Official Journal L 091 , 31/03/2001 P. 0085 - 0088
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 Marzu 2001 li temenda d-Deċiżjoni 94/324/KE li tistipula kundizzjonijet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta’ prodotti tas-sajd u ta’ l-akwakultura li joriġinaw mill-Indoneżja (notifikata bid-dokument numru C (2000) 748) (Test b’rilevanza għall-ŻEE) (2001/254/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE tat-22 Lulju 1991 li tistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa għall-produzzjoni w it-tpoġġija fuq is-suq ta’ prodotti tas-sajd [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 97/79/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 11 tagħha, Billi: (1) L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/324/KE tad-19 Mejju 1994 li tistipula kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta’ prodotti tas-sajd u ta’ l-akwakultura li joriġinaw mill-Indoneżja [3], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 97/401/KE [4], jgħid illi l-Ministeru ta’ l-Agrikoltura, Direttorat-Ġenerali tas-Sajd (Laboratorju Provinċjali għall-Ispezzjoni tal-Ħut u Kontroll tal-Kwalità) għandu jkun l-awtorità kompetenti fl-Indoneżja li tivverifika w tiċċertifika l-konformità ta’ prodotti tas-sajd u ta’ l-akwakultura mal-ħtiġijiet tad-Direttiva 91/493/KEE. (2) Wara ristrutturar ta’ l-amministrazzjoni Indoneżjana, l-awtorità kompetenti għal ċertifikati tas-saħħa għal prodotti tas-sajd tbiddlet għad-Direttorat-Ġenerali tas-Sajd (DĠS) tal-Ministeru ta’ l-Affarijiet tal-Baħar u Sajd. Din l-awtorità ġdida għandha l-kapaċità li b’mod effettiv tivverifika l-applikazzjoni tal-liġijiet fis-seħħ. Huwa għalhekk neċessarju li tiġi modifikata n-nomina ta’ l-awtorità kompetenti msemmija fid-Deċiżjoni 94/324/KE u l-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa inkluż fl-Anness A ta’ din id-Deċiżjoni. (3) Huwa konvenjenti li tiġi armonizzata d-diċitura tad-Deċiżjoni 94/324/KE mad-diċitura ta’ Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni addottati aktar riċenti, li jistipulaw kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta’ prodotti tas-sajd u ta’ l-akwakultura li joriġinaw f’ċerti pajjiżi terzi. (4) Il-miżuri li hemm provdut dwarhom f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Id-Deċiżjoni 94/324/KEE għandha tiġi modifikata kif ġej: 1. L-Artikolu 1 għandu jiġi sostitwit bis-segwenti: "L-Artikolu 1 Id-Direttorat-Ġenerali tas-Sajd (DĠS) tal-Ministeru ta’ l-Affarijiet tal-Baħar u Sajd għandu jkun l-awtorità kompetenti fl-Indoneżja sabiex tivverifika w tiċċertifika l-konformità ta’ prodotti tas-sajd u ta’ l-akwakultura mal-ħtiġijiet tad-Direttiva 91/493/KEE." 2. L-Artikolu 2 għandu jiġi sostitwit bis-segwenti: "L-Artikolu 2 Prodotti tas-sajd u ta’ l-akwakultura li joriġinaw fl-Indoneżja għandhom jissodisfaw is-segwenti kundizzjonijiet: 1. kull konsenja għandha tkun akkompanjata b’ċertifikat ta’ saħħa oriġinali enumerat, korrettement mimli, ffirmat, datat u lil jkun jikkonsisti f’karta waħda skond il-mudell fl-Anness A ma’ hawn; 2. il-prodotti jridu jiġu minn stabbilimenti approvati, bastimenti fabbriki, imħażen tal-friża jew bastimenti reġistrati tal-friża elenkati fl-Anness B ma’ hawn; 3. ħlief fil-każ ta’ prodotti tas-sajd iffriżati fi kwantitajiet kbar u maħsuba għall-manifattura ta’ l-ikel priservat, il-pakketti kollha għandu jkollhom fuqhom il-kliem ‘INDONEŻJA’ u n-numru ta’ l-approvazzjoni/reġistrazzjoni ta’ l-istabbiliment, bastiment fabbrika, maħżen tal-friża jew bastiment tal-friża ta’ oriġini b’ittri li ma jitħassrux." 3. L-Artikolu 3(2) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej: "2. Iċ-Ċertifikati għandu jkollhom fuqhom l-isem, kapaċità u firma tar-rappreżentant tad-DĠS u t-timbru uffiċjali ta’ dan ta’ l-aħħar b’kulur differenti minn dak ta’ ċertifikar ieħor." 4. L-Anness A għandu jiġi mibdul bl-hawn l-Anness. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidhol fis-seħħ 45 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fi Brussel, il-21 Marzu 2001. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 15. [2] ĠU L 24, tat-30.1.1998, p. 31. [3] ĠU L 145, ta’ l-10.6.1994, p. 23. [4] ĠU L 166, tal-25.6.1997, p. 14. -------------------------------------------------- L-ANNESS L-ANNESS A +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------