31989L0186



Official Journal L 066 , 10/03/1989 P. 0036 - 0036
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 28 P. 0172
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 28 P. 0172


Id-Direttiva tal-Kunsill

tas-6 ta' Marzu 1989

li temenda l-Anness II tad-Direttiva 76/895/KEE li għandha x'taqsam ma' l-iffissar tal-livelli massimi għar-residwi tal-pestiċida fi jew fuq frott u ħxejjex

(89/186/KEE)

IL-KUNSILL TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 76/895/KEE tat-23 ta' Novembru 1976 li għandha x'taqsam ma' l-iffissar tal-livelli massimi għar-residwi tal-pestiċida fi jew fuq frott u ħxejjex [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 88/298/KEE [2] u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [3],

Billi l-Artikolu 5 tad-Direttiva 76/895/KEE jistabbilixxi li l-Annessi ta' dawn għandhom ikunu emendati billi jittieħed akkont partikolarment tal-progress xjentifiku u tekniku kif ukoll tal-ħtiġiet tas-saħħa u l-agrikoltura;

Billi, fid-dawl ta' l-iżviluppi fit-tagħrif xjentifiku u tekniku, huwa xieraq li l-Anness II għall-imsemmija Direttiva jkun aġġornat billi jkunu miżjuda magħha l-partikolaritajiet dwar il-pestiċida maleic hydrazide, li jistgħu wkoll ikunu preżenti bħala residwu fil-frott u l-ħxejjex,

ADOTTA DIN ID- DIRETTIVA:

Artikolu 1

Fl-Anness II tad-Direttiva 76/895/KEE, is-segwenti residwi tal-pestiċida, flimkien mal-partikolaritajiet korrispondenti, għandhom ikunu miżjuda fit-tabella:

Residwi tal-Pestiċida | Il-livelli Massimi (f'mg/kg (ppm)) |

Isem Komuni | Formula Kimika |

Maleic hydrazide | 6-hydroxy-3(2H)-pyridazinone | 10: Basal 1: Prodotti Oħrajn |

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma' l-Artikolu 1 mill-1 ta' Awissu 1989. Għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummisjoni b'dan.

Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lejn l-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, is-6 ta' Marzu 1989.

Għall-Kunsill

Il-President

C. Romero Herrera

[1] ĠU Nru L 340, tad-9. 12. 1976, pġ. 26

[2] ĠU Nru L 126, ta’ l-20. 5. 1988, pġ. 53

[3] ĠU Nru C 95, tas-16. 4. 1982, pġ. 6

--------------------------------------------------