|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/4989 |
23.9.2026 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2026/2103 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2026/2161, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2026/2160 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
(C/2026/4989)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi li jidhru fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2026/2103 (2) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2026/2161 (3), u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 (4) kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2026/2160 (5) dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
L-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 269/2014 jeħtieġ li dawk il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi jridu jirrapportaw, qabel l-1 ta' Settembru 2022 jew fi żmien 6 ġimgħat mid-data tal-elenkar fl-Anness I, skont liema tkun l-aktar tard, fondi jew riżorsi ekonomiċi fil-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru li jappartjenu lilhom, huma proprjetà tagħhom, jinżammu jew huma kkontrollati minnhom, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn jinsabu dawn il-fondi jew riżorsi ekonomiċi. Huma jridu jikkooperaw mal-awtorità kompetenti nazzjonali biex tali informazzjoni tiġi vverifikata b'kull mod. In-nuqqas ta' konformità ma' dawn l-obbligi ser titqies bħala ċirkomvenzjoni tal-miżuri dwar l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi.
L-informazzjoni li għandha tiġi rrappurtata trid tintbagħat lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rilevanti permezz tas-sit web tagħha kif indikat fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 269/2014 (6).
(1) ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/145(1)/oj.
(2) ĠU L, 2026/2103, 15.9.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/2103/oj.
(3) ĠU L, 2026/2161, 22.9.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/2161/oj.
(4) ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/269/oj.
(5) ĠU L, 2026/2160, 22.9.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/2160/oj.
(6) L-aħħar verżjoni konsolidata hija disponibbli fuq: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/269/2026-08-07.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/4989/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)