|
9.6.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 193/32 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9843 — Colony Capital/PSP/NGD)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 193/10)
1.
Fit-2 ta’ Ġunju 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Colony Capital, Inc. (“Colony Capital”, l-Istati Uniti tal-Amerka); |
|
— |
il-Public Sector Pension Investment Board (“PSP”, il-Kanada), |
|
— |
Next Generation Data Ltd (“NGD”, ir-Renju Unit). |
Colony Capital u PSP jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ NGD kollha kemm hi.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Colony Capital: ġestjoni ta’ portafoll dinji kompost minn, fost oħrajn, investimenti fl-infrastruttura diġitali, fosthom towers ċellulari makro, ċentri tad-data, networks ċellulari żgħar u networks tal-fibre. |
|
— |
il-PSP: ġestjoni tal-pjanijiet tal-pensjoni ts-Servizz Pubbliku Federali Kanadiż, tal-Qawwiet Kanadiżi, tal-Kavallerija Rjali Kanadiża u tal-Forza ta’ Riżerva. |
|
— |
NGD: attiva fid-disinn, il-bini, it-tħaddim u l-ġestjoni kontinwa ta’ soluzzjonijiet ta’ ċentri tad-data fir-Renju Unit. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9843 — Colony Capital/PSP/NGD
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email:COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks+32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).