European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/814

7.4.2026

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/814

tal-1 ta’ April 2026

li jemenda l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għaċ-Ċilì, għar-Renju Unit u għall-Istati Uniti fil-listi tal-pajjiżi terzi, tat-territorji jew taż-żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni tal-kunsinni tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 230(1), l-Artikolu 232(1), il-punt (b) u l-Artikolu 232(3), il-punt (b) tiegħu.

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi li l-kunsinni tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali minn pajjiżi terzi jew territorji jitħallew jidħlu fl-Unjoni biss jekk il-pajjiżi terzi jew it-territorji kkonċernati jkunu elenkati f’konformità mal-Artikolu 230(1) ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li l-kunsinni ta’ ċerti speċijiet u kategoriji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali, li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi, territorji, jew żoni tagħhom, jew minn kompartimenti tagħhom fil-każ tal-annimali tal-akkwakultura, iridu jkunu konformi magħhom biex jidħlu fl-Unjoni.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 (3) jistabbilixxi l-listi tal-pajjiżi terzi, tat-territorji jew taż-żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni tal-ispeċijiet u l-kategoriji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali, li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692. Dawk il-listi u ċerti regoli ġenerali li jikkonċernaw dawk il-listi huma stabbiliti fl-Annessi I sa XXII ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

(4)

B’mod aktar partikolari, l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxu l-listi tal-pajjiżi terzi, tat-territorji jew taż-żoni tagħhom, li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni, rispettivament, tal-kunsinni tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa.

(5)

Fis-27 ta’ Marzu 2026, iċ-Ċilì nnotifika lill-Kummissjoni b’tifqigħa tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja (HPAI) fil-pollam fir-Reġjun Metropolitan li ġiet ikkonfermata fl-24 ta’ Marzu 2026 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(6)

Fil-25 ta’ Marzu 2026, l-Istati Uniti nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar 13-il tifqigħa ġdida tal-HPAI fil-pollam fl-istat ta’ Indiana li ġew ikkonfermati bejn is-16 ta’ Marzu 2026 u t-23 ta’ Marzu 2026 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(7)

Wara dawk it-tifqigħat riċenti tal-HPAI, l-awtoritajiet veterinarji taċ-Ċilì u tal-Istati Uniti nnotifikaw l-istabbiliment taż-żoni ristretti ta’ mill-anqas 10 km madwar l-istabbilimenti affettwati u l-implimentazzjoni ta’ politika ta’ qerda biex jikkontrollaw il-preżenza tal-HPAI u jillimitaw it-tixrid ta’ dik il-marda.

(8)

Iċ-Ċilì u l-Istati Uniti ppreżentaw aktar informazzjoni lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorji rispettivi tagħhom u l-miżuri li ttieħdu biex jevitaw aktar tixrid tal-HPAI wara dawk it-tifqigħat riċenti tal-HPAI.

(9)

L-informazzjoni pprovduta miċ-Ċilì u mill-Istati Uniti ġiet evalwata mill-Kummissjoni. Fid-dawl tas-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali fiż-żoni bir-restrizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet veterinarji taċ-Ċilì u tal-Istati Uniti, jixraq li jiġi sospiż id-dħul fl-Unjoni tal-kunsinni tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa miż-żoni kkonċernati mit-tifqigħat il-ġodda f’dawk il-pajjiżi terzi, biex jitħares l-istatus tas-saħħa tal-annimali tal-Unjoni, filwaqt li jitqiesu d-dati meta ġew ikkonfermati t-tifqigħat. Għalhekk, jenħtieġ li l-entrati għaċ-Ċilì u għall-Istati Uniti fit-tabelli stabbiliti fil-Parti 1, it-Taqsima B, u fl-Anness V, il-Parti 2 u fit-tabella stabbilita fil-Parti 1, it-Taqsima B, tal-Anness XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jiġu emendati kif xieraq.

(10)

Barra minn hekk, ir-Renju Unit ipprovda informazzjoni aġġornata lill-Kummissjoni b’rabta mas-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tiegħu fir-rigward tat-tifqigħat preċedenti tal-HPAI li wasslu għas-sospensjoni tad-dħul fl-Unjoni tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa, kif stabbilit fit-tabella fl-Anness V, il-Parti 1, it-Taqsima B, u fit-tabella tal-Anness XIV, il-Parti 1, it-Taqsima B, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404.

(11)

B’mod partikolari, fis-26 ta’ Marzu 2026, ir-Renju Unit ressaq informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali u l-miżuri li ħa b’rabta ma’ erba’ tifqigħat tal-HPAI fil-pollam fil-kontea ta’ Pembrokeshire, f’Wales, li ġew ikkonfermati bejn it-30 ta’ Ottubru 2025 u fit-18 ta’ Novembru 2025 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(12)

Ir-Renju Unit informa lill-Kummissjoni li wara dawk it-tifqigħat preċedenti tal-HPAI, implimenta politika ta’ qerda sabiex jikkontrolla u jillimita t-tixrid ta’ dik il-marda, kif ukoll lesta t-tindif u d-diżinfezzjoni meħtieġa wara l-implimentazzjoni tal-politika ta’ qerda fl-istabbilimenti tal-pollam infettat.

(13)

Il-Kummissjoni evalwat l-informazzjoni ppreżentata mir-Renju Unit f’dak ir-rigward, u jidhrilha li ta garanziji xierqa li s-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali li kienet wasslet għas-sospensjoni tad-dħul ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa fl-Unjoni miż-żoni affettwati, kif stabbilit fit-tabella fl-Anness V, il-Parti 1, it-Taqsima B, u fit-tabella tal-Anness XIV, il-Parti 1, it-Taqsima B, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404, ma għadhiex toħloq theddida għas-saħħa tal-annimali jew għas-saħħa pubblika fl-Unjoni u li, għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi awtorizzat mill-ġdid id-dħul fl-Unjoni ta’ dawk il-konsenji miż-żoni affettwati tar-Renju Unit, li minnhom kien ġie sospiż id-dħul fl-Unjoni. Għalhekk, l-entrati għar-Renju Unit f’dawk it-tabelli f’dawk l-Annessi jenħtieġ li jiġu emendati skont dan.

(14)

Filwaqt li jitqies li t-tifqigħat il-ġodda tal-HPAI fiċ-Ċilì u fl-Istati Uniti, u biex jiġi evitat it-tfixkil bla bżonn fil-kummerċ mar-Renju Unit, l-emendi li jridu jsiru fl-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 permezz ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jsiru effettivi b’mod urġenti.

(15)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ April 2026.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/692/oj).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/404/oj).


ANNESS

L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati kif ġej:

(1)

l-Anness V huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-Parti 1, it-Taqsima B hija emendata kif ġej:

(i)

fl-entrata għaċ-Ċilì, ir-ringiela għaż-żona CL-2.12 hi wara r-ringiela għaż-żona CL-2.11:

“CL

Iċ-Ċilì

CL-2.12

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

24.3.2026”

 

(ii)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringiela għaż-żona GB-2.401 u GB-2.402 hija sostitwita b’dan li ġej:

“GB

ir-Renju Unit

GB-2.401

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

30.10.2025

9.2.2026

GB-2.402

N, P1

 

31.10.2025

9.2.2026”

(iii)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringiela għaż-żona GB-2.413 hija sostitwita b’dan li ġej:

“GB

ir-Renju Unit

GB-2.413

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

6.11.2025

9.2.2026”

(iv)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringiela għaż-żona GB-2.426 hija sostitwita b’dan li ġej:

“GB

ir-Renju Unit

GB-2.426

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

18.11.2025

9.2.2026”

(v)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni US-2.1336 sa US-2.1348 jiżdiedu wara r-ringiela għaż-żona US-2.1335:

“US

l-Istati Uniti

US-2.1336

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

16.3.2026

 

US-2.1337

N, P1

 

17.3.2026

 

US-2.1338

N, P1

 

17.3.2026

 

US-2.1339

N, P1

 

17.3.2026

 

US-2.1340

N, P1

 

17.3.2026

 

US-2.1341

N, P1

 

19.3.2026

 

US-2.1342

N, P1

 

19.3.2026

 

US-2.1343

N, P1

 

20.3.2026

 

US-2.1344

N, P1

 

20.3.2026

 

US-2.1345

N, P1

 

20.3.2026

 

US-2.1346

N, P1

 

23.3.2026

 

US-2.1347

N, P1

 

23.3.2026

 

US-2.1348

N, P1

 

23.3.2026”

 

(b)

Il-Parti 2 hija emendata kif ġej:

(i)

fl-entrata għaċ-Ċilì, id-deskrizzjoni li ġejja taż-żona CL-2.12 tiżdied wara d-deskrizzjoni taż-żona CL-2.11:

“Iċ-Ċilì

CL-2.12

Metropolitan Region, Province of Talagante, Commune of Talagante

Latitude -33.7133 Longitude -70.9876

PZ: Communes Talagante, Isla de Maipo, El Monte.

SZ: Communes Talagante, El Monte, Isla de Maipo, Melipilla, Peñaflor and Paine.”

(ii)

fl-entrata għall-Istati Uniti, id-deskrizzjonijiet li ġejjin taż-żoni US-2.1336 sa US-2.1348 jiżdiedu wara d-deskrizzjoni taż-żona US-2.1335:

“L-Istati Uniti

US-2.1336

State of Indiana

Elkhart 29

Elkhart County

County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 85.7028320°W 41.6521644°N)

US-2.1337

State of Indiana

Elkhart 30

Elkhart County

County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 85.6537904°W 41.6888183°N)

US-2.1338

State of Indiana

Elkhart 31

Elkhart County

County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 85.6717034°W 41.6913003°N)

US-2.1339

State of Indiana

Adams 04

Adams County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 84.8784735°W 40.6965740°N)

US-2.1340

State of Indiana

Jay 13

Jay County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 84.8478545°W 40.6458711°N)

US-2.1341

State of Indiana

Elkhart 32

Elkhart County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 85.6707417°W 41.6932702°N)

US-2.1342

State of Indiana

LaGrange 80

LaGrange County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 85.6160496°W 41.6450048°N)

US-2.1343

State of Indiana

Elkhart 33

Elkhart County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 85.6523217°W 41.6725284°N)

US-2.1344

State of Indiana

Elkhart 34

Elkhart County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 85.6698524°W 41.6841502°N)

US-2.1345

State of Indiana

LaGrange 81

LaGrange County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 85.6311779°W 41.7027956°N)

US-2.1346

State of Indiana

Adams 05

Adams County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 84.8776514°W 40.7012539°N)

US-2.1347

State of Indiana

Elkhart 35

Elkhart County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 85.6552455°W 41.7226380°N)

US-2.1348

State of Indiana

LaGrange 82

LaGrange County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 85.5882007°W 41.6567615°N)”

(2)

fl-Anness XIV, fil-Parti 1, it-Taqsima B hija emendata kif ġej:

(a)

fl-entrata għaċ-Ċilì, ir-ringiela li ġejja għaż-żona CL-2.12 tiżdied wara r-ringiela għaż-żona CL-2.11:

“CL

Iċ-Ċilì

CL-2.12

POU, RAT

N, P1

 

24.3.2026

 

GBM

P1

 

23.3.2026”

 

(b)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringiela għaż-żoni GB-2.401 u GB-2.402 hija sostitwita b’dan li ġej:

“GB

ir-Renju Unit

GB-2.401

POU, RAT

N, P1

 

30.10.2025

9.2.2026

GBM

P1

 

30.10.2025

9.2.2026

GB-2.402

POU, RAT

N, P1

 

31.10.2025

9.2.2026

GBM

P1

 

31.10.2025

9.2.2026”

(c)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringiela għaż-żona GB-2.413 hija sostitwita b’dan li ġej:

“GB

ir-Renju Unit

GB-2.413

POU, RAT

N, P1

 

6.11.2025

9.2.2026

GBM

P1

 

6.11.2025

9.2.2026”

(d)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringiela għaż-żona GB-2.426 hija sostitwita b’dan li ġej:

“GB

ir-Renju Unit

GB-2.426

POU, RAT

N, P1

 

18.11.2025

9.2.2026

GBM

P1

 

18.11.2025

9.2.2026”

(e)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni US-2.1336 sa US-2.1348 jiżdiedu wara r-ringiela għaż-żona US-2.1335:

“US

l-Istati Uniti

US-2.1336

POU, RAT

N, P1

 

16.3.2026

 

GBM

P1

 

16.3.2026

 

US-2.1337

POU, RAT

N, P1

 

17.3.2026

 

GBM

P1

 

17.3.2026

 

US-2.1338

POU, RAT

N, P1

 

17.3.2026

 

GBM

P1

 

17.3.2026

 

US-2.1339

POU, RAT

N, P1

 

17.3.2026

 

GBM

P1

 

17.3.2026

 

US-2.1340

POU, RAT

N, P1

 

17.3.2026

 

GBM

P1

 

17.3.2026

 

US-2.1341

POU, RAT

N, P1

 

19.3.2026

 

GBM

P1

 

19.3.2026

 

US-2.1342

POU, RAT

N, P1

 

19.3.2026

 

GBM

P1

 

19.3.2026

 

US-2.1343

POU, RAT

N, P1

 

20.3.2026

 

GBM

P1

 

20.3.2026

 

US-2.1344

POU, RAT

N, P1

 

20.3.2026

 

GBM

P1

 

20.3.2026

 

US-2.1345

POU, RAT

N, P1

 

20.3.2026

 

GBM

P1

 

20.3.2026

 

US-2.1346

POU, RAT

N, P1

 

23.3.2026

 

GBM

P1

 

23.3.2026

 

US-2.1347

POU, RAT

N, P1

 

23.3.2026

 

GBM

P1

 

23.3.2026

 

US-2.1348

POU, RAT

N, P1

 

23.3.2026

 

GBM

P1

 

23.3.2026”

 


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/814/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)