|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/2429 |
24.4.2026 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.12311 – MESSER / AMBRIAN ENERGY / JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2026/2429)
1.
Fis-17 ta’ April 2026, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Messer SE & CO KGaA (“‘Messer’”, il-Ġermanja) ikkontrollata minn Messer Industrie GmBH (“‘Messer Group’”, il-Ġermanja), |
|
— |
Ambrian Energy GmbH (“‘Ambrian Energy’”, il-Ġermanja), ikkontrollata minn V&V Kapital Invest GmbH & Co. KG (il-Ġermanja). |
Messer u Ambrian Energy se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ NewCo (il-Ġermanja).
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
Messer tappartjeni għal Messer Group, li huwa attiv fil-produzzjoni u l-provvista ta’ gassijiet industrijali, gassijiet ta’ speċjalità, gassijiet mediċi u taħlitiet ta’ gass fl-Ewropa u globalment, |
|
— |
Ambrian Energy hija prinċipalment attiva fil-bejgħ bl-ingrossa u l-ħżin ta’ prodotti taż-żejt minerali, bħall-petrol, id-diżil u ż-żejt għat-tisħin, u l-bijofjuwils, partikolarment fit-Tramuntana tal-Ġermanja. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali ta’ NewCo huma li ġejjin: il-bini, is-sjieda u l-operat ta’ terminal tal-esportazzjoni tas-CO2 b’aċċess miftuħ fiż-żona tal-port ta’ Bremen fil-Ġermanja. It-terminal tal-esportazzjoni ta’ Newco se jaħżen is-CO2 b’mod intermedju għat-trasport sussegwenti tiegħu bil-baħar u għall-ħżin ġeoloġiku permanenti tiegħu fil-Baħar tat-Tramuntana.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12311 — MESSER / AMBRIAN ENERGY / JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/2429/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)