European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/4999

11.9.2025

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.12049 – SIXTH STREET / F2i / NEW SORGENIA JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2025/4999)

1.   

Fit-2 ta’ Settembru 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Mompach Adjacent Partners S.C.Sp (“Mompach”, il-Lussemburgu), fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollata minn Sixth Street Partners, LLC (“Sixth Street”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

F2i - Fondi Italiani per le Infrastrutture Società di Gestione del Risparmio S.p.A. (“F2i”, l-Italja),

—

Sorgenia S.p.A. (l-Italja), li bħalissa hija kkontrollata b’mod konġunt minn F2i u Asterion Industrial Partners SGEIC SA (“Asterion”, Spanja),

—

EF Solare Italia S.p.A. (“EF”, l-Italja), li għandha l-kontroll esklużiv ta’ F2i,

—

Renovalia Tramontana S.L. (“Renovalia”, Spanja), li għandha l-kontroll esklużiv ta’ F2i.

Mompach u F2i se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Sorgenia, EF u Renovalia (“New Sorgenia”).

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

Sixth Street hija ditta ta’ investiment globali,

—

F2i huwa maniġer tal-fond tal-infrastruttura indipendenti Taljan iffukat primarjament fuq l-infrastruttura Taljana, eż. it-trasport u l-loġistika, it-tranżizzjoni tal-enerġija, in-networks tad-distribuzzjoni, in-networks tat-telekomunikazzjoni,

—

Sorgenia hija kumpanija Taljana primarjament involuta fil-ġenerazzjoni tal-elettriku kif ukoll fil-provvista bl-ingrossa u bl-imnut tal-elettriku u tal-gass naturali,

—

EF hija kumpanija Taljana attiva fl-industrija tal-enerġija solari fl-Italja u fi Spanja,

—

Renovalia hija kumpanija Spanjola tal-ġenerazzjoni tal-elettriku, attiva fi Spanja.

3.   

L-attivitajiet kummerċjali ta’ New Sorgenia se jkunu l-ġenerazzjoni tal-elettriku u l-provvista bl-ingrossa u bl-imnut tal-elettriku u tal-gass naturali.

4.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.12049 — SIXTH STREET / F2i / NEW SORGENIA JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4999/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)