<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2011MTA.0800786501.case.xml"><NO.CASE>C-120/10</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62010CJ0120</NO.CELEX><NO.SEQ>0009.0002</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-7890</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-7905</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>16</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20110908">8.9.2011</DATE> — KAWŻA C-120/10</LEFT><RIGHT>EUROPEAN AIR TRANSPORT</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20110908">8 ta’ Settembru 2011</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-120/10,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju), permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20100226">26 ta’ Frar 2010</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20100305">5 ta’ Marzu 2010</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">European Air Transport SA</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Collège d’environnement de la Région de Bruxelles-Capitale,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Région de Bruxelles-Capitale,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn A. Tizzano, President tal-Awla, J.-J. Kasel, E. Levits, M. Safjan u M. Berger (Relatur), Imħallfin,</P><?PAGE NO="I-7891"?><P>Avukat Ġenerali: P. Cruz Villalón,</P><P>Reġistratur: R. Şereş, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20101130">30 ta’ Novembru 2010</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal European Air Transport SA, minn P. Malherbe u T. Leidgens, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Collège d’environnement de la Région de Brussell-Capitale u r-Région de Brussell-Capitale, minn F. Tulkens u N. Bonbled, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Daniż, minn C. Vang, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Franċiż, minn G. de Bergues u M. Perrot, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn C. Vrignon u K. Simonsson, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas-<DATE ISO="20110217">17 ta’ Frar 2011</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="I-7892"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 2(e), 4(4) u 6(2) tad-Direttiva 2002/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20020326">26 ta’ Marzu 2002</DATE>, dwar l-istabbiliment ta’ regoli u proċeduri għall-introduzzjoni ta’ restrizzjonijiet tal-ħoss fl-ajruporti tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 6, p. 96).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn European Air Transport SA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>EAT<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), kumpannija tat-trasport bl-ajru, u l-Collège d’environnement de la Région de Bruxelles-Capitale u r-Région de Bruxelles-Capitale, dwar multa li tammonta għal EUR <FT TYPE="NUMBER">56113</FT> imposta fuq EAT mill-Institut bruxellois pour la gestion de l’environnement (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>IBGE<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) għan-nuqqas ta’ osservanza tal-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-ħoss fl-ambjent urban.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 7 u 10 tad-Direttiva 2002/30 jipprovdu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>(7)</NO.P><TXT>Qafas komuni ta’ regoli u proċeduri għall-introduzzjoni fl-ajruporti ta’ restrizzjonijiet fuq l-operat, bħala metodu bilanċjat ta’ l-immaniġjar tal-ħoss, għandu jgħin biex iħares il-kondizzjonijiet meħtieġa mis-suq intern billi jiddaħħlu restrizzjonijiet fuq l-operat simili fl-ajruporti li jkollhom bejn wieħed u ieħor<?PAGE NO="I-7893"?> l-istess problemi ta’ ħoss. Dan jinkludi l-istima ta’ l-impatt tal-ħoss f’ajruport u l-evalwazzjoni tal-miżuri li jistgħu jittieħdu sabiex jitnaqqas dak il-ħoss, u l-għażla tal-miżuri addattati sabiex jittaffa l-ħoss bil-għan li jinkiseb l-akbar benefiċċju ambjentali bl-anqas nefqa.</TXT></NP></CONSID><P>[...]</P><CONSID><NP><NO.P>(10)</NO.P><TXT>It-33 Assemblea ta’ l-ICAO adottat ir-Risoluzzjoni A33/7 li tintroduċi l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>metodu bilanċjat<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/>; għat-tnaqqis tal-ħoss, b’hekk twaqqaf politika għat-tnaqqis tal-ħoss ġenerat mill-ajruplani, inkluża l-għajnuna internazzjonali għall-introduzzjoni ta’ restrizzjonijiet fuq l-operat skond l-ajruport. Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>metodu bilanċjat<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/> sabiex jitnaqqas il-livell ta’ ħoss ġenerat mill-ajruplani jinvolvi erba’ elementi prinċipali u jitlob evalwazzjoni bir-reqqa ta’ l-għażliet kollha possibbli sabiex jitnaqqas il-ħoss, inkluż it-tnaqqis tal-ħoss ta’ l-ajruplani minn fejn ikun joriġina, l-ippjanar ta’ l-użu ta’ l-art u l-miżuri ta’ amministrazzjoni, il-proċeduri operattivi ta’ tnaqqis tal-ħoss u r-restrizzjonijiet fuq l-użu, bla ħsara għall-obligi legali relevanti, il-liġijiet li jkunu fis-seħħ u l-politika f’dan ir-rigward.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Direttiva 2002/30, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>L-għanijiet<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>L-għanijiet ta’ din id-Direttiva huma:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>li jiġu stabbiliti regoli sabiex il-Komunità tiffaċilita l-introduzzjoni ta’ restrizzjonijiet fuq l-użu b’mod konsistenti fl-ajruporti sabiex jiġi llimitat jew jitnaqqas l-ammont ta’ persuni li jkunu milquta ħażin ħafna mill-effetti ħżiena tal-ħoss;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-7894"?><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(e) tad-Direttiva 2002/30 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:</P><P>[...]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Ir-restrizzjonijet fuq l-operat<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> tfisser il-miżuri li għandhom x’jaqsmu mal-ħoss li jillimitaw jew inaqqsu l-aċċess ta’ l-ajruplani bil-jet subsoniċi ċivili għal ajruport. Dan jinkludi r-restrizzjonijiet fuq l-operat mmirati sabiex jiġu rtirati l-ajruplani li jkunu jikkonformaw bi ftit f’ċerti ajruporti kif ukoll restrizzjonijiet fuq l-operat ta’ natura parzjali, li jeffettwaw l-użu ta’ ajruplani subsonici ċivili skond il-perjodu.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 4(4) ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Ir-regoli ġenerali fuq l-immaniġjar tal-ħoss ta’ l-ajruplani<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Ir-restrizzjonijiet ta’ l-operat skond il-prestazzjoni għandhom ikunu bbażati fuq il-prestazzjoni tal-ħoss ta’ l-ajruplani skond il-proċeduri ta' ċertifikazzjoni li tkun saret skond il-Volum 1 sa 16 tal-Konvenzjoni fuq l-Avjazzjoni Ċiviili Internazzjonali, it-tielet edizzjoni, (1993) [konkluża f’Chicago fis-<DATE ISO="19441207">7 ta’ Diċembru 1944</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Konvenzjoni OACI<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/>)].<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tad-Direttiva 2002/30, intitolat, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Ir-regoli ta’ l-istima<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="005.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Meta tkun qed tiġi kkunsidrata deċiżjoni fuq ir-restrizzjonijiet ta’ l-operat, għandu jittieħed kont ta’ l-informazzjoni kif tkun msemmija fl-Anness II, sa fejn ikun possibbli, għar-restrizzjonijiet fuq l-operat u għal karatteristiċi ta’ l-ajruport.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="I-7895"?><PARAG IDENTIFIER="005.002"><NO.PARAG>2</NO.PARAG><ALINEA>Fejn il-proġetti ta’ l-ajruporti jkunu soġġetti għal studju fuq l-impatt ambjentali b’mod konformi mad-Direttiva [tal-Kunsill] 85/337 [dwar l-istima ta’ l-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 248)] l-istudju mwettaq skond dik id-Direttiva għandu jitqies li jilħaq il-kondizzjonijiet mitluba fil-paragrafu 1, diment li dak l-istudju jkun ikkunsidra sa fejn possibbli l-informazzjoni msemmija fl-Anness II ma’ din id-Direttiva.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tad-Direttiva 2002/30, intitolat, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Ir-regoli fuq l-introduzzjoni ta’ restrizzjonijiet fuq l-operat mmirati sabiex jiġu rtirati l-ajruplani li jkunu jissodisfaw il-kondizzjonijiet neċessarji bi ftit<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk l-evalwazzjoni tal-miżuri kollha disponibbli, inklużi r-restrizzjonijiet parzjali fuq l-operat, mwettqa b’mod konformi mal-kondizzjonjiet neċessarji skond l-Artikolu 5 turi li l-kisba ta’ l-għanijiet ta’ din id-Direttiva jitolbu l-introduzzjoni ta’ restrizzjonijiet mmirati sabiex jiġu rtirati l-ajruplani li jkunu jissodisfaw il-kondizzjonijiet neċessarji bi ftit, ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw […]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Bla ħsara għar-regoli fuq kif issir l-istima ta’ l-Artikolu 5, l-ajruporti fl-ibliet elenkati fl-Anness I jistgħu jintroduċu miżuri li huma aktar stretti, f’dak li għandu x’jaqsam mad-definizzjoni ta’ ajruplani li jissodisfaw il-kondizzjonijiet neċessarji bi ftit diment li dawk il-miżuri ma jeffettwawx l-ajruplani bil-jet subsoniċi ċivili li jkunu konformi, jew permezz ta’ ċertifikazzjoni oriġinali jew ċertifikazzjoni mill-ġdid, ma’ l-istandards ta’ ħoss fil-Volum 1, Part II, Kapitolu 4 sa 16 tal-Konvenzjoni fuq l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-7896"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt nazzjonali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Fuq il-livell federali, id-Direttiva 2002/30 ġiet trasposta permezz ta’ Digriet Irjali tal-<DATE ISO="20030925">25 ta’ Settembru 2003</DATE>, li jistabbilixxi regoli u proċeduri dwar l-introduzzjoni ta’ restrizzjonijiet fuq l-operat tal-ajruport ta’ Bruxelles-National (<HT TYPE="ITALIC">Moniteur belge</HT> tas-<DATE ISO="20030926">26 ta’ Settembru 2003</DATE>, p. 47538).</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 9 tad-digriet tar-Région de Bruxelles-Capitale tas-<DATE ISO="19970717">17 ta’ Lulju 1997</DATE> dwar il-ġlieda kontra l-istorbju f’ambjent urban (<HT TYPE="ITALIC">Moniteur belge</HT> tat-<DATE ISO="19971023">23 ta’ Ottubru 1997</DATE>, p. 28215, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>digriet tas-<DATE ISO="19970717">17 ta’ Lulju 1997</DATE><QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Il-Gvern għandu jieħu l-miżuri kollha intiżi sabiex:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1o</NO.P><TXT>jillimitaw il-ħsejjes ikkawżati minn ċerti sorsi permezz ta’ definizzjoni ta’ normi ta’ emissjoni jew ta’ immissjoni massimi;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2o</NO.P><TXT>jiġu stabbiliti għas-sorsi tal-ħoss, limiti aċċettabbli skont l-oriġini, l-lokalità urbanistika, l-karatterstiċi akustiċi tagħhom u l-ħtieġa li jiġu protetti b’mod partikolari l-persuni li joqogħdu fil-bini li jinsab fiż-żoni determinati;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3°</NO.P><TXT>jirregola l-użu ta’ apparat, tagħmir jew oġġetti skont iċ-ċirkustanzi fejn il-ħoss jew vibrazzjonijiet prodotti jew li jistgħu jiġu prodotti jkunu partikolarment fastidjużi;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></P></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-7897"?><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 32 tad-digriet tar-Région de Bruxelles-Capitale tal-<DATE ISO="19990325">25 ta’ Marzu 1999</DATE> dwar ir-riċerka, il-konstatazzjoni, l-investigazzjoni, ir-repressjoni tal-ksur fil-qasam tal-ambjent <HT TYPE="ITALIC">(Moniteur belge</HT> tal-<DATE ISO="19990624">24 ta’ Ġunju 1999</DATE>, p. 23850, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>digriet tal-<DATE ISO="19990325">25 ta’ Marzu 1999</DATE><QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>Huwa suġġett għal multa amministrattiva ta’ EUR 62.50 sa EUR 625 kull min iwettaq wieħed mill-ksur segwenti:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>8°</NO.P><TXT>fis-sens tad-digriet tas-<DATE ISO="19970717">17 ta’ Lulju 1997</DATE> dwar il-ġlieda kontra l-istorbju f’ambjent urban:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>jikkawża storbju jew frakass fi triq pubblika b’mod li jiddisturba t-trankwillità jew is-saħħa tal-abitanti mingħajr bżonn jew b’nuqqas ta’ prekawzjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>jikkawża storbju jew frakass b’mod li jiddisturba t-trankwillità jew is-saħħa tal-abitanti bejn l-għaxra ta’ filgħaxija u s-sebgħa ta’ filgħodu;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>jaġixxi b’mod storbjuż barra min-normal jew ma jostakolax aġir tal-istess tip ta’ persuni jew annimali li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu.<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 33 ta’ dan id-digriet:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>Huwa suġġett għal multa amministrattiva ta’ EUR 625 sa EUR 62 500 kull min iwettaq wieħed mill-ksur segwenti:</P><P>[...]</P><?PAGE NO="I-7898"?><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>7°</NO.P><TXT>fis-sens tad-digriet tas-<DATE ISO="19970717">17 ta’ Lulju 1997</DATE> dwar il-ġlieda kontra l-istorbju f’ambjent urban:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>jikkawża, fi triq pubblika jew f’post pubbliku, storbju suġġett għal awtorizzazzjoni preliminari mingħajr ma jkollu din l-awtorizzazzjoni jew mingħajr ma jirrispetta l-kundizzjonijiet li jkunu imposti fiha;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>bħala proprjetarju, detentur jew utent ta’ sors ta’ ħoss, joħloq direttament jew indirettament, jew jippermetti fastidju li jiġi minn storbju li jaqbeż in-normi stabbiliti mill-Gvern;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 35 tal-imsemmi digriet jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>Il-ksur elenkat fl-Artikoli 32 u 33 għandhom bħala konsegwenza jew azzjoni kriminali jew multa amministrattiva.</P><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tal-ordni tar-Région de Bruxelles-Capitale tas-<DATE ISO="19990527">27 ta’ Mejju 1999</DATE> dwar il-ġlieda kontra l-ħsejjes ikkawżati mit-traffiku bl-ajru (<HT TYPE="ITALIC">Moniteur belge</HT> tal-<DATE ISO="19990811">11 ta’ Awwissu 1999</DATE>, p. 30002, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>deċiżjoni tas-<DATE ISO="19990527">27 ta’ Mejju 1999</DATE><QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>), jipprovdi l-valuri limiti li l-livelli ta’ storbju ma jistgħux jaqbżu.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-7899"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-IBGE kkonstata li, matul ix-xahar ta’ Ottubru tal-2006, EAT wettqet 62 ksur għad-digriet tas-<DATE ISO="19970717">17 ta’ Lulju 1997</DATE>, għad-digriet tal-<DATE ISO="19990325">25 ta’ Marzu 1999</DATE> kif ukoll għall-ordni tas-<DATE ISO="19990527">27 ta’ Mejju 1999</DATE>. EAT ġiet akkużata minħabba emissjoni ta’ ħsejjes mill-ajruplani tagħha, matul il-lejl, li huma superjuri għall-valuri limiti previsti minn dawn ir-regolamenti.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20061124">24 ta’ Novembru 2006</DATE>, l-IBGE stabbilixxa proċess verbali li jikkonstata dawn il-ksur li ntbagħat lill-EAT fl-<DATE ISO="20061204">4 ta’ Diċembru 2006</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20070824">24 ta’ Awwissu 2007</DATE>, l-IBGE beda proċeduri sabiex jimponi sanzjoni amministrattiva lill-EAT, li wassal għall-iffissar ta’ multa kontra din il-kumpannija, li tammonta għal EUR <FT TYPE="NUMBER">56113</FT>, li tikkorrispondi għal 48 mit-62 ksur imwettqa matul ix-xahar ta’ Ottubru tal-2006, bejn is-sagħtejn u l-ħamsa ta’ filgħodu.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>EAT ippreżentat rikors kontra din id-deċiżjoni quddiem il-Collège d’environnement de la Région de Bruxelles-Capitale li kkonferma, permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20080124">24 ta’ Jannar 2008</DATE>, is-sanzjoni imposta mill-IBGE.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Għalhekk, fl-<DATE ISO="20080320">20 ta’ Marzu 2008</DATE> l-imsemmija kumpannija ppreżentat rikors quddiem il-Conseil d’État kontra l-Collège d’environnement de la Région de Bruxelles-Capitale u r-Région de Bruxelles-Capitale sabiex tikseb l-annullament tad-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20080124">24 ta’ Jannar 2008</DATE>. F’dan ir-rigward hija sostniet li, l-ordni tas-<DATE ISO="19990527">27 ta’ Mejju 1999</DATE> tikser l-Artikoli 4 u 6 tad-Direttiva 2002/30, li skont dawn, minn naħa, il-miżuri kollha ta’<?PAGE NO="I-7900"?> restrizzjoni tal-użu adottati mill-awtoritajiet kompetenti, jiġifieri, fil-kawża prinċipali, l-IBGE, għandhom ikunu bbażati fuq l-istorbju emess mill-ajruplan, iddeterminat permezz tal-proċedura ta’ ċertifikazzjoni mmexxija skont il-Volum I tal-Anness 16 tal-Konvenzjoni OACI, u, min-naħa l-oħra, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ma jistgħux jipprojbixxu jew jillimitaw l-użu tal-ajruplani li jissodisfaw in-normi tal-Kapitolu 3 tal-imsemmi volum, sakemm dawn ma jkunux ajruplani b’konformità minima mal-imsemmi kapitolu 3.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali ssostni li din id-deċiżjoni tikser l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2002/30, li jipprovdi li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ma jistgħu, fl-ebda każ, jieħdu miżuri li jillimitaw l-użu ta’ ajruplani li jkunu jissodisfaw in-normi stabbiliti fil-Volum I, it-tieni parti, Kapitolu 4 tal-Anness 16 tal-Konvenzjoni OACI.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Kien f’dawn il-kundizzjonijiet li l-Conseil d’État iddeċieda li jissospendi l-proċeduri quddiemu u li jagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja dawn id-domandi preliminari:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>1)</NO.P><TXT>Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>restrizzjoni fuq l-operat<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="2019" ID="QE0025"/> imsemmi fl-Artikolu 2(e) tad-[Direttiva 2002/30] għandu jiġi interpretat fis-sens li jinkludi regoli li jistabbilixxu limiti fil-livell tal-ħoss imkejjel mill-art, li għandhom jiġu osservati matul it-titjiriet fuq territorji li jinsabu fil-viċinanzi tal-ajruport, u li min jaqbeż dawn il-limiti jkun suġġett għal sanzjoni, bil-premessa li l-ajruplani huma marbuta li josservaw ir-rotot u li jikkonformaw ruħhom mal-proċeduri ta’ nżul u ta’ tlugħ stabbiliti minn awtoritajiet amministrattivi oħrajn mingħajr ma jieħdu inkunsiderazzjoni dawn il-limiti tal-ħoss?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-Artikoli 2(e) u 4(4) tal-istess direttiva għandhom jiġu interpretati fis-sens li <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>kull restrizzjoni fuq l-operat<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="2019" ID="QE0026"/> għandha tkun <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>ibbażata fuq il-prestazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="2019" ID="QE0027"/>, jew dawn id-dispożizzjonijiet jippermettu li dispożizzjonijiet oħra, dwar il-protezzjoni tal-ambjent, jillimitaw l-aċċess għall-ajruport skont il-livell tal-ħoss imkejjel mill-art,<?PAGE NO="I-7901"?> li għandhom jiġu osservati matul it-titjiriet fuq territorji li jinsabu fil-viċinanzi tal-ajruport, u li min jaqbeż dawn il-limiti jkun suġġett għal sanzjoni?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(4) tal-istess direttiva għandu jiġi interpretat bħala li jipprekludi li minbarra r-restrizzjonijiet fuq l-operat ibbażati fuq il-prestazzjonijiet li huma stabbiliti skont il-ħoss magħmul mill-ajruplan, regoli dwar il-protezzjoni tal-ambjent jistabbilixxu limiti fuq il-livell tal-ħoss imkejjel mill-art, li għandhom jiġu osservati matul it-titjiriet fuq territorji li jinsabu fil-viċinanzi tal-ajruport?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(2) tal-istess direttiva għandu jiġi interpretat bħala li jipprekludi li regoli jistabbilixxu limiti fil-livell tal-ħoss imkejjel mill-art, li għandhom jiġu osservati matul it-titjiriet fuq territorji li jinsabu fil-viċinanzi tal-ajruport, u li min jaqbeż dawn il-limiti jkun suġġett għal sanzjoni, liema regoli jkunu jistgħu jinkisru minn ajruplani li jissodisfaw ir-regoli tal-Volum 1, it-tieni parti, Kapitolu 4 tal-Anness 16 tal-Konvenzjoni fuq l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali?<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>restrizzjoni fuq l-operat<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> msemmi fl-Artikolu 2(e) tad-Direttiva 2002/30 għandux jiġi interpretat fis-sens li jinkludi regoli li jiffissaw il-limiti ta’ livell ta’ ħoss imkejjel fuq l-art, li għandu jiġi rrispettat meta jsiru titjiriet fuq territorji li jinsabu qrib l-ajruport, li meta jinqabżu l-awtur tagħhom jista’ jiġi ssanzjonat.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7902"?><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, jaqbel li jitfakkar li, kif jirriżulta mill-premessa 7 tad-Direttiva 2002/30, din tipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>[q]afas komuni ta’ regoli u proċeduri għall-introduzzjoni fl-ajruporti ta’ restrizzjonijiet fuq l-operat, bħala metodu bilanċjat ta’ l-immaniġjar tal-ħoss, għandu jgħin biex iħares il-kondizzjonijiet meħtieġa mis-suq intern billi jiddaħħlu restrizzjonijiet fuq l-operat simili fl-ajruporti li jkollhom bejn wieħed u ieħor l-istess problemi ta’ ħoss.<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/></TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-premessa 10 ta’ din id-direttiva tippreċiża li l-approċċ ekwilibrat jikkostitwixxi metodu attiv sabiex jiġi trattat il-ħoss iġġenerat mill-ajruplani li jinkludi, b’mod partikolari, il-linji gwida internazzjonali għall-introduzzjoni ta’ restrizzjonijiet fuq l-operat skont kull ajruport. Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>metodu bilanċjat<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, definit mir-Riżoluzzjoni A33/7, adottata mit-33 Assemblea tal-OACI, jinvolvi erba’ elementi prinċipali u jitlob evalwazzjoni bir-reqqa ta’ l-għażliet kollha possibbli sabiex jitnaqqas il-ħoss, b’mod partikolari, it-tnaqqis tal-ħoss tal-ajruplani minn fejn ikun joriġina, l-ippjanar tal-użu tal-art u l-miżuri ta’ amministrazzjoni, il-proċeduri operazzjonali ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>tnaqqis tal-ħoss<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> u r-restrizzjonijiet fuq l-operat, bla ħsara għall-obbligi legali rilevanti, il-ftehimiet, il-liġijiet u l-politiki li jkunu fis-seħħ (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal-<DATE ISO="20070614">14 Ġunju 2007</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Belġju, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-422/05" PAGE.ECR="I-4749" YEAR="2007">C-422/05, Ġabra p. I-4749</REF.DOC.ECR>, punt 38).</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li r-restrizzjonijiet fuq l-operat huma permessi biss meta kwalunkwe miżura oħra ta’ ġestjoni tal-ħoss ma tkunx ippermettiet li jintlaħqu l-għanijiet tad-Direttiva 2002/30, bħal ma indikat fl-Artikolu 1 tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, l-Artikolu 2(e) tad-Direttiva 2002/30, li jiddefinixxi ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>restrizzjonijiet fuq l-operat<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> bħala miżuri li għandhom x’jaqsmu mal-ħoss li jillimitaw jew inaqqsu l-aċċess tal-ajruplani bil-jet subsoniċi ċivili għal ajruport, jippreċiża li jistgħu jeżistu jew restrizzjonijiet parzjali, li jillimitaw l-użu tal-ajruplani bil-jet subsoniċi ċivili skont il-perijodu ta’ żmien ikkunsidrat, jew restrizzjonijiet li jaslu sabiex jipprojbixxu<?PAGE NO="I-7903"?> totalment l-użu ta’ ajruplani li jkollhom marġni żgħir ta’ konformità f’ajruporti partikolari.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Din il-gradazzjoni barra minn hekk hija kkonfermata mill-Artikolu 6(1) ta’ din id-direttiva, li jippermetti l-adozzjoni ta’ restrizzjonijiet fuq l-operat intiżi għall-irtirar miċ-ċirkulazzjoni tal-ajruplani biss meta l-miżuri kollha possibbli, inkluż il-miżuri ta’ restrizzjoni parzjali tal-operat, ma jkunux ippermettew li jintlaħqu l-għanijiet tad-Direttiva 2002/30.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Konsegwentement, kif irreleva l-Avukat Ġenereali fil-punt 48 tal-konklużjonijiet tiegħu, restrizzjoni fuq l-operat fis-sens tal-Artikolu 2(e) ta’ din id-direttiva timplika projbizzjoni ta’ aċċess għall-ajruport ikkonċernat, projbizzjoni li tista’ tkun totali jew parzjali.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Issa, leġiżlazzjoni ambjentali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timponi limiti massimi ta’ ħoss imkejjel mill-art, li għandu jiġi osservat fit-titjiriet fuq territorji li jinsabu viċin l-ajruport, ma tikkostitwixxix bħala tali, projbizzjoni ta’ aċċess għall-ajruport ikkonċernat.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-applikazzjoni ta’ metodu li jikkonsisti fit-tkejjil mill-art tal-ħoss prodott minn ajruplan waqt li jkun qed itir jikkostitwixxi element ta’ approċċ ekwilibrat, bħal dak invokat fil-punti 23 u 24 ta’ din is-sentenza, sa fejn tista’ tforni iktar data li tippermetti li jiġu kkonċiljati l-interessi opposti tal-persuni affettwati mill-ħsejjes, il-protagonisti ekonomiċi li joperaw l-ajruplani u s-soċjetà fit-totalità tagħha.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7904"?><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Madankollu, ma jistax jiġi eskluż li tali leġiżlazzjonijiet, minħabba kuntesti ekonomiki, tekniċi u legali rilevanti li jaqgħu taħthom, jista’ jkollhom l-istess effetti bħal projbizzjoni ta’ aċċess.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Jekk, fil-fatt, il-limiti imposti minn dawn il-leġiżlazzjonijiet huma daqstant restrittivi li jwasslu konkretament sabiex jobbligaw lill-operaturi tal-ajruplani jirrinunċaw li jeżerċitaw l-attività ekonomika tagħhom, tali leġiżlazzjonijiet għandhom jiġu kunsidrati bħala projbizzjoni ta’ aċċess u għalhekk jikkostitwixxu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>restrizzjonijiet fuq l-operat<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> fis-sens tal-Artikolu 2(e) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Fil-kawża prinċipali, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverfika jekk il-miżuri adottati mir-Région de Bruxelles-Capitale għandhomx tali effetti.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dawn il-kundizzjonijiet, hemm lok li r-risposta għall-ewwel domanda preliminari magħmulha tkun li l-Artikolu 2(e) tad-Direttiva 2002/30 għandu jiġi interpretata fis-sens li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>restrizzjoni fuq l-operat<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> tikkostitwixxi miżura projbittiva totali jew temporanja li tipprojbixxi l-aċċess ta’ ajruplan bil-jet subsoniku ċivili għal ajruport ta’ Stat Membru tal-Unjoni. Konsegwentement, leġiżlazzjoni nazzjonali fil-qasam tal-ambjent, li timponi limiti massimi ta’ ħoss imkejjel mill-art, li għandu jiġi rrispettat f’titjiriet fuq territorji li jinsabu qrib l-ajruport, ma tikkostitwixxix, bħala tali, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>restrizzjoni fuq l-operat<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni, sakemm, minħabba l-kuntest ekonomiku, tekniku u ġuridiku rilevanti, ma jkollhiex l-istess effetti bħal projbizzjoni ta’ aċċesss għall-imsemmi ajruport.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni, it-tielet u r-raba’ domandi</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta mogħtija għall-ewwel domanda, ma hemmx lok li tingħata risposta għad-domandi preliminari l-oħra.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-7905"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 2(e) tad-Direttiva 2002/30 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20020326">26 ta’ Marzu 2002</DATE>, dwar l-istabbiliment ta’ regoli u proċeduri għall-introduzzjoni ta’ restrizzjonijiet tal-ħoss fl-ajruporti tal-Komunità għandu jiġi interpretat fis-sens li</HT> <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/><HT TYPE="BOLD">restrizzjoni fuq l-operat</HT><QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> <HT TYPE="BOLD">tikkostitwixxi miżura projbittiva totali jew temporanja li tipprojbixxi l-aċċess ta’ ajruplan bil-jet subsoniku ċivili għal ajruport ta’ Stat Membru tal-Unjoni. Konsegwentement, leġiżlazzjoni nazzjonali fil-qasam tal-ambjent, li timponi limiti massimi ta’ ħoss imkejjel mill-art, li għandu jiġi rrispettat f’titjiriet fuq territorji li jinsabu qrib l-ajruport, ma tikkostitwix, bħala tali,</HT> <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/><HT TYPE="BOLD">restrizzjoni fuq l-operat</HT><QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> <HT TYPE="BOLD">fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni, sakemm, minħabba l-kuntesti ekonomiċi, tekniki u ġuridiċi rilevanti, ma jkollhiex l-istess effetti bħal projbizzjoni ta’ aċċesss għall-imsemmi ajruport.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>