<DATE ISO="20030721">21 ta’ Lulju 2003</DATE>, dwar l-osservanza tal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni Nru 3/2002 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="199" PAGE.FIRST="17" DATE.PUB="2003">ĠU L 199, p. 17</REF.DOC.OJ>; iktar ’il quddiem id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/588) tipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Il-programm ta’ ristrutturazzjoni u l-pjanijiet ta’ negozju ppreżentati quddiem il-Kummissjoni mir-[Repubblila tal-]Polonja fl-<DATE ISO="20030404">4 ta’ April 2003</DATE> skont l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Nru 3/2002 […] jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 8(4) tal-Protokoll Nru 2.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-<DATE ISO="19990322">22 ta’ Marzu 1999</DATE>, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu [88] tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339) jipprovdi fl-Artikolu 6(1):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Id-deċiżjoni li tinbeda l-proċedura ta’ investigazzjoni formali għandha tiġbor fil-qosor l-kwistjonijiet relevanti tal-fatti u liġi, għandha tinkludi stima preliminari tal-Kummissjoni dwar il-karattru tal-miżura [ta’ għajnuna] proposta u għandha tqiegħed [tesponi] id-dubji dwar il-kompatibilità tagħha mas-suq komuni. Id-deċiżjoni għandha ssejjaħ lill-Istat Membru kkonċernat u lil partijiet interessati oħra sabiex jissottomettu l-kummenti f’perjodu preskritt li normalment m’għandux ikun aktar minn xahar. F’każijiet ġustifikati, il-Kummissjoni tista’ testendi l-perijodu preskritt.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(5) ta’ dak ir-regolament jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Fejn il-Kummissjoni ssib li l-għajnuna notifikata m’hijiex kompatibbli mas-suq komuni, għandha tiddeċiedi li dik l-għajnuna m’għandhiex tiddaħħal fis-seħħ (minn hawn ’il quddiem imsejjħa <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>deċiżjoni negattiva<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="2019" ID="QE0016"/>).<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-2023"?><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 14 tar-Regolament Nru 659/1999 jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="014.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn jittieħdu deċiżjonijiet negattivi f’każijiet ta’ għajnuna llegali, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jirkupra l-għajnuna mill-benefiċjarju (minn hawn ’il quddiem imsejjħa <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>deċiżjoni ta’ rkupru<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="2019" ID="QE0018"/>). Il-Kummissjoni m’għandhiex teħtieġ ir-rkupru ta’ l-għajnuna jekk dan ikun kuntrarju għal prinċipju ġenerali tal-liġi tal-Komunità.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="014.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-għajnuna li ser tkun rikuperata skond deċiżjoni ta’ rkupru għandha tinkludi l-imgħax f’rata xierqa ffissata mill-Kummissjoni. L-imgħax għandu jkun pagabbli mid-data li fiha l-għajnuna llegali kienet fid-disposizzjoni tal-benefiċjarju sad-data li fiha kienet irkuprata.</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 20(1) ta’ dak ir-regolament:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>Kull parti interessata tista’ tissottometti kummenti skond l-Artikolu 6 wara deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinbeda l-proċedura ta’ investigazzjoni formali. Kull parti interessata li ssottomettiet dawn il-kummenti u kull benefiċjarju ta’ għajnuna individwali għandha tintbgħatilhom kopja tad-deċiżjoni meħudha mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 7.<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-2024"?><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004, tal-<DATE ISO="20040421">21 ta’ April 2004</DATE>, li jimplementa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 4, p. 3) jipprovdi fl-Artikolu 9 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="009.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Sakemm ma jkunx provdut mod ieħor f’xi deċiżjoni speċifika r-rata ta’ mgħax li għandha tintuża għall-irkupru ta’ għajnuna ta’ l-Istat mogħtija bi ksur ta’ l-Artikolu 88(3) [KE] għandha tkun rata perċentwali annwali ffissata għal kull sena kalendarja.</P><P>Din għandha tiġi kalkolata fuq il-bażi tal-medja tar-rati għal ħames snin ta’ skambju bejn banek għal Settembru, Ottubru u Novembru tas-sena li tiġi qabel, miżjuda b’75 punt bażiku. F’każijiet debitament ġustifikati, l-Kummissjoni tista’ żżid ir-rata b’aktar minn 75 punt bażiku fir-rigward ta’ Stat Membru wieħed jew aktar.</P><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="009.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Fin-nuqqas ta’ data ta’ min jorbot fuqha jew ekwivalenti jew f’ċirkostanzi eċċezzjonali l-Kummissjoni tista’, b’ko-operazzjoni mill-qrib ma’ l-Istat/i Membru/i konċernat/i, tiffissa rata ta’ mgħax għall-irkupru ta’ għajnuna ta’ l-Istat, għal Stat Membru wieħed jew aktar, fuq il-bażi ta’ metodu differenti u fuq il-bażi ta’ informazzjoni disponibbli lilha. <QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-modalitajiet ta’ applikazzjoni tar-rata ta’ mgħax, l-Artikolu 11(2) tal-imsemmi regolament jippreċiża:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>Ir-rata ta’ mgħax għandha tiġi applikata fuq bażi kompost sad-data ta’ rkupru ta’ l-għajnuna. L-imgħax li jkiġġamma [dovut] fis-sena li tiġi qabel għandu jkun suġġett għall-mgħax f’kull sena li tiġi wara.<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-2025"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Bejn l-2002 u l-2005 twettqet operazzjoni ta’ ristrutturazzjoni tal-produttur tal-azzar Pollakk Huta Częstochowa SA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>HCz<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>). Għal dak il-għan, l-assi ta’ HCz ġew ittrasferiti lil kumpanniji ġodda.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Għaldaqstant, fl-2002, ġiet stabbilita Huta Stali Częstochowa sp. z o.o. (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>HSCz<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>) li l-kumpannija parent tagħha kienet Towarzystwo Finansowe Silesia sp. zo.o (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>TFS<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>), kumpannija li l-ishma tagħha kienu miżmuma 100 % mit-Teżor Pollakk sabiex tkompli l-produzzjoni tal-azzar ta’ HCz. HSCz kriet l-impjanti tal-produzzjoni ta’ HCz lill-amministratur ġudizzjarju u ħadet il-biċċa l-kbira tal-impjegati.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Fl-2004, ġew stabbiliti l-kumpanniji Majątek Hutniczy sp. zo.o (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>MH<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>) u Majątek Hutniczy Plus sp. z o.o. (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>MH Plus<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>). L-ishma tagħhom kienu miżmuma 100 % minn HCz. MH ħadet l-assi tal-azzar ta’ HCz u MH Plus ħadet ċerti assi oħra meħtieġa għall-produzzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-assi mhux marbuta mal-produzzjoni (imsejħa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>assi mhux tal-azzar<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>) kif ukoll l-istabbiliment elettroenerġetiku Elsen ġew ittrasferiti lill-kumpannija Operator ARP sp. z o.o., kumpannija dipendenti fuq l-Agencja Rozwoju Przemysłu SA, l-aġenzija għall-iżvilupp industrijali miżmuma mit-Teżor Pollakk, sabiex jitħallas lura d-dejn pubbliku suġġett għar-ristrutturazzjoni (taxxi u kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali).</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tad-<DATE ISO="20040519">19 ta’ Mejju 2004</DATE>, il-Kummissjoni informat lir-Repubblika tal-Polonja bid-deċiżjoni tagħha li tinbeda l-proċedura ta’ investigazzjoni formali fir-rigward tal-għajnuna għar-ristrutturazzjoni mogħtija lil HCz, ippubblikata fil-<HT TYPE="ITALIC">Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> fit-<DATE ISO="20040812">12 ta’ Awwissu 2004</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="204" PAGE.FIRST="6" DATE.PUB="2004">ĠU C 204, p. 6</REF.DOC.OJ>), u stiednet<?PAGE NO="I-2026"?> lill-partijiet ikkonċernati kollha jippreżentaw il-kummenti tagħhom dwar il-fatti u l-analiżi legali inkluża f’tali deċiżjoni. Hija rċeviet kummenti mir-Repubblika tal-Polonja u minn erba’ partijiet ikkonċernati.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>F’dokument intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>Dikjarazzjoni dwar l-għajnuna mill-Istat potenzjalment mogħtija lil [HCz] u/jew [lil HSCz]<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> tat-<DATE ISO="20050203">3 ta’ Frar 2005</DATE>, ISD Polska sp. z o.o.(li f’dak iż-żmien kienet qed taġixxi taħt l-isem kummerċjali ZPD Steel sp. z o.o., (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>ISD<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>), kumpannija sussidjarja li l-ishma tagħha miżmuma 100 % mill-Industrial Union of Donbass Corp. (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>IUD<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>), għamlet, fil-kuntest tan-negozjati li ppreċedew ix-xiri ta’ HSCz, ta’ MH, ta’ MH Plus u ta’ għaxar kumpanniji sussidjarji oħra ta’ HCz, id-dikjarazzjoni li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>Fil-każ fejn il-Kummissjoni tadotta deċiżjoni li tordna lil [HCz], [lil HSCz] jew lil persuna li ħadet l-assi ta’ [HCz] tirrimborsa l-għajnuna pubblika illegali mogħtija fil-kuntest tal-għajnuna marbuta mal-Programm ta’ ristrutturazzjoni u li l-ammont totali tagħha ma jkunx iktar minn [PLN] 20 miljun, aħna niddikjaraw li din id-deċiżjoni bl-ebda mod ma jkollha l-effett li teżonerana mill-obbligi li jirriżultaw mill-offerta, u nimpenjaw ruħna li la nippreżentaw u lanqas ninvokaw ebda forma ta’ talba għal kumpens intiża kontra a) l-awtoritajiet fiskali tar-Repubblika tal-Polonja, b) l-[Agencja Rozwoju Przemysłu], c) [TFS], d) [HCz] […] u marbuta man-neċessità li jsir rimbors tal-għajnuna jew ma’ kwalunkwe proċedura mibdija f’dan ir-rigward quddiem il-Kummissjoni wara l-għoti tal-għajnuna pubblika lil [HCz]. Jekk dan ikun il-każ, aħna nimpenjaw ruħna li [MH], [MH Plus] u [HSCz], jew kumpanniji oħra, kif ukoll is-suċċessuri tagħhom fid-dritt (indipendentement mit-titolu ta’ tali suċċessur) jirrimborsaw l-ammont tal-għajnuna pubblika illegali stabbilita fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni, anki jekk din id-deċiżjoni tkun tikkonċerna esklużivament lil [HCz].<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Fi tmiem il-proċedura, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li, b’mod kuntrarju għad-dubji inizjali tagħha, il-miżuri maħsuba għar-ristrutturazzjoni ta’ HCz skont id-dispożizzjonijiet tal-liġi fuq l-għajnuna pubblika lil impriżi ta’ importanza sinjifikattiva għas-suq tax-xogħol tat-<DATE ISO="20021030">30 ta’ Ottubru 2002</DATE> (Dz. U. n 213, pożizzjoni 1800, kif emendata) ma jikkostitwixxux <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>għajnuna mill-Istat<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE.</TXT></NP><?PAGE NO="I-2027"?><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, il-Kummissjoni kkunsidrat li HCz kienet ibbenefikat b’diversi modi minn għajnuna mill-Istat għall-perijodu bejn l-1997 u l-2002 li kienet parzjalment kompatibbli mas-suq komuni. Il-Kummissjoni talbet ir-rimbors tal-parti li hija kkunsidrat bħala inkompatibbli mas-suq komuni, jiġifieri l-ammont ta’ <FT TYPE="NUMBER">19699452</FT> PLN (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>għajnuna inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20050705">5 ta’ Lulju 2005</DATE>, il-Kummissjoni adottat id-deċiżjoni inkwistjoni. L-Artikolu 3 tagħha jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-għajnuna mill-Istat mogħtija mir-[Repubblika tal-]Polonja favur [HCz] matul il-perijodu ta’ bejn l-1997 u Mejju 2002 li tammonta għal PLN <FT TYPE="NUMBER">19699452</FT>, fil-forma ta’ għajnuna għall-funzjonament u għajnuna għar-ristrutturazzjoni tax-xogħol, ma hijiex kompatibbli mas-suq komuni.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Ir-[Repubblika tal-]Polonja għandha tieħu l-miżuri neċessarji kollha sabiex tirkupra mingħand [HCz], [mingħand] Regionalny Fundusz Gospodarczy, [mingħand MH] u [mingħand Operator ARP sp. z o.o.] l-għajnuna msemmija fil-paragrafu 1, illegalment mogħtija lil [HCz]. L-impriżi msemmija iktar ’il fuq huma obbligati <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> li jirrimborsaw din l-għajnuna.</P><P>L-irkupru għandu jseħħ mingħajr dewmien skont il-proċeduri tad-dritt nazzjonali, sakemm jippermettu l-eżekuzzjoni immedjata u effettiva tad-deċiżjoni preżenti. Is-somom li għandhom ikunu rkuprati jinkludu l-interessi b’effett mid-data li fiha ngħatat l-għajnuna lil [HCz] sad-data tal-irkupru tagħhom. L-interessi huma kkalkolati skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu V tar-Regolament […] Nru 794/2004.</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-2028"?><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Fl-Artikolu 4 tad-deċiżjoni inkwistjoni, il-Kummissjoni tapprova l-proposta ta’ emenda tal-programm nazzjonali ta’ ristrutturazzjoni Pollakk, skont il-punt 10 tal-protokoll Nru 8, sa fejn din tippermetti r-ristrutturazzjoni ta’ HCz mingħajr għajnuna mill-Istat u mingħajr żieda tal-kapaċitajiet ta’ produzzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Skont żewġ ftehim konklużi fit-<DATE ISO="20050930">30 ta’ Settembru 2005</DATE> u li daħlu fis-seħħ fis-<DATE ISO="20051007">7 ta’ Ottubru 2005</DATE>, ISD xtrat, minn naħa, mingħand HCz, l-ishma kollha tagħha f’MH u f’MH Plus kif ukoll għaxar kumpanniji sussidjarji li kienu għadhom ta’ HCz, u, min-naħa l-oħra, mingħand TFS, l-ishma kollha tagħha f’HSCz u għalhekk saret proprjetarja ta’ HSCz, ta’ MH, ta’ MH Plus u ta’ għaxar kumpanniji sussidjarji oħra ta’ HCz.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tas-<DATE ISO="20060217">17 ta’ Frar 2006</DATE>, il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Pollakki jindikawlha r-rati tal-interessi applikabbli għar-rimbors tal-għajnuna inkwistjoni mid-debituri <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> imsemmija fl-Artikolu 3(2) tad-deċiżjoni inkwistjoni. Fir-risposta tagħhom tat-<DATE ISO="20060313">13 ta’ Marzu 2006</DATE>, l-awtoritajiet Pollakki ssuġġerew rati tal-interessi applikabbli għall-irkupru u metodu għall-kalkolu tal-interessi. B’mod partikolari, huma ssuġġerew li tittieħed bħala bażi, għall-perijodu ta’ bejn l-1997 u l-1999, ir-rata tal-bonds f’zlotys Pollakki maħruġa mit-Teżor Pollakk b’rata fissa għal ħames snin, u, għall-perijodu ta’ bejn l-2000 u l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Polonja mal-Unjoni Ewropea, ir-rata ta’ dawn l-istess bonds għal għaxar snin. Barra minn hekk, fid-dawl tas-sitwazzjoni tas-swieq tal-kapital fil-Polonja f’dak iż-żmien, li kienet ikkaratterizzata minn rati għolja ħafna, iżda li tbaxxew malajr, huma talbu li jsir aġġornament annwali ta’ dawn ir-rati u li l-interessi ma jkunux ikkalkolati fuq bażi komposta.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Fir-risposta tagħha tas-<DATE ISO="20060607">7 ta’ Ġunju 2006</DATE>, il-Kummissjoni kkonstatat li r-rata tal-interessi applikabbli għall-irkupru tal-għajnuna inkwistjoni għandha tkun, għall-perijodu kollu kkonċernat, ir-rata fissa tal-bonds tat-Teżor Pollakk għal ħames snin, denominata f’zlotys Pollakki, u li, skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament Nru 794/2004, din ir-rata tal-interessi għandha tiġi applikata fuq bażi komposta.</TXT></NP><?PAGE NO="I-2029"?><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Permezz tal-ittri tas-<DATE ISO="20060707">7 ta’ Lulju</DATE> u tas-<DATE ISO="20060816">16 ta’ Awwissu 2006</DATE>, il-Kummissjoni kkomunikat id-deċiżjoni inkwistjoni lil IUD u lil MH. Fil-<DATE ISO="20061221">21 ta’ Diċembru 2006</DATE>, din id-deċiżjoni ġiet ippubblikata fil-<HT TYPE="ITALIC">Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT>.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20061115">15 ta’ Novembru 2006</DATE> saret l-amalgamazzjoni ta’ ISD u ta’ MH fejn ISD assumiet id-drittijiet u l-obbligi kollha ta’ MH.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali u s-sentenza appellata</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Permezz tar-rikors tagħhom quddiem il-Qorti Ġenerali, ir-rikorrenti ISD u IUD, fil-Kawża T-273/06, talbu lil din tal-aħħar, b’mod partikolari, tannulla l-Artikolu 3 tad-deċiżjoni inkwistjoni, billi invokaw sitt motivi insostenn tat-talbiet tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>L-ewwel motiv kien jirrigwarda l-ksur tal-Protokoll Nru 8. Ir-raba’ motiv kien ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi u s-sitt motiv kien jirrigwarda l-ksur tar-Regolament Nru 794/2004. It-tieni, it-tielet u l-ħames motivi ma ġewx invokati insostenn tal-appell u għaldaqstant ma humiex ser jiġu eżaminati iktar ’il quddiem.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Fil-kawża T-297/06, ISD ressqet talbiet identiċi billi invokat erba’ motivi essenzjalment identiċi għal dawk imqajma fil-Kawża T-273/06, iżda talbet, barra minn hekk, l-annullament tal-Artikolu 4 tad-deċiżjoni inkwistjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="I-2030"?><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel motiv tagħhom, ir-rikorrenti kkonstestaw, essenzjalment, l-applikabbiltà <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> u <HT TYPE="ITALIC">ratione personae</HT> tar-regoli Komunitarji fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat kif ukoll il-kompetenza tal-Kummissjoni li tistħarreġ l-osservanza tagħhom waqt il-perijodu ta’ qabel l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Polonja fl-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali kkonfermat li l-Artikoli 87 KE u 88 KE ma humiex applikabbli, fil-prinċipju, għal għajnuna mogħtija qabel l-adeżjoni ta’ Stat Membru li ma baqgħetx tingħata wara l-adeżjoni u li, għaldaqstant, il-Kummissjoni invokat il-Protokoll Nru 8 bħala <HT TYPE="ITALIC">lex specialis</HT> bil-għan li tiġġustifika l-kompetenza tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Waqt li osserva li dik is-sistema hija differenti f’diversi aspetti mis-sistema ġenerali prevista mit-Trattat KE u mill-Anness IV tal-Att li jirrigwarda l-kundizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika tal-Ungerija, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="236" PAGE.FIRST="797" DATE.PUB="2003">ĠU 2003, L 236, p. 797</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>Anness IV tal-Att tal-Adeżjoni<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>), il-Qorti Ġenerali kkonstatat fil-punt 93 tas-sentenza appellata, li l-Protokoll Nru 8 jirreferi għal għajnuna mogħtija matul il-perijodu bejn l-1997 u l-2003, u jawtorizza ammont limitat ta’ għajnuna għar-ristrutturazzjoni mogħtija matul dan il-perijodu lil ċerti impriżi enumerati fl-Anness 1 u jipprojbixxi, inkambju, kull għajnuna mill-Istat oħra għar-ristrutturazzjoni tal-industrija tal-azzar.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Filwaqt li kkonstatat, fil-punt 94 tas-sentenza appellata li l-applikazzjoni retroattiva tal-Protokoll Nru 8 hija wkoll stabbilita fil-punt 6, li jirrigwarda l-perijodu bejn l-1997 u l-2003, il-Qorti Ġenerali finalment ċaħdet, fil-punti 95 u 96 tas-sentenza appellata, l-argument tar-rikorrenti li, peress li, fil-mument tal-pubblikazzjoni tal-Protokoll Nru 8 fix-xahar ta’ Settembru 2003, dak il-perijodu kien kważi skada, dan ir-riferiment għall-imsemmi perijodu fisser biss li l-kalkolu tal-għajnuna futura għandu jsir billi jittieħdu inkunsiderazzjoni retrospettivament l-ammonti ta’ għajnuna diġà mogħtija. Skont il-Qorti Ġenerali, l-għan tal-Protokoll Nru 8 kien, b’mod kuntrarju,<?PAGE NO="I-2031"?> <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>li tiġi stabbilita skema komprensiva għall-awtorizzazzjoni tal-għajnuna intiża għar-ristrutturazzjoni tal-industrija tal-azzar Pollakka u mhux biss li tiġi evitata l-akkumulazzjoni tal-għajnuna minn impriżi benefiċjarji<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/></TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali għaldaqstant ikkonkludiet, fil-punt 97 tas-sentenza appellata li, meta mqabbel mal-Anness IV tal-Att tal-Adeżjoni u mal-Artikoli 87 KE u 88 KE, il-protokoll Nru 8 huwa <HT TYPE="ITALIC">lex specialis</HT> li jestendi s-setgħa ta’ sħarriġ tal-għajnuna mill-Istat li l-Kummissjoni għandha bis-saħħa tat-Trattat għall-għajnuna mogħtija favur ir-riorganizzazzjoni tal-industrija tal-azzar Pollakka matul il-perijodu ta’ bejn l-1997 u l-2003.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-argument dwar l-applikabbiltà <HT TYPE="ITALIC">ratione personae</HT> tal-Protokoll Nru 8, li dan tal-aħħar ma jirrigwardax l-impriżi li ma humiex elenkati fl-Anness 1 tiegħu, il-Qorti Ġenerali kkonstatat, fil-punt 99 tas-sentenza appellata, li l-punt 3 tal-imsemmi Protokoll jipprovdi b’mod espliċitu li huma biss l-impriżi elenkati f’dak l-Anness 1 li jistgħu jibbenefikaw minn għajnuna mill-Istat fil-kuntest tal-programm ta’ ristrutturazzjoni tal-industrija tal-azzar Pollakka. Jekk jitqies li impriża mhux elenkata fl-imsemmi Anness 1 tista’ żżomm ammonti mingħajr limitu ta’ għajnuna għar-ristrutturazzjoni rċevuta qabel is-sħubija mingħajr ma tnaqqas, inkambju, il-kapaċitajiet ta’ produzzjoni, il-Protokoll Nru 8 ikun nieqes minn kull sens.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-argument, ibbażat fuq il-punt 4(b) tal-Protokoll Nru 8, li huma biss l-impriżi benefiċjarji li ma jistgħux jassumu l-assi ta’ impriża li ma hijiex elenkata fl-Anness 1 tal-Protokoll Nru 8 li hija ddikjarata falluta, il-Qorti Ġenerali kkonstatat li r-rikorrenti telqu minn premessa ta’ interpretazzjoni żbaljata ta’ dik id-dispożizzjoni. Anki li kieku jiġi preżunt li dan jipprevedi l-possibbilità li terz jassumi l-assi ta’ impriża falluta li ma hijiex elenkata fl-Anness 1 tal-Protokoll Nru 8, dan bl-ebda mod ma jimplika, skont il-Qorti Ġenerali, li dan it-terz ma jkunx obbligat jirrifondi l-għajnuna illegali meħuda mill-imsemmija impriża. Għaldaqstant, peress li s-sitwazzjoni ta’ HCz ma tistax titqabbel ma’ dik ta’ impriża falluta li ma hijiex elenkata fl-Anness 1<?PAGE NO="I-2032"?> tal-Protokoll Nru 8, il-Qorti Ġenerali ċaħdet ukoll l-ilment ibbażat fuq allegat ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali fl-applikazzjoni tal-imsemmi protokoll.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Għaldaqstant, jekk jintlaqa’ motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali dan ikun essenzjalment ifisser li jkun qiegħed jiġi kkontestat il-Protokoll Nru 8 li, bħala sors tad-dritt primarju, jagħmel parti mit-Trattat (ara l-punti 100 u 101 tas-sentenza appellata).</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-argument li l-Kummissjoni eċċediet il-kompetenza tagħha, il-Qorti Ġenerali fakkret, fil-punt 102 tas-sentenza appellata, li l-Protokoll Nru 8 jipprevedi li l-Kummissjoni tieħu l-miżuri xierqa bil-għan li tiżgura r-rimbors ta’ kull għajnuna mogħtija bi ksur tal-kundizzjonijiet previsti f’dak il-protokoll, inklużi miżuri ta’ stħarriġ b’applikazzjoni tal-Artikolu 88 KE, b’tali mod li l-Kummissjoni kienet kompetenti tistħarreġ l-osservanza tad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll Nru 8.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali ċaħdet ukoll l-argumenti kollha li invokaw ksur tal-Protokoll Nru 8.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Permezz tar-raba’ motiv tagħhom, ir-rikorrenti sostnew li l-Kummissjoni, fid-deċiżjoni tagħha li tinbeda proċedura ta’ investigazzjoni formali fir-rigward tal-għajnuna għar-ristrutturazzjoni mogħtija lil HCz, naqset li tindika b’mod preċiż fid-deċiżjoni inkwistjoni l-għajnuna mill-Istat li hija titlob li tiġi kkanċellata, bil- konsegwenza li tivvizzja wkoll din l-aħħar deċiżjoni b’illegalità li tirriżulta minn ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi. L-aspettattivi tagħhom kienu bbażati fuq il-fatt li IUD kienet fiduċjuża li l-għajnuna inkwistjoni kienet ser tiġi kkunsidrata bħala rimborsata u li l-Kummissjoni kienet ġiet debitament informata bl-għajnuna mogħtija qabel l-2003.</TXT></NP><?PAGE NO="I-2033"?><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti allegaw li l-Kummissjoni nisslet fihom l-aspettattiva li l-għajnuna rċevuta minn HCz ma kinitx ser tkun ikkanċellata. Fil-fatt, huma setgħu b’mod leġittimu jemmnu li l-Kummissjoni ma kinitx sejra titlob l-irkupru tal-għajnuna rċevuta minn HCz u rrilevaw li, jekk l-għajnuna inkwistjoni ma kinitx ġiet innotifikata fis-sens tal-Artikoli 87 KE u 88 KE, hija kienet ġiet <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>debitament innotifikata<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> skont il-proċeduri rilevanti previsti mill-Protokoll Nru 2.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>F’dak ir-rigward, il-Qorti Ġenerali kkonstatat, fil-punt 134 tas-sentenza appellata, li tali aspettattivi ma jistgħux jiġu protetti abbażi tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi. Fil-fatt, ir-rikorrenti la kienu mħeġġa, permezz ta’ att tal-Komunità, li jieħdu deċiżjoni li sussegwentement irriżultat f’konsegwenzi negattivi għalihom, u lanqas ma kienu benefiċjarji ta’ att amministrattiv favorevoli min-naħa ta’ istituzzjoni Komunitarja li ġie rtirat retroattivament minn din tal-aħħar. Filwaqt li rreferiet għas-sentenza tal-<DATE ISO="19970320">20 ta’ Marzu 1997</DATE>, Alcan Deutschland (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C 24/95" PAGE.ECR="I-1591" YEAR="1997">C 24/95, Ġabra p. I 1591</REF.DOC.ECR>), il-Qorti Ġenerali fakkret, fil-punt 135 tas-sentenza appellata li l-impriżi benefiċjarji ta’ għajnuna ma jistax ikollhom, bħala regola, aspettattivi leġittimi rigward ir-regolarità tal-għajnuna ħlief jekk din tkun ġiet mogħtija b’osservanza tal-proċedura prevista fl-Artikolu 88 KE u li operatur ekonomiku diliġenti għandu normalment ikun kapaċi jassigura li din il-proċedura ġiet osservata.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali kkonstatat, fil-punt 136 tas-sentenza appellata, li, f’dan il-każ, ma saret l-ebda notifika tal-għajnuna inkwistjoni peress li din tal-aħħar ingħatat meta r-Repubblika tal-Polonja ma kinitx membru tal-Unjoni u li, għaldaqstant, notifika skont l-Artikolu 88 KE ma kinitx possibbli.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali ċaħdet ukoll, fil-punti 137 u 138 tas-sentenza appellata, l-argument tar-rikorrenti li l-għajnuna inkwistjoni kienet ġiet <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>debitament innotifikata<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> skont il-proċeduri rilevanti tal-Protokoll Nru 2. Fil-fatt, sa fejn ir-rikorrenti rreferew għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/588, fejn dan tal-aħħar ikkonstata li l-programm ta’ ristrutturazzjoni u l-pjanijiet ta’ negozju sottomessi lill-Kummissjoni mir-Repubblika tal-Polonja tal-<DATE ISO="20030404">4 ta’ April 2003</DATE> kienu jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 8(4)<?PAGE NO="I-2034"?> tal-Protokoll Nru 2, għandu jiġi kkonstatat li l-pjan ta’ negozju li jirrigwarda lil HCz ma ġiex sottomess lill-Kummissjoni u lanqas ma huwa previst mill-approvazzjoni li tinsab fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/588.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-espożizzjoni tal-motivi tal-proposta tal-Kummissjoni, li tipprovdi li l-estensjoni tad-deroga prevista fl-Artikolu 8(4) tal-Protokoll Nru 2 kellha l-effett li tirregolarizza retroattivament l-għajnuna kollha li ngħatat illegalment wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim Ewropew, il-Qorti Ġenerali enfasizzat, fil-punt 139 tas-sentenza appellata, li dawk it-termini ma jinstabux fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/588. Issa, sempliċi proposta tal-Kummissjoni suġġetta għal deċiżjoni tal-Kunsill ma tistax toħloq aspettattivi leġittimi fi ħdan ir-rikorrenti.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali ċaħdet ukoll l-argumenti kollha bbażati fuq ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Permezz tas-sitt motiv tagħhom, li kien jirrigwarda b’mod partikolari l-iffissar tar-rati tal-interessi applikabbli għall-irkupru tal-għajnuna inkwistjoni, ir-rikorrenti jinvokaw ksur tar-Regolament Nru 794/2004 billi jikkontestaw li l-Kummissjoni ffissat rati tal-interessi xierqa u li din tal-aħħar kienet interpretat b’mod żbaljat l-għanijiet tal-Artikoli 9 u 11 tal-imsemmi regolament, jiġifieri l-istabbiliment mill-ġdid tas-sitwazzjoni li kienet teżisti qabel l-għoti tal-għajnuna illegali, billi imponiet interessi fuq il-ħlas lura tal-interessi u billi għażlet rata ta’ referenza li kienet totalment estranja għar-realtà tas-suq Pollakk bejn l-1997 u l-2004.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti sostnew li, fid-dritt Pollakk, l-interessi jiddekorru biss fuq il-kapital tal-arretrati tat-taxxa u li l-liġijiet fiskali ma jipprovdux għal kapitalizzazzjoni tal-interessi dovuti fuq dawn l-arretrati. Barra minn hekk, huma jesponu li kien rari ħafna, bejn l-1997 u l-2004, li impriżi jiksbu kapital estern għal terminu twil billi jużaw bonds u self bankarju kkalkolati fi zlotys Pollakki. Peress li<?PAGE NO="I-2035"?> riedet tapplika r-rata tal-interessi tal-bonds tat-Teżor Pollakk, il-Kummissjoni ma użatx ir-rata li tirrifletti korrettament il-vantaġġ li kienet ibbenefikat minnu HCz u dan għandu l-effett li jissopravalorizza dak il-vantaġġ. Il-ħlas lura tal-interessi jpoġġi wkoll lill-impriżi benefiċjari f’sitwazzjoni inqas favorevoli meta mqabbla mal-<HT TYPE="ITALIC">istatus quo ante</HT>.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-deċiżjoni inkwistjoni, il-Qorti Ġenerali kkonstatat, fil-punt 157 tas-sentenza appellata, li l-interessi huma kkalkolati skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu V tar-Regolament Nru 794/2004 u li, peress li r-rata tal-interessi la hija ffissata fid-dispożittiv u lanqas fil-kunsiderazzjonijiet tal-imsemmija deċiżjoni, il-motiv tar-rikorrenti ma għandu l-ebda skop.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-metodu għal kalkolu tal-interessi, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li l-konstatazzjonijiet li jinsabu fid-deċiżjoni inkwistjoni f’dan ir-rigward huma ta’ natura purament dikjaratorja, peress li l-metodu għall-kalkolu tal-interessi jirriżulta mir-Regolament Nru 794/2004 stess. Issa, ir-rikorrenti ma qajmux l-eċċezzjoni tal-illegalità dwar dak ir-regolament (ara l-punt 159 tas-sentenza appellata).</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ittra tas-<DATE ISO="20060607">7 ta’ Ġunju 2006</DATE>, fejn il-Kummissjoni ffissat ir-rata tal-interessi li għandha tiġi applikata għall-irkupru tal-għajnuna inkwistjoni, il-Qorti Ġenerali fakkret li l-Artikolu 9(4) tar-Regolament Nru 794/2004 jipprevedi li l-iffissar tar-rata tal-interessi li għandha tiġi applikata għall-irkupru teħtieġ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>kooperazzjoni mill-qrib<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> mal-Istat Membru kkonċernat.</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Issa, il-korrispondenza skambjata bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Pollakki tirreleva li l-iffissar tar-rata żvolġa b’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>kooperazzjoni mill-qrib<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> mar-Repubblika tal-Polonja li, fil-fatt, ipproponiet li jiġu applikati r-rati tal-bonds tat-Teżor għal ħames<?PAGE NO="I-2036"?> snin u għaxar snin u talbet li jsir aġġustament annwali ta’ dawk ir-rati u li l-interessi ma jkunux ikkalkolati fuq bażi komposta (punt 163 tas-sentenza appellata).</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Peress li aċċettat il-maġġoranza ta’ dawn il-proposti, il-Kummissjoni kkunsidrat li kellha tiġi applikata biss ir-rata tal-bonds għal ħames snin għall-perijodu kollu bejn l-1997 sal-2004. F’dan ir-rigward hija kellha ċerta marġni ta’ diskrezzjoni (punt 164 tas-sentenza appellata).</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-metodu tal-applikazzjoni tal-interessi, u b’mod partikolari, tal-kalkolu tal-interessi fuq bażi komposta, il-Qorti Ġenerali kkonstatat, fil-punt 165 tas-sentenza appellata, li l-Artikolu 11(2) tar-Regolament Nru 794/2004 jippreċiża espliċitament li r-rata tal-interessi għandha tapplika fuq bażi komposta sad-data tal-irkupru tal-għajnuna u li l-interessi li jiddekorru f’sena jipproduċu interessi kull sena sussegwenti. Barra minn hekk, l-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 794/2004 jipprovdi li l-Artikoli 9 u 11 tiegħu huma applikabbli għal kull deċiżjoni ta’ rkupru nnotifikata wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament. Peress li r-Regolament Nru 794/2004 kien applikabbli fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni inkwistjoni, il-Kummissjoni kienet ukoll obbligata titlob li l-interessi jiġu kkalkolati fuq bażi komposta.</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Għalhekk, il-Qorti Ġenerali ċaħdet il-motivi kollha bbażati fuq ksur tar-Regolament Nru 794/2004.</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Peress li ddeċidiet li l-motivi kollha mressqa mir-rikorrenti insostenn tar-rikors tagħhom kienu infondati, il-Qorti Ġenerali konsegwentement ċaħdet ir-rikors fl-intier tiegħu.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-2037"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-talbiet tal-partijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>L-appellanti jitolbu li Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla s-sentenza appellata;</P></ITEM><ITEM><P>tilqa’, b’mod sħiħ, jew sussidjarjament b’mod parzjali, it-talbiet imressqa quddiem il-Qorti Ġenerali fil-Kawżi magħquda T-273/06 u T-297/06;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha;</P></ITEM><ITEM><P>fil-każ fejn il-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni, tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 69(6) u dawk tal-Artikolu 72(a) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja tiċħad l-appell u tikkundanna lill-appellanti għall-ispejjeż.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-2038"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-appell</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Insostenn tal-appell tagħhom, l-appellanti jinvokaw tliet aggravji bbażati fuq ksur tal-Protokoll Nru 8, tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u tar-Regolament Nru 659/1999, b’mod partikolari tal-Artikolu 14(2) tiegħu, kif ukoll tar-Regolament Nru 794/2004 rispettivament.</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta, minn naħa, l-ammmissibbiltà tal-appell fl-intier tiegħu, u, min-naħa l-oħra, speċifikament l-ammissibbiltà tal-ewwel u t-tielet aggravju kif ukoll il-fondatezza tat-tliet aggravji mressqa mill-appellanti.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà tal-appell fl-intier tiegħu</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Preliminarjament, il-Kummissjoni teċċepixxi l-inammissibbiltà tal-appell peress li l-appellanti, fir-rigward tal-forma tal-appell, jfixklu appell fuq punti ta’ fatt u ta’ liġi ma’ appell fuq punti ta’ liġi biss sa fejn ir-rikors tal-appell jillimita ruħu essenzjalment għar-repetizzjoni tal-argumenti kontra d-deċiżjoni inkwistjoni, kif esposti fl-ewwel istanza. L-appellanti ma jippreċiżawx liema partijiet mir-raġunament tal-Qorti Ġenerali huma kkonċernati b’mod partikolari u lanqas liema żbalji ta’ liġi wettqet il-Qorti Ġenerali fl-eżami tagħha ta’ dawn l-argumenti fl-ewwel istanza.</TXT></NP><?PAGE NO="I-2039"?><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni ssostni li mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 225 KE, mill-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 112(1)(ċ) tar-Regoli tal-Proċedura, jirriżulta li appell għandu jindika b’mod preċiż l-elementi kkritikati tas-sentenza appellata kif ukoll l-argumenti ġuridiċi li jsostnu b’mod speċifiku din it-talba. L-appell tal-appellanti li, mingħajr lanqas ma jinkludi argumentazzjoni intiża speċifikament sabiex tidentifika l-iżball ta’ liġi li bih hija vvizzjata s-sentenza appellata, jillimita ruħu li jirriproduċi l-motivi u l-argumenti li diġà ġew ippreżentati quddiem il-Qorti Ġenerali, ma jissodisfax dan ir-rekwiżit. Fil-fatt, tali appell fil-verità jikkostitwixxi talba intiża sabiex jinkiseb sempliċi eżami mill-ġdid tar-rikors ippreżentat quddiem il-Qorti Ġenerali, u dan imur lil hinn mill-kompetenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, mill-Artikolu 225 KE, mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u mill-punt (ċ) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 112(1) tar-Regoli tal-Proċedura jirriżulta li appell għandu jindika b’mod preċiż l-elementi kkontestati tas-sentenza li qiegħed jintalab l-annullament tagħha kif ukoll ir-raġunijiet u l-argumenti ta’ dritt li jsostnu b’mod speċifiku din it-talba (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-<DATE ISO="20000704">4 ta’ Lulju 2000</DATE>, Bergaderm u Goupil vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-352/98 P" PAGE.ECR="I-5291" YEAR="2000">C-352/98 P, Ġabra p. I-5291</REF.DOC.ECR>, punt 34; tat-<DATE ISO="20020108">8 ta’ Jannar 2002</DATE>, Franza vs Monsanto u Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-248/99 P" PAGE.ECR="I-1" YEAR="2002">C-248/99 P, Ġabra p. I-1</REF.DOC.ECR>, punt 68, kif ukoll tal-<DATE ISO="20101014">14 ta’ Ottubru 2010</DATE>, Nuova Agricast u Cofra vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-67/09 P" PAGE.ECR="I-9811" YEAR="2010">C-67/09 P, Ġabra p. I-9811</REF.DOC.ECR>, punt 48).</TXT></NP><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward ikun suffiċjenti li jiġi kkonstatat li, għalkemm ċerti partijiet mill-argument żviluppat mill-appellanti, fil-kuntest tal-aggravji tagħhom, huma tabilħaqq neqsin mill-awsterità, dan l-argument, kollu kemm hu, jidher madankollu li huwa ċar biżżejjed sabiex ikunu jistgħu jiġu identifikati l-elementi kkontestati tas-sentenza appellata bil-preċiżjoni meħtieġa, kif ukoll l-argumenti legali invokati insostenn ta’ din<?PAGE NO="I-2040"?> il-kritika u, konsegwentement, jippermetti lill-Qorti tal-Ġustizzja twettaq l-istħarriġ tagħha dwar il-legalità.</TXT></NP><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kummissjoni sa fejn din tirrigwarda l-appell fl-intier tiegħu għandha tiġi miċħuda.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel aggravju</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>69</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel aggravju tagħhom, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali kisret il-Protokoll Nru 8 billi kkunsidrat li dan tal-aħħar jistabbilixxi fil-punt 6 tiegħu applikazzjoni retroattiva tad-dispożizzjonijiet tiegħu. La mit-termini, la mill-għan u lanqas mill-istruttura tal-imsemmi protokoll ma jirriżulta b’mod ċar li dan għandu jiġi attribwit portata retroattiva.</TXT></NP><NP><NO.P>70</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-appellanti jsostnu li, fir-realtà, il-Protokoll Nru 8 għandu l-għan li l-impriżi elenkati fl-Anness 1 tiegħu jkunu jistgħu jibbenefikaw minn għajnuna mill-Istat, f’ċerti limiti, bejn il-mument tal-iffirmar tiegħu fis-<DATE ISO="20030416">16 ta’ April 2003</DATE> sal-aħħar tas-sena tal-2003. L-uniku element ta’ retroattività identifikabbli fl-imsemmi protokoll hija r-riferiment għall-perijodu bejn l-1997 u sal-2003, li jikkonċerna kemm l-ammont totali tal-għajnuna li tista’ tingħata (punt 6 tal-Protokoll Nru 8) kif ukoll it-tnaqqis nett tal-kapaċità li għandha tasal għalih ir-Repubblika tal-Polonja (punt 7 tal-Protokoll Nru 8). Dan ifisser li l-kalkolu tal-għajnuna futura li tingħata lill-impriżi<?PAGE NO="I-2041"?> benefiċjarji sal-aħħar tas-sena tal-2003, għandu jsir mhux billi jitqies retroattivament li l-għajnuna ta’ qabel hija, skont il-każ, illegali, iżda billi jittieħdu inkunsiderazzjoni retrospettivament l-ammonti ta’ għajnuna li tkun diġà ngħatat.</TXT></NP><NP><NO.P>71</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-appellanti jinvokaw li, b’mod konformi mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (sentenzi tal-<DATE ISO="19790125">25 ta’ Jannar 1979</DATE>, Racke, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="98/78" PAGE.ECR="69" YEAR="1979">98/78, Ġabra p. 69</REF.DOC.ECR>; u Weingut Decker, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="99/78" PAGE.ECR="101" YEAR="1979">99/78, Ġabra p. 101</REF.DOC.ECR>; tad-<DATE ISO="19820519">19 ta’ Mejju 1982</DATE>, Staple Dairy Products, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="84/81" PAGE.ECR="1763" YEAR="1982">84/81, Ġabra p. 1763</REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<DATE ISO="20020924">24 ta’ Settembru 2002</DATE>, Falck u Acciaierie di Bolzano vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-74/00 P+C-75/00 P" PAGE.ECR="I-7869" YEAR="2002">C-74/00 P u C-75/00 P, Ġabra p. I-7869</REF.DOC.ECR>), bħala regola ġenerali, il-prinċipju taċ-ċertezza ta’ sitwazzjonijiet legali jipprekludi li l-portata <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> ta’ att Komunitarju tibda minn data qabel il-pubblikazzjoni tiegħu. Eċċezzjonalment, jista’ jkun hemm deroga minn tali prinċipju jekk din hija neċessarja sabiex jintlaħaq l-għan inkwistjoni u meta l-aspettattivi leġittimi tal-persuni interessati jkunu debitament osservati. Dan ifisser li, fin-nuqqas ta’ indikazzjoni kuntrarja, test tad-dritt Komunitarju huwa preżunt li ma għandux effett retroattiv.</TXT></NP><NP><NO.P>72</NO.P><TXT>Issa, f’dan il-każ, skont l-appellanti, huwa paċifiku li l-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE – Polonja adotta, fit-<DATE ISO="20021023">23 ta’ Ottubru 2002</DATE>, deċiżjoni li testendi bi tmien snin addizzjonali b’effett mill-<DATE ISO="19970101">1 ta’ Jannar 1997</DATE> il-perijodu ta’ eżenzjoni previst mill-Protokoll Nru 2. Din id-deċiżjoni tissuġġetta l-estensjoni għal żewġ kundizzjonijiet. Minn naħa, il-preżentazzjoni lill-Kummissjoni mir-Repubblika tal-Polonja ta’ programm ta’ ristrutturazzjoni u ta’ pjanijiet ta’ negozju, u min-naħa l-oħra, l-evalwazzjoni finali tagħhom mill-Kummissjoni (Artikoli 2 u 3 tad-deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni). L-Artikolu 3 ta’ din id-deċiżjoni jipprevedi, barra minn hekk, li l-Kummissjoni għandha tissorvelja f’intervalli regolari l-implementazzjoni tal-pjanijiet ta’ negozju f’isem il-Komunità, filwaqt li l-Uffiċċju Pollakk tal-kompetizzjoni u tal-protezzjoni tal-konsumaturi għandu jagħmel l-istess fir-rigward tar-Repubblika tal-Polonja.</TXT></NP><NP><NO.P>73</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-programm ta’ ristrutturazzjoni u l-pjanijiet ta’ negozju ppreżentati mir-Repubblika tal-Polonja kienu jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 8(4) tal-Protokoll Nru 2 u l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Protokoll Nru 8 u għaldaqstant, permezz tal-proposta tagħha, approvat l-evalwazzjoni finali tagħha u l-osservanza tal-obbligu meħud mir-Repubblika tal-Polonja fil-Protokoll Nru 8. Id-Deċiżjoni<?PAGE NO="I-2042"?> tal-Kunsill 2003/588 ġiet finalment adottata f’dan is-sens. Skont l-appellanti, il-Kummissjoni ttrattat fid-deċiżjoni inkwistjoni, l-għajnuna mill-Istat mogħtija bejn l-1997 u l-2002 taħt is-sistema ta’ eżenzjoni li kienet ġiet estiża bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/588 wara l-iffirmar tal-Protokoll Nru 8 li tagħmel riferiment għalih.</TXT></NP><NP><NO.P>74</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-punt 6 tal-Protokoll Nru 8 jipprevedi biss l-għajnuna futura għar-ristrutturazzjoni li tista’ tingħata lil impriżi benefiċjarji u ma jinkludi l-ebda riferiment espliċitu għal effett retroattiv eventwali. La mit-termini, la mill-għan u lanqas mill-istruttura tal-imsemmi protokoll ma jirriżulta b’mod ċar li dan għandu jiġi attribwit portata retroattiva.</TXT></NP><NP><NO.P>75</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-appellanti jsostnu li huwa paċifiku li l-awtoritajiet Pollakki pprevedew li jinkludu lil HCz fil-lista ta’ impriżi benefiċjarji elenkati fl-Anness 1 tal-Protokoll Nru 8 li jistgħu jibbenefikaw minn għajnuna mill-Istat fil-kuntest tal-programm ta’ ristrutturazzjoni tal-industrija Pollakka tal-azzar. Huma abbandunaw dik il-miżura fl-aħħar minuta peress li HCz kienet falliet u minn dakinhar il-vijabbiltà tagħha kienet ikkunsidrata bħala mhux wisq probabbli anki permezz ta’ għajnuna ġdida. Il-vijabbiltà ta’ HCz fil-mument meta twaqqaf il-kontenut tal-Protokoll Nru 8 kienet tikkostitwixxi wkoll l-uniku punt li kien jiddistingwiha minn tmien impriżi benefiċjarji.</TXT></NP><NP><NO.P>76</NO.P><TXT>Issa, mix-xahar ta’ April tal-2003, l-awtoritajiet Pollakki kienu pprevedew li jirristrutturaw lil HCz b’mod differenti mill-falliment. Il-Kummissjoni ma kinitx ħadet dan inkunsiderazzjoni fid-deċiżjoni inkwistjoni tagħha, minkejja li kienet taf b’dawn il-fatti, u għalhekk ittrattat żewġ kategoriji ta’ persuni li s-sitwazzjonijiet legali u fattwali tagħhom ma kinux jippreżentaw differenzi essenzjali – l-impriżi elenkati fl-Anness 1 tal-Protokoll Nru 8, minn naħa, u l-entità ekonomika li hija s-suċċessura ta’ HCz, min-naħa l-oħra, – b’mod radikalment differenti. Dan it-trattament differenti<?PAGE NO="I-2043"?> ta’ żewġ sitwazzjonijiet essenzjalment identiċi jikkostitwixxi wkoll ksur addizzjonali tal-Protokoll Nru 8.</TXT></NP><NP><NO.P>77</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-interpretazzjoni tal-Protokoll Nru 8 magħmula mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni inkwistjoni tikkostitwixxi ksur manifest ta’ dak it-test Komunitarju. Il-Qorti Ġenerali, billi ma ssanzjonatx dak il-ksur, min-naħa tagħha, kisret id-dritt Komunitarju.</TXT></NP><NP><NO.P>78</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni, qabel kollox issostni li l-ewwel aggravju huwa parzjalment inammissibbli għal żewġ raġunijiet. Minn naħa, l-appellanti invokaw il-proposta tal-Kummissjoni u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/588 fil-kuntest tal-imsemmi aggravju meta dak il-punt kien ġie eżaminat mill-Qorti Ġenerali taħt il-motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi. Għaldaqstant, l-appellanti jqajmu, għall-ewwel darba, quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja aggravju u argumenti li ma kinux qajmu quddiem il-Qorti Ġenerali b’tali mod li dik il-parti tal-aggravju għandha tiġi ddikjarata inammissibbli.</TXT></NP><NP><NO.P>79</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-argument ibbażat fuq trattament differenti ta’ żewġ sitwazzjonijiet essenzjalment identiċi u li għalhekk jwassal għal ksur tal-Protokoll Nru 8, dan kien ġdid fis-sens li ma kienx ġie invokat mill-appellanti fil-Kawża T-297/06, fil-kuntest tal-motiv ibbażat fuq l-allegat ksur tal-Protokoll Nru 8. Huma biss l-appellanti fil-Kawża T-273/06 li invokaw allegat ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali fl-applikazzjoni tal-Protokoll Nru 8. Konsegwentement, dik il-parti tal-ewwel aggravju għandha wkoll tiġi ddikjarata li hija inammissibbli.</TXT></NP><NP><NO.P>80</NO.P><TXT>F’dak li jikkonċerna l-mertu, il-Kummissjoni sussegwentement tikkonferma li hija tikkondividi l-qari magħmul mill-Qorti Ġenerali, li l-għan tal-Protokoll Nru 8 kien li jistabbilixxi sistema komprensiva għall-kontroll tal-għajnuna maħsuba għar-ristrutturazzjoni tal-industrija Pollakka tal-azzar. Skont din, il-kliem stess tal-punt 6<?PAGE NO="I-2044"?> tal-imsemmi protokoll jindika effett retroattiv peress li l-perijodu kollu kkunsidrat, jiġifieri mis-sena 1997 sal-2003, jiġi qabel id-data tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Polonja mal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>81</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Kummissjoni tikkontesta l-argument tal-appellanti, li r-riferiment għal dak il-perijodu jfisser fir-realtà li l-kontroll tal-għajnuna qabel l-adeżjoni kien limitat għal dik mogħtija bejn ix-xahar ta’ Settembru u ta’ Diċembru tal-2003. Għaldaqstant, skont il-Kummissjoni r-raġunament tal-Qorti Ġenerali fil-punti 93 sa 97 tas-sentenza appellata ġustament ħa inkunsiderazzjoni t-termini, l-għan u l-istruttura tal-Protokoll Nru 8 u ġustament laqa’ l-konklużjonijiet tagħha fir-rigward tal-effett retroattiv.</TXT></NP><NP><NO.P>82</NO.P><TXT>Finalment, il-Kummissjoni tikkunsidra l-argumenti mressqa mill-appellanti bħala, fi kwalunkwe każ, infondati sa fejn dawn l-argumenti jidhru li jikkontestaw fir-realtà l-esklużjoni ta’ HCz mil-lista ta’ impriżi benefiċjarji elenkati fl-Anness 1 tal-Protokoll Nru 8 u mhux kwalunkwe ksur tal-imsemmi protokoll. Issa, huwa manifest li l-kuntest tar-rikors għal annullament li ġie ppreżentat quddiem il-Qorti Ġenerali jillimita ruħu għal stħarriġ tal-legalità tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni u ma jippermettix li tiġi mistħarrġa l-legalità ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt primarju bħal dawk tal-Protokoll Nru 8.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Fuq l-ammissibbiltà</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>83</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-ilment ta’ inammissibbiltà mqajjem mill-Kummissjoni u bbażat fuq in-natura ġdida tal-aggravju invokat, jeħtieġ li jiġi kkonstatat li jirriżulta minn ġurisprudenza stabbilita li fil-fatt, jekk parti titħalla tqajjem għall-ewwel darba<?PAGE NO="I-2045"?> quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja aggravju li hija ma tkunx invokat quddiem il-Qorti tal-Ġenerali, dik il-parti tkun qiegħda titħalla tressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, li l-kompetenza tagħha fejn jidħol appell hija limitata, kawża iktar estiża minn dik imressqa quddiem il-Qorti Ġenerali. Fil-kuntest ta’ appell, il-kompetenza tal-Qorti tal-Ġustizzja hija għalhekk limitata għall-evalwazzjoni tas-soluzzjoni legali li ngħatat għall-motivi diskussi quddiem il-qrati tal-ewwel istanza (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-<DATE ISO="20041111">11 ta’ Novembru 2004</DATE>, Ramondín <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-186/02 P+C-188/02 P" PAGE.ECR="I-10653" YEAR="2004">C-186/02 P u C-188/02 P, Ġabra p. I-10653</REF.DOC.ECR>, punt 60, kif ukoll tas-<DATE ISO="20061026">26 ta’ Ottubru 2006</DATE>, Koninklijke Coöperatie Cosun vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-68/05 P" PAGE.ECR="I-10367" YEAR="2006">C-68/05 P, Ġabra p. I-10367</REF.DOC.ECR>, punt 96).</TXT></NP><NP><NO.P>84</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hemm lok madankollu li jiġi kkonstatat li l-appellanti, b’mod kuntrarju għall-allegazzjonijiet tal-Kummissjoni, ma jqajmux aggravju ġdid quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja iżda sempliċi argument li jaqa’ taħt il-motiv ibbażat fuq ksur tal-Protokoll Nru 8 u li diġà ġie diskuss quddiem il-Qorti Ġenerali. Fil-fatt, huma jirreferu għal dokumenti ċċitati mill-Kummissjoni bil-għan li jsostnu l-ksur tal-Protokoll Nru 8 iżda ma jintroduċu l-ebda allegazzjoni ġdida mill-perspettiva legali. Għaldaqstant, l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kummissjoni u bbażata fuq in-natura ġdida ta’ aggravju mressaq mill-appellanti ma tistax tintlaqa’.</TXT></NP><NP><NO.P>85</NO.P><TXT>F’dak li jikkonċerna l-ilment ta’ inammissibbiltà mqajjem mill-Kummissjoni u bbażat fuq il-fatt li l-argument li jirrigwarda trattament differenti ta’ żewġ sitwazzjonijiet essenzjalment identiċi, invokat mill-appellanti fil-Kawża T-297/06, kien ġdid fis-sens li ma ġiex invokat minn din tal-aħħar fl-ewwel istanza iżda biss mill-appellanti fil-Kawża T-273/06, ikun suffiċjenti li jiġi kkonstatat li, peress li parti għandha tkun tista’ tikkontesta l-motivi kollha ta’ sentenza li jikkawżalha preġudizzju, meta l-Qorti Ġenerali tkun għaqdet żewġ kawżi flimkien u tkun tat sentenza waħda li tindirizza l-motivi kollha ppreżentati mill-partijiet fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali, kull waħda minnhom tista’ tikkritika r-raġunamenti li jikkonċernaw il-motivi li kienu tqajmu quddiem il-Qorti Ġenerali minn rikorrent wieħed fil-kawża magħquda l-oħra (ara s-sentenzi tad-<DATE ISO="20071129">29 ta’ Novembru 2007</DATE>, Stadtwerke Schwäbisch Hall <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, C-176/06 P, punt 17, kif ukoll, b’analoġija, tal-<DATE ISO="20080221">21 ta’ Frar 2008</DATE>, Il-Kummissjoni vs Girardot, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-348/06 P" PAGE.ECR="I-833" YEAR="2008">C-348/06 P, Ġabra p. I-833</REF.DOC.ECR>, punt 50).</TXT></NP><?PAGE NO="I-2046"?><NP><NO.P>86</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kummissjoni u bbażata fuq in-natura ġdida ta’ aggravju invokat mill-appellanti ma tistax tintlaqa’.</TXT></NP><NP><NO.P>87</NO.P><TXT>Minn dak kollu li ntqal iktar ’il fuq jirriżulta li l-ewwel aggravju tal-appell huwa ammissibbli.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Fuq il-mertu</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>88</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-fondatezza ta’ dak l-aggravju, jeħtieġ li jiġi eżaminat jekk il-Qorti Ġenerali kisritx il-Protokoll Nru 8 billi kkunsidrat fis-sentenza appellata li l-kompetenza tal-Kummissjoni li tistħarreġ l-osservanza tar-regoli Komunitarji fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat matul il-perijodu ta’ qabel l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Polonja fl-Unjoni hija bbażata fuq dak il-protokoll u tirrigwarda l-għajnuna mogħtija matul il-perijodu kollu previst fil-punt 6 tal-imsemmi protokoll, jiġifieri mill-1997 sal-2003 u mhux, kif isostnu l-appellanti, esklużivament bejn il-mument tal-pubblikazzjoni tiegħu, it-<DATE ISO="20030923">23 ta’ Settembru 2003</DATE>, u l-<DATE ISO="20031231">31 ta’ Diċembru 2003</DATE> peress li huma jikkontestaw l-effett retroattiv tal-Protokoll Nru 8.</TXT></NP><NP><NO.P>89</NO.P><TXT>Jeħtieġ li jitfakkar, f’dan ir-rigward, li l-Qorti Ġenerali waslet għal dik il-konklużjoni wara li eżaminat, fil-punti 89 sa 97 tas-sentenza appellata, il-portata tal-Protokoll Nru 8.</TXT></NP><NP><NO.P>90</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ dik l-analiżi, il-Qorti Ġenerali qabel kollox enfasizzat, fil-punt 90 tas-sentenza appellata, li, fir-rigward tal-applikabbilità <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> ta’ regoli Komunitarji fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat, huwa paċifiku li, fil-prinċipju, l-Artikoli 87 KE u 88 KE ma japplikawx għal għajnuna mogħtija qabel l-adeżjoni li ma tibqax applikabbli wara l-adeżjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="I-2047"?><NP><NO.P>91</NO.P><TXT>Sussegwentement, il-Qorti Ġenerali tikkonstata, fil-punt 91 tas-sentenza appellata, li s-sistema prevista fil-Protokoll Nru 8 hija differenti f’diversi aspetti mis-sistema ġenerali prevista mit-Trattat u mill-Anness IV tal-Att tal-Adeżjoni. Il-Qorti Ġenerali ddeċidiet f’dan ir-rigward li, skont il-punt 1 tal-Protokoll Nru 8, ċerta għajnuna mill-Istat mogħtija mir-Repubblika tal-Polonja għar-ristrutturazzjoni ta’ setturi speċifiċi tal-industrija tal-azzar Pollakki, li ma hijiex normalment ammissibbli skont l-Artikoli 87 KE u 88 KE, hija meqjusa bħala kompatibbli mas-suq komuni. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali tirrileva li l-mekkaniżmu ta’ tranżizzjoni pprovdut fl-Anness IV tat-Trattat tal-Adeżjoni jirrigwarda biss għajnuna mill-Istat mogħtija qabel l-adeżjoni li baqgħet applikabbli wara d-data tal-adeżjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>92</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali tfakkar ukoll, fil-punti 93 u 94 tas-sentenza appellata, li l-Protokoll Nru 8 jirreferi għal għajnuna mogħtija matul il-perijodu ta’ bejn l-1997 u l-2003, u għalhekk għal perijodu li jiġi qabel l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Polonja fl-Unjoni. Dak il-protokoll jawtorizza ammont limitat ta’ għajnuna għar-ristrutturazzjoni (PLN <FT TYPE="NUMBER">3387070000</FT>), mogħtija għall-imsemmi perijodu lil ċerti impriżi elenkati fl-Anness 1 tiegħu, u jipprevedi li ma għandha tingħata l-ebda għajnuna oħra mir-Repubblika tal-Polonja għar-ristrutturazzjoni tal-industrija Pollakka tal-azzar. Isegwi, skont il-Qorti Ġenerali, li l-applikazzjoni retroattiva tal-Protokoll Nru 8 hija stabbilita fil-punt 6 tiegħu li jirrigwarda l-perijodu ta’ bejn l-1997 u l-2003.</TXT></NP><NP><NO.P>93</NO.P><TXT>Finalment, il-Qorti Ġenerali, fil-punt 95 tas-sentenza appellata, tiċħad l-argument tar-rikorrenti li, peress li, fil-mument tal-pubblikazzjoni tal-Protokoll Nru 8 fix-xahar ta’Settembru 2003, dak il-perijodu kien kważi skada, ir-riferiment tal-Protokoll Nru 8 għall-perijodu ta’ bejn l-1997 u l-2003 ifisser biss li l-kalkolu tal-għajnuna futura għandu jsir billi jittieħdu inkunsiderazzjoni retrospettivament l-ammonti tal-għajnuna diġà mogħtija, iżda mhux billi tittieħed inkunsiderazzjoni b’mod retroattiv l-għajnuna ddikjarata illegali.</TXT></NP><?PAGE NO="I-2048"?><NP><NO.P>94</NO.P><TXT>Barra minn hekk hija tenfasizza, kuntrarjament, li l-għan tal-Protokoll Nru 8 kien li tiġi stabbilita sistema komprensiva għall-awtorizzazzjoni tal-għajnuna intiża għar-ristrutturazzjoni tal-industrija Pollakka tal-azzar u mhux biss li tiġi evitata l-akkumulazzjoni tal-għajnuna minn impriżi benefiċjarji. (ara l-punt 96 tas-sentenza appellata).</TXT></NP><NP><NO.P>95</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawk il-konstatazzjonijiet, il-Qorti Ġenerali ċaħdet, fil-punti 97 u 104 tas-sentenza appellata, kull ksur tal-Protokoll Nru 8, meta ddeċidiet li dan kien jirrapreżenta <HT TYPE="ITALIC">lex specialis</HT> meta mqabbel mal-Anness IV tal-Att tal-Adeżjoni u mal-Artikoli 87 KE u 88 KE, li jestendi l-istħarriġ tal-għajnuna mill-Istat imwettaq mill-Kummissjoni skont it-Trattat fil-konfront ta’ għajnuna mogħtija favur l-organizzazzjoni mill-ġdid tal-industrija tal-azzar matul il-perijodu bejn l-1997 u l-2003 u ċaħdet ukoll dak il-motiv.</TXT></NP><NP><NO.P>96</NO.P><TXT>B’mod kuntrarju għal dak li jsostnu l-appellanti, il-Qorti Ġenerali ma kisritx l-imsemmi protokoll billi waslet għal tali konklużjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>97</NO.P><TXT>Fil-fatt, għandu jiġi kkonstatat li l-Qorti Ġenerali ġustament irrilevat, fil-punti 93 u 94 tas-sentenza appellata, li l-Protokoll Nru 8 jipprevedi huwa stess fil-punt 6 tiegħu li huwa japplika għall-perijodu li jkopri s-snin 1997 sal-2003, il-perijodu ta’ qabel id-data tal-adeżjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>98</NO.P><TXT>Ċertament jirriżulta minn ġurisprudenza stabbilita li, bil-għan li tiġi żgurata l-osservanza tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, ir-regoli sostantivi Komunitarji għandhom jiġu interpretati bħala li japplikaw għal sitwazzjonijiet eżistenti qabel id-dħul fis-seħħ tagħhom biss sa fejn mit-termini, mill-għanijiet jew mill-istruttura tagħhom jirriżulta b’mod ċar li dawn għandhom jingħataw tali effett (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-<DATE ISO="19820210">10 ta’ Frar 1982</DATE>, Bout, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="21/81" PAGE.ECR="381" YEAR="1982">21/81, Ġabra p. 381</REF.DOC.ECR>, punt 13; u tal-<DATE ISO="19930715">15 ta’ Lulju 1993</DATE>, GruSa Fleisch, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-34/92" PAGE.ECR="I-4147" YEAR="1993">C-34/92, Ġabra p. I-4147</REF.DOC.ECR>, punt 22, tad-<DATE ISO="20020129">29 ta’ Jannar 2002</DATE>, Pokrzeptowicz-Meyer, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-162/00" PAGE.ECR="I-1049" YEAR="2002">C-162/00, Ġabra<?PAGE NO="I-2049"?> p. I-1049</REF.DOC.ECR>, punt 49, u tat-<DATE ISO="20091112">12 ta’ Novembru 2009</DATE>, Elektrownia Pątnów II, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-441/08" PAGE.ECR="I-10799" YEAR="2009">C-441/08, Ġabra p. I-10799</REF.DOC.ECR>, punt 33).</TXT></NP><NP><NO.P>99</NO.P><TXT>Issa, peress li l-Protokoll Nru 8 daħal fis-seħħ fl-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE>, b’mod kuntrarju għal kuntesti fattwali u legali fil-kawżi ċċitati insostenn tal-argument ippreżentat mill-appellanti, għandu jiġi kkonstatat li jirriżulta b’mod ċar mit-termini tal-Protokoll Nru 8 li huwa jipprevedi effett retroattiv billi jistabbilixxi b’mod espliċitu perijodu li kien skada totalment fil-mument tad-dħul fis-seħħ tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>100</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-għan u l-istruttura tal-Protokoll Nru 8, b’mod kuntrarju għal dak li jallegaw l-appellanti, hemm lok li jiġi kkonstatat li, peress li l-Artikoli 87 KE u 88 KE ma japplikawx għal għajnuna mogħtija qabel l-adeżjoni li ma tkunx għadha applikabbli wara l-adeżjoni u bil-għan li jiġi segwit l-għan ta’ projbizzjoni fil-prinċipju ta’ kull għajnuna mill-Istat bl-eċċezzjoni ta’ derogi previsti b’mod espliċitu, għan li diġà ġie definit fil-protokoll Nru 2, l-istabbiliment ta’ sistema li tippermetti lill-Kummissjoni teżerċita kontroll ta’ għajnuna mill-Istat skont it-Trattat fuq kull għajnuna mogħtija għar-ristrutturazzjoni tal-industrija Pollakka tal-azzar fis-snin 1997 sal-2006 kienet il-konsegwenza loġika tal-kontinwità materjali bejn il-Ftehim Ewropew u t-Trattat f’dak li jikkonċerna l-għajnuna mill-Istat, li tesprimi, barra minn hekk, l-għan tal-applikazzjoni ta’ sistema waħda ta’ kontroll qabel u wara l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Polonja mal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>101</NO.P><TXT>L-għan tal-Protokoll Nru 8 għaldaqstant kien, kif ġustament ikkonstatat il-Qorti Ġenerali, li tiġi stabbilita sistema komprensiva għall-awtorizzazzjoni tal-għajnuna intiża għar-ristrutturazzjoni tal-industrija Pollakka tal-azzar u mhux biss li tiġi evitata l-akkumulazzjoni tal-għajnuna minn impriżi benefiċjarji.</TXT></NP><?PAGE NO="I-2050"?><NP><NO.P>102</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-Qorti Ġenerali, ġustament, ċaħdet l-argument tar-rikorrenti li l-Protokoll Nru 8 għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jirrigwarda biss il-perijodu ta’ bejn il-pubblikazzjoni tiegħu fix-xahar ta’ Settembru tal-2003, u l-aħħar tas-sena 2003 u li, għaldaqstant, il-kalkolu tal-għajnuna futura li tingħata lil impriżi benefiċjarji sas-sena 2003 għandu jsir mhux b’kunsiderazzjoni retroattiva tal-għajnuna ddikjarata illegali, iżda b’kunsiderazzjoni retrospettivament tal-ammonti ta’ għajnuna li diġà ngħataw.</TXT></NP><NP><NO.P>103</NO.P><TXT>Isegwi wkoll li l-Qorti Ġenerali ġustament ikkonstatat li l-Protokoll Nru 8 jirrappreżenta <HT TYPE="ITALIC">lex specialis</HT> li estendiet l-kompetenza tal-Kummissjoni li tistħarreġ l-għajnuna mogħtija favur ir-ristrutturazzjoni tal-industrija Pollakka tal-azzar matul il-perijodu bejn l-1997 sal-2003.</TXT></NP><NP><NO.P>104</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-argument tal-appellanti li jirriżulta kemm mill-proposta tal-Kummissjoni kif ukoll mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/588 li, mill-avviż ta’ dawk l-istituzzjonijiet, l-obbligi meħuda fil-Protokoll Nru 8 kienu ġew osservati, ikun suffiċjenti li jiġi kkonstatat li att sekondarju tad-dritt tal-Unjoni ma jistax jidderoga minn jew jimmodifika att tad-dritt primarju, anki jekk dan jiġi adottat warajh.</TXT></NP><NP><NO.P>105</NO.P><TXT>Finalment, f’dak li jirrigwarda l-argument tal-appellanti bbażat fuq differenza fit-trattament sa fejn dawn isostnu li HCz kellha tiġi inkluża fil-lista ta’ impriżi benefiċjarji elenkati fl-Anness 1 tal-Protokoll Nru 8, ikun suffiċjenti li jiġi kkonstatat li l-appellanti, billi jikkontestaw fir-realtà l-esklużjoni ta’ HCz minn dik il-lista, jikkontestaw il-Protokoll Nru 8 li jifforma parti integrali mit-Trattat u li għandu, għaldaqstant, il-kwalità ta’ dritt primarju. Issa, fil-kuntest ta’ appell, il-Qorti tal-Ġustizzja tillimita ruħha għal stħarriġ tal-legalità tas-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali li ma tippermettix li tiġi kkontestata l-legalità ta’ dispożizzjoni tad-dritt primarju.</TXT></NP><?PAGE NO="I-2051"?><NP><NO.P>106</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, il-Qorti Ġenerali ġustament ikkunsidrat li ma kienx hemm ksur tal-Protokoll Nru 8 u għaldaqstant l-ewwel aggravju għandu jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni aggravju</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>107</NO.P><TXT>Permezz ta’ dan l-aggravju, l-appellanti jsostnu li l-proċeduri previsti mill-Protokoll Nru 2 li permezz tagħhom l-għajnuna inkwistjoni ġiet ikkomunikata kemm lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Kunsill, nisslet fihom aspettattivi leġittimi.</TXT></NP><NP><NO.P>108</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-appellanti jfakkru li huwa stabbilit li l-Kummissjoni saret taf li HCz kienet irċeviet għajnuna mill-Istat meta hija evalwat il-verżjonijiet suċċessivi tal-programm ta’ ristruttura Pollakk. Il-proposta tal-Kummissjoni ġiet ippubblikata fis-<DATE ISO="20030526">26 ta’ Mejju 2003</DATE>. Anki li kieku jiġi ammess li l-espożizzjoni tal-motivi ta’ dik il-proposta ma tistax toħloq aspettattivi leġittimi fir-rigward tal-appellanti, dawn tal-aħħar jenfasizzaw li l-Kummissjoni ġiet madankollu informata bl-għajnuna kkontestata.</TXT></NP><NP><NO.P>109</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-appellanti jsostnu li, peress li d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/588 ġiet adottata abbażi tal-proposta mill-Kummissjoni u li dik id-deċiżjoni tikkonstata li l-għajnuna inkwistjoni tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ eżenzjoni previsti fl-Artikolu 8(4) tal-Protokoll Nru 2, u fin-nuqqas ta’ proċeduri formali ddikajarati fl-Artikolu 88 KE<?PAGE NO="I-2052"?> bħala inapplikabbli għar-Repubblika tal-Polonja f’dak iż-żmien, il-proċedura segwita mill-Kummissjoni u mill-Kunsill f’dan il-każ kienet tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti mill-ġurisprudenza fil-qasam tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi.</TXT></NP><NP><NO.P>110</NO.P><TXT>L-appellanti billi jinvokaw, f’dan ir-rigward, is-sentenzi tal-Qorti Ġenerali tas-<DATE ISO="19900327">27 ta’ Marzu 1990</DATE>, Chomel vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-123/89" PAGE.ECR="II-131" YEAR="1990">T-123/89, Ġabra p. II-131</REF.DOC.ECR>), u tal-<DATE ISO="19980331">31 ta’ Marzu 1998</DATE>, Preussag Stahl vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-129/96" PAGE.ECR="II-609" YEAR="1998">T-129/96, Ġabra p. II-609</REF.DOC.ECR>), jenfasizzaw li l-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi tkopri lil kull persuna li tkun tinsab f’sitwazzjoni li minnha jirriżulta li l-amministrazzjoni Komunitarja ħolqot fiha speranzi fondati.</TXT></NP><NP><NO.P>111</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-appellanti jfakkru li d-dritt li tintalab il-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi tippreżupponi l-għaqda ta’ tliet kundizzjonijiet, jiġifieri assigurazzjonijiet preċiżi mogħtija lill-persuna kkonċernata mill-amministrazzjoni Komunitarja ta’ natura li joħolqu aspettattiva leġittima fil-persuna li tkun indirizzata minnhom u b’mod konformi mar-regoli applikabbli.</TXT></NP><NP><NO.P>112</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali ppreċiżat li tikkostitwixxi assigurazzjoni preċiża, indipendentement mill-forma li taħtha tiġi kkomunikata, informazzjoni preċiża, inkundizzjonata u konsistenti u li toriġina minn sorsi awtorizzati u affidabbli (sentenzi tas-<DATE ISO="19990706">6 ta’ Lulju 1999</DATE>, Forvass vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-203/97" PAGE.ECR="I-A-129" YEAR="1999">T-203/97, ĠabraFP p. I-A-129 u II-705</REF.DOC.ECR>, punti 70 u 71, kif ukoll tad-<DATE ISO="20030319">19 ta’ Marzu 2003</DATE>, Innova Privat-Akademie vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-273/01" PAGE.ECR="II-1093" YEAR="2003">T-273/01, Ġabra p. II-1093</REF.DOC.ECR>, punti 26, 28, 29 u 32).</TXT></NP><NP><NO.P>113</NO.P><TXT>Billi japplikaw dik il-ġurisprudenza għall-proposta tal-Kummissjoni, l-appellanti jikkonkludu li l-punt 6 tal-espożizzjoni tal-motivi tal-proposta kien ipprovdihom b’assigurazzjonijiet preċiżi, li dawk l-assigurazzjonijiet kienu ta’ natura li joħolqu aspettattivi leġittimi fihom u kienu konformi mar-regoli applikabbli. It-tliet kundizzjonijiet rikjesti sabiex l-appellanti jinvokaw l-aspettattivi leġittimi li l-għajnuna rċevuta ma kinitx illegali u lanqas għaldaqstant suġġetta għal rimbors, kienu konsegwentement sodisfatti. Barra minn hekk, l-artikolu uniku tad-Deċiżjoni<?PAGE NO="I-2053"?> tal-Kunsill 2003/588 kien ta’ natura li joħloq fl-appellanti l-assigurazzjoni li l-programm ta’ ristrutturazzjoni kien konformi mal-Ftehim Ewropew, u konsegwentement, li l-għajnuna inkluża fl-imsemmi programm kienet legali.</TXT></NP><NP><NO.P>114</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni, billi tirreferi għas-sentenza Alcan Deutschland, iċċitata iktar ’il fuq, tenfasizza li, fil-fatt, il-proposta tagħha, bħad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/588, tadotta bħala punt tat-tluq il-programm ta’ ristrutturazzjoni u l-pjanijiet ta’ negozju ppreżentati mir-Repubblika tal-Polonja. Il-likwidazzjonji ta’ HCz kienet prevista fiha iżda ma kien fiha l-ebda pjan ta’ negozju għaliha. Għaldaqstant, la l-Kummissjoni u lanqas il-Kunsill ma setgħu jagħtu assigurazzjonijiet preċiżi fir-rigward speċifikament ta’ għajnuna mogħtija lil HCz peress li dik l-impriża ma kinitx imsemmija.</TXT></NP><NP><NO.P>115</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Kummissjoni ssostni li l-appellanti ma jikkontestawx il-konstatazzjonijiet imwettqa mill-Qorti Ġenerali fil-punt 138 tas-sentenza appellata, li l-pjan ta’ negozju ta’ HCz ma kienx ġie sottomess lill-Kummssjoni u li huwa ma setax, għaldaqstant, ikun previst mill-approvazzjoni li tinsab fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/588. Issa, il-Qorti Ġenerali bbażat ruħha fuq dik il-konstatazzjoni. Din kienet konstatazzjoni ta’ fatt li l-appellanti ma kkontestawx, u li barra minn hekk ma jistgħux jikkontestaw fl-appell.</TXT></NP><NP><NO.P>116</NO.P><TXT>Għaldaqstant skont il-Kummissjoni, il-motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi għandu jiġi miċħud. La d-dispożittiv tal-proposta tal-Kummissjoni, la dak tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/588, u lanqas it-tielet premessa tal-espożizzjoni tal-motivi tal-proposta tal-Kummissjoni ma jistgħu joħolqu xi aspettattivi leġittimi f’konformità mal-Protokoll Nru 8 ta’ pjanijiet ta’ negozju li ma ġewx ippreżenati quddiem il-Kummissjoni u li ma jistgħux għaldaqstant, ikunu previsti f’dawk it-testi.</TXT></NP><?PAGE NO="I-2054"?><NP><NO.P>117</NO.P><TXT>Finalment, il-Kummissjoni tfakkar li l-Qorti Ġenerali ddeċidiet fil-punt 139 tas-sentenza appellata li peress li d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/588 ma tinkludix il-kunsiderazzjonijiet magħmula mill-Kummissjoni fil-proposta tagħha, li jipprovdu li l-estensjoni tad-deroga pprovduta fl-Artikolu 8(4) tal-protokoll Nru 2 kellha l-effett li tirregolarizza retroattivament l-għajnuna kollha li ngħatat illegalment wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim Ewropew, għandu jiġi kkonstatat li dawn it-termini ma jinsabux fl-att finalment adottat mill-Kunsill. Għaldaqstant, sempliċi proposta tal-Kummissjoni ma tistax toħloq aspettattivi leġittimi fl-appellanti.</TXT></NP><NP><NO.P>118</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Kummissjoni tenfasizza li, barra minn hekk, il-kwistjoni tidher li hija purament akkademika, peress li l-appellanti ma jqajmu l-ebda kritika fil-konfront tal-punt 139 tas-sentenza appellata.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>119</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni aggravju tagħhom, l-appellanti essenzjalment jsostnu li l-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi sa fejn hija ma kkonstatax li l-għajnuna inkwistjoni kienet ġiet ikkomunikata, fil-kuntest tal-proċeduri tal-Protokoll Nru 2, kemm lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Kunsill, u dan ħoloq aspettattivi leġittimi fl-appellanti. Barra minn hekk, l-espożizzjoni tal-motivi tal-proposta mill-Kummissjoni għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/588 u l-Artikolu uniku tal-imsemmija deċiżjoni kienu ta’ natura li joħolqu, fl-appellanti, l-aspettattivi leġittimi li l-għajnuna inkwistjoni kienet regolari u li l-programm ta’ ristrutturazzjoni kien legali.</TXT></NP><NP><NO.P>120</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, jeħtieġ li jiġi rrilevat li l-Qorti Ġenerali waslet għal konklużjoni tagħha wara li stħarrġet, fil-punti 135sa 139 tas-sentenza appellata, l-oriġini ta’ diversi atti li jipprevedu l-għajnuna inkwistjoni b’mod dirett jew indirett. Sussegwenetment, il-Qorti Ġenerali kkonstatat li, minn naħa, il-pjan ta’ negozju ta’ HCz ma ġiex<?PAGE NO="I-2055"?> sottomess quddiem il-Kummissjoni u ma huwiex għaldaqstant previst fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/588 u li, min-naħa l-oħra, dik id-deċiżjoni, b’mod kuntrarju għall-espożizzjoni tal-motivi tal-proposta mill-Kummissjoni, ma tipprevedix li l-estensjoni tad-deroga prevista fl-Artikolu 8(4) tal-Protokoll Nru 2 kellha bħala effett li tirregolarizza b’mod retroattiv l-għajnuna li ngħatat illegalment wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim Ewropew.</TXT></NP><NP><NO.P>121</NO.P><TXT>F’dak ir-rigward, fl-ewwel lok, jeħtieġ li jiġi enfasizzat li, l-argument tal-appellanti, li l-Kummissjoni ġiet informata bl-eżistenza tal-għajnuna inkwistjoni huwa totalment irrilevanti. Peress li l-pjan ta’ negozju ta’ HCz ma ġiex sottomess lill-Kummissjoni fil-kuntest ta’ proċeduri previsti b’mod espliċitu għal dan il-għan, jiġifieri l-programm ta’ ristrutturazzjoni tal-industrija Pollakka tal-azzar, il-konstatazzjoni tal-Qorti Ġenerali ma ġietx barra minn hekk ikkontestata mill-appellanti, u, minħabba li l-likwidazzjoni ta’ HCz kienet espressament prevista fih, HCz ma setgħetx tkun legalment koperta mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/588.</TXT></NP><NP><NO.P>122</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jitfakkar li skont ġurisprudenza stabbilita sew, il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi jagħmel parti mill-prinċipji fundamentali tal-Unjoni (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal-<DATE ISO="19810505">5 ta’ Mejju 1981</DATE>, Dürbeck, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="112/80" PAGE.ECR="1095" YEAR="1981">112/80, Ġabra p. 1095</REF.DOC.ECR>, punt 48).</TXT></NP><NP><NO.P>123</NO.P><TXT>Jirriżulta wkoll mill-ġurisprudenza li kull individwu għandu d-dritt jinvoka l-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi meta jinsab f’sitwazzjoni li minnha jirriżulta li l-amministrazzjoni Komunitarja, billi pprovdietu b’assigurazzjonijiet preċiżi, ħolqot f’dan ir-rigward aspettattivi fondati (sentenzi tas-<DATE ISO="19871216">16 ta’ Diċembru 1987</DATE>, Delauche vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="111/86" PAGE.ECR="5345" YEAR="1987">111/86, Ġabra p. 5345</REF.DOC.ECR>, punt 24; tal-<DATE ISO="20000525">25 ta’ Mejju 2000</DATE>, Kögler vs Il-Qorti tal-Ġustizzja, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-82/98 P" PAGE.ECR="I-3855" YEAR="2000">C-82/98 P. Ġabra p. I-3855</REF.DOC.ECR>, punt 33, kif ukoll tat-<DATE ISO="20060622">22 ta’ Ġunju 2006</DATE>, Belgique u Forum 187 vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-182/03+C-217/03" PAGE.ECR="I-5479" YEAR="2006">C-182/03 u C-217/03, Ġabra p. I-5479</REF.DOC.ECR>, punt 147). L-assigurazzjonijiet mogħtija għandhom, barra minn hekk, ikunu konformi mar-regoli applikabbli (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<DATE ISO="19850620">20 ta’ Ġunju 1985</DATE>, Pauvert vs Il-Qorti tal-Awdituri, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="228/84" PAGE.ECR="1969" YEAR="1985">228/84, Ġabra p. 1969</REF.DOC.ECR>, punti 14<?PAGE NO="I-2056"?> u 15, kif ukoll tas-<DATE ISO="19860206">6 ta’ Frar 1986</DATE>, Vlachou vs Il-Qorti tal-Awdituri, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="162/84" PAGE.ECR="481" YEAR="1986">162/84, Ġabra p. 481</REF.DOC.ECR>, punt 6).</TXT></NP><NP><NO.P>124</NO.P><TXT>Issa, huwa suffiċjenti li jiġi kkonstatat li, fir-rigward tal-kundizzjoni tal-assigurazzjonijiet preċiżi, b’mod kuntrarju għal dak li jallegaw l-appellanti, proposta għal deċiżjoni mill-Kummissjoni sottomessa lill-Kunsill ma tistax toħloq aspettattiva leġittima kwalunkwe dwar il-konformità tal-għajnuna inkwistjoni mar-regoli tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>125</NO.P><TXT>Fil-fatt, billi ma tirrepetix it-termini tal-espożizzjoni tal-motivi tal-proposta tal-Kummissjoni, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/588 ma setgħetx tagħti lok għal aspettattiva leġittima fir-rigward tar-regolarità tal-għajnuna favur kumpannija li l-pjan ta’ negozju tagħha ma ġiex sottomess lill-Kummissjoni u li ma setax għaldaqstant ikun previst fl-imsemmija deċiżjoni. Għalhekk, l-abbandun tal-imsemmija termini kellu jirrileva lill-appellanti t-tibdil fil-pożizzjoni tal-leġiżlatur tal-Unjoni fil-kuntest ta’ tali regolarizzazzjoni tal-għajnuna.</TXT></NP><NP><NO.P>126</NO.P><TXT>Isegwi li f’dan il-każ il-kundizzjoni ta’ assigurazzjonijiet preċiżi rikjesti sabiex jiġi stabbilit ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi ma ġietx sodisfatta. Għaldaqstant, ma hemmx lok li jiġu vverifikati l-kundizzjonijiet l-oħra, peress li dawk huma kumulattivi.</TXT></NP><NP><NO.P>127</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-Qorti Ġenerali ma wettqitx żball ta’ liġi meta qieset li d-deċiżjoni inkwistjoni ma ppreġudikatx l-aspettattivi leġittimi tal-appellanti.</TXT></NP><NP><NO.P>128</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, it-tieni aggravju għandu jiġi miċħud.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-2057"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet aggravju</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>129</NO.P><TXT>Permezz ta’ dan l-aggravju, l-appellanti jikkontestaw l-approvazzjoni mill-Qorti Ġenerali tar-rata tal-interessi applikabbli fil-mument tal-irkupru.</TXT></NP><NP><NO.P>130</NO.P><TXT>L-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali kkonstatat biss li l-Kummissjoni segwiet il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 9(4) tar-Regolament Nru 794/2004. Issa, il-Qorti Ġenerali kellha teżamina jekk il-Kummissjoni ffissatx rata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>xierqa<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>, skont l-Artikolu 14(2) tar-Regolament Nru 659/1999, peress li l-evalwazzjoni tan-natura xierqa tar-rata ma ġietx sodisfatta bil-konstatazzjoni li din tal-aħħar ġiet iffissata b’kooperazzjoni mal-Istat Membru kkonċernat.</TXT></NP><NP><NO.P>131</NO.P><TXT>L-appellanti jikkunsidraw li n-natura xierqa huwa kunċett materjali, indipendenti mill-proċedura li għandha ssegwi l-Kummissjoni f’każijiet eċċezzjonali fejn hija tiffissa r-rata tal-interessi b’kooperazzjoni mill-qrib ma’ Stat Membru. Dak il-kunċett awtonomu, – li huwa relatat mill-qrib mal-fatt li l-Kummissjoni għandha setgħa ta’ negozjar –, u li, fl-aħħar mill-aħħar, hija l-Kummissjoni li tiffissa r-rata determinanti – jitlob li jiġi interpretat, ħaġa li ma wettqitx il-Qorti Ġenerali.</TXT></NP><NP><NO.P>132</NO.P><TXT>L-appellanti jfakkru li fl-interpretazzjoni tal-imsemmi kunċett għandha tittieħed inkunsiderazzjoni s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-<DATE ISO="19950608">8 ta’ Ġunju 1995</DATE>, Siemens vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-459/93" PAGE.ECR="II-1675" YEAR="1995">T-459/93, Ġabra p. II-1675</REF.DOC.ECR>), li tipprevedi li l-irkupru huwa maħsub sabiex jistabbilixxi mill-ġdid is-sitwazzjoni li kienet teżisti qabel l-għoti tal-għajnuna<?PAGE NO="I-2058"?> illegali. Bil-għan li jiġi żgurat trattament ugwali, ikun jeħtieġ li jitkejjel b’mod oġġettiv il-vantaġġ li rriżulta mill-għajnuna sa mill-mument li din tpoġġiet għad-dispożizzjoni tal-impriża benefiċjarja.</TXT></NP><NP><NO.P>133</NO.P><TXT>Peress li l-Kummissjoni hija obbligata tistabbilixxi mill-ġdid is-sitwazzjoni li kienet teżisti qabel l-għoti illegali tal-għajnuna, l-irkupru tal-interessi ma jistax iseħħ ħlief sabiex jikkumpensa l-vantaġġi finanzjarji li jirriżultaw b’mod effettiv mill-għoti tal-għajnuna lill-benefiċjarja u għandu jkun proporzjonali għaliha.</TXT></NP><NP><NO.P>134</NO.P><TXT>Billi interpretat b’mod żbaljat il-prinċipju ta’ stabbiliment mill-ġdid tas-sitwazzjoni preċedenti u billi għażlet rata ta’ referenza totalment imbiegħda mir-realtà tas-suq Pollakk bejn l-1997 u l-2004, il-Kummissjoni kif ukoll il-Qorti Ġenerali, li kkunsidrat li l-portata tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament Nru 659/1999 hija newtralizzata minn dik tal-Artikolu 9(4) tar-Regolament Nru 794/2004 fuq dak il-punt, kisru għalhekk dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet Komunitarji.</TXT></NP><NP><NO.P>135</NO.P><TXT>Skont il-Kummissjoni, dan l-aggravju huwa inammissibbli. Fil-fatt l-appellanti jitolbu lill-qorti tal-appell teżamina aggravju li ma ġiex ippreżentat quddiem il-Qorti Ġenerali. It-tielet aggravju, ibbażat prinċipalment fuq allegat ksur tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament Nru 659/1999, ma ġiex ippreżentat quddiem il-Qorti Ġenerali peress li l-uniku motiv invokat fl-ewwel istanza fir-rigward tar-rata tal-interessi kien dak ibbażat fuq ksur tar-Regolament Nru 794/2004. Konsegwentement, l-appellanti ma jistgħux jallegaw li s-sentenza appellata interpretat b’mod żbaljat il-kunċett ta’ rata tal-interessi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>xierqa<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>, meta l-motivi għal annullament imqajma ma talbux lill-Qorti Ġenerali tinterpreta dak il-kunċett.</TXT></NP><NP><NO.P>136</NO.P><TXT>Sussidjarjament, il-Kummissjoni tenfasizza li l-appellanti telqu minn premessa żbaljata billi jippretendu li l-Qorti Ġenerali kkunsidrat li l-portata tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament Nru 659/1999 hija newtralizzata minn dik tal-Artikolu 9(4) tar-Regolament Nru 794/2004, jiġifieri li l-Qorti Ġenerali ddeċidiet li r-rata tal-interessi<?PAGE NO="I-2059"?> stabbilita mill-Kummissjoni kienet <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>xierqa<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> għas-sempliċi raġuni li kienet ġiet iffissata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0044" ID="QS0044"/>b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istat Membru<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>137</NO.P><TXT>Madankollu, il-Qorti Ġenerali, b’mod kuntrarju għad-dikjarazzjonijiet tal-appellanti, ma hijiex limitata li tikkonstata li l-Kummissjoni segwiet il-proċedura fis-seħħ, kooperazzjoni mill-qrib mal-Istat Membru, iżda ddeċidiet fuq il-fondatezza tar-rata stabbilita billi fakkret il-marġni ta’ diskrezzjoni tal-Kummissjoni u billi eżaminat ir-raġunijiet li abbażi tagħhom din tal-aħħar ċaħdet ċerti proposti. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali kkonkludiet li ma kienx stabbilit <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0045" ID="QS0045"/>żball manifest ta’ evalwazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> u li l-kalkolu tal-interessi fuq bażi komposta jirriżulta b’mod obbligatorju mir-Regolament Nru 794/2004 (punti 159 sa 167 tas-sentenza appellata).</TXT></NP><NP><NO.P>138</NO.P><TXT>L-appell ma jippreżenta l-ebda argument li jista’ jikkontesta r-raġunament tal-Qorti Ġenerali, u peress li ma fih l-ebda ilment validu kontra din tal-aħħar, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-Qorti Ġenerali eżaminat b’mod korrett l-argumenti tar-rikorrenti, billi baqgħet fil-limiti tal-motiv għal annullament kif imqajjem fl-ewwel istanza li ma kienx jissottometti quddiem il-Qorti Ġenerali l-kwistjoni dwar in-natura <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0046" ID="QS0046"/>xierqa<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> tar-rata tal-interessi fir-rigward tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament Nru 659/1999.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Fuq l-ammissibbiltà</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>139</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kummissjoni u bbażata fuq il-fatt li t-tielet aggravju, ibbażat prinċipalment fuq allegat ksur tal-Artikolu 14(2)<?PAGE NO="I-2060"?> tar-Regolament Nru 659/1999, ma ġiex invokat fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali, jeħtieġ li jitfakkar li mill-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 83 ta’ din is-sentenza jirriżulta li, fil-fatt, aggravju ppreżentat għall-ewwel darba fil-kuntest ta’ appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja għandu, fil-prinċipju, jiġi miċħud bħala inammissibbli.</TXT></NP><NP><NO.P>140</NO.P><TXT>Għalhekk, għandu jiġi kkonstatat li l-appellanti jitolbu lil Qorti tal-Ġustizzja teżamina l-legalità tar-rata tal-interessi ffissata mill-Kummissjoni b’riferiment għan-natura xierqa tagħha fid-dawl tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament Nru 659/1999. Madankollu, dak il-motiv ma ġiex sottomess quddiem il-Qorti Ġenerali, peress li l-uniku motiv invokat quddiem il-Qorti Ġenerali fir-rigward tar-rata tal-interessi kien dak ibbażat fuq ksur tar-Regolament Nru 794/2004. Għaldaqstant, l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kummissjoni u bbażata fuq in-natura ġdida tal-aggravju invokat mill-appellanti għandha tintlaqa’.</TXT></NP><NP><NO.P>141</NO.P><TXT>Isegwi li t-tielet aggravju, sa fejn dan huwa bbażat fuq allegat ksur tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament Nru 659/1999, għandu jiġi ddikajarat inammissibbli. Min-naħa l-oħra, it-tielet aggravju sa fejn dan jirrigwarda r-Regolament Nru 794/2004 huwa ammissibbli.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Fuq il-mertu</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>142</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-fondatezza ta’ dan l-aggravju, ikun suffiċjenti li jiġi kkonstatat li, peress li t-tielet aggravju, sa fejn dan huwa bbażat fuq allegat ksur tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament Nru 659/1999, ma huwiex ammissibbli, it-tielet aggravju bbażat fuq allegat ksur tal-Artikolu 9(4) tar-Regolament Nru 794/2004 fir-rigward tal-iffissar ta’<?PAGE NO="I-2061"?> rata xierqa, huwa nieqes minn kull skop, kif sostniet ġustament il-Kummissjoni. Fil-fatt, huwa impossibbli li jiġi identifikat, mill-argumentazzjoni tar-rikorrenti, ilment imqajjem kontra l-Qorti Ġenerali li huwa bbażat esklużivament fuq allegat ksur tal-Artikolu 9(4) tar-Regolament Nru 794/2004 u mhux fuq il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0047" ID="QS0047"/>rata xierqa<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/> fis-sens tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament Nru 659/1999.</TXT></NP><NP><NO.P>143</NO.P><TXT>Konsegwentement, it-tielet motiv għandu jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP><NP><NO.P>144</NO.P><TXT>Peress li ebda wieħed mill-aggravji tal-appell ma ġew milqugħa, hemm lok li l-appell jiġi miċħud fl-intier tiegħu.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>145</NO.P><TXT>Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 122 tar-Regoli tal-Proċedura, meta l-appell ma huwiex fondat, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddeċiedi dwar l-ispejjeż. Skont l-Artikolu 69(2) ta’ dawn ir-regoli, applikabbli għall-proċedura ta’ appell taħt l-Artikolu 118 tal-istess regoli, il-parti li titlef għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ġew mitluba. Peress li l-appellanti tilfu l-kawża, hemm lok li dawn jiġu ordnati jbatu l-ispejjeż, kif mitlub mill-Kummissjoni.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-2062"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-appell huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">ISD Polska sp. z o.o. u Industrial Union of Donbass Corp. huma kkundannati għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>