31986R2029



Official Journal L 173 , 01/07/1986 P. 0044 - 0044
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 21 P. 0118
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 21 P. 0118


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2029/86

tat-30 ta’ Ġunju 1986

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1680/78 fuq l-aġġustament tar-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni tax-xgħir skond l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KEE) Nru 2727/75

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2727/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali [1], kif kien emendat mir-Regolament (KEE) Nru 1579/86 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 16(6) tiegħu,

Peress illi r-Regolament (KEE) Nru 2727/75 jistabbilixxi li s-sena taċ-ċereali għandha tibda minn hawn ’il quddiem fl-1 ta’ Lulju u billi m’hemmx tlugħ ta’ ħlas żejjed, l-aġġustament tar-rifużjoni ffissat bil-quddiem għall-esportazzjoni fl-ewwel tliet xhur tas-sena tas-suq, tax-xgħir maħżun fi tmiem is-sena tas-suq jew magħmul minn barli maħżun f’dik id-data għandu jsir abbażi tal-prezz tad-dħul applikabbli fl-aħħar xahar ta’ l-aħħar sena tas-suq; billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1680/78 [3] għandu jkun emendat skond kif ingħad;

Billi l-miżuri skond dan ir-Regolament jaqblu mal-fehma tal-Kumitat tal-Ġestjoni taċ-Ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Regolament (KEE) Nru 1680/78 huwa minn hawnhekk emendat kif ġej:

1. Artikolu 1 huwa mibdul b’dan li ġej:

"Artikolu 1

1. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw għax-xgħir jew barli maħżun fi tmiem is-sena tas-suq u li għalih m’hemm l-ebda referenza ta’ tlugħ ta’ ħlas żejjed fl-Artikolu 9 tar-Regolament (KEE) Nru 2727/75 kien iffissat skond dawk il-prodotti u li huma esportati bħala xgħir matul l-ewwel tliet xhur tas-sena tas-suq li jmiss taħt liċenzja li fuqha kienet iffissata rifużjoni bil-quddiem qabel l-1 ta’ Lulju.

2. Bil-ħsieb li tkun stabbilita l-ġurnata ta’ l-esportazzjoni, id-data relevanti għandha tkun dik li l-formalitajiet tad-dwana li tagħhom hemm referenza fl-Arttikolu 22(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3183/80 [1] ĠU L 338, tat-13.12.1980, p. 1. jkunu kompluti."

2. Fl-Artikolu 2, "31 ta’ Lulju" huwa mibdul bi "30 ta’ Ġunju".

3. Fl-Artikolu 3(1), "Awissu" huwa mibdul b’"Lulju" u "31 ta’ Lulju" huwa mibdul bi’ "30 ta’ Ġunju".

4. It-titolu ta’ l-Anness huwa mibdul b’dan li ġej:

"L-informazzjoni bażika li għandha tingħata mad-dikjarazzjoni tal-ħażniet tax-xgħir jew tal-barli preżenti fit-30 ta’ Ġunju."

.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-30 ta’ Ġunju 1986.

Għall-Kummissjoni

Frans Andriessen

Viċi-President

[1] ĠU C 281, ta’ l-1.11.1975, p. 1.

[2] ĠU C 139, ta’ l-24.5.1986, p. 29.

[3] ĠU C 193, tat-18.7.1978, p. 10.

--------------------------------------------------