31992L0114



Official Journal L 409 , 31/12/1992 P. 0017 - 0030
Finnish special edition: Chapter 7 Volume 4 P. 0174
Swedish special edition: Chapter 7 Volume 4 P. 0174


Id-Direttiva tal-Kunsill 92/114/KEE

tas-17 ta' Diċembru 1992

dwar oġġetti ħerġin 'il barra 'l quddiem mill-pannell ta' wara tal-kabina ta' vetturi bil-mutur tal-kategorija N

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITÀ EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 100 a tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kumissjoni [1],

B'kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi għandhom jiġu adottati miżuri bl-iskop ta' l-istabbiliment progressiv tas-suq intern matul żmien li jintemm fil-31 ta' Diċembru 1992; billi s-suq intern jiġbor fih żona mingħajr fruntieri interni fejn iċ-ċaqliq liberu tal-merkanzija, tal-persuni, tas-servizzi u tal-kapital huwa assigurat;

Billi l-ħtiġiet tekniċi li l-vetturi bil-mutur jridu jħarsu b'mod konformi mal-liġijiet nazzjonali jirrigwardjaw, inter alia, l-oġġetti ħerġin 'il barra 'l quddiem mill-pannell ta' wara tal-kabina ta' vetturi għat-trasport ta' merkanzija;

Billi dawn il-ħtiġiet ivarjaw minn Stat Membru għal ieħor; billi hu għalhekk neċessarju li l-Istati Membri jadottaw l-istess ħtiġiet, jew b'żieda ma', jew inkella minflok ir-regoli eżistenti tagħhom, sabiex jippermettu, b'mod partikolari, il-proċedura ta' l-approvazzjoni-tat-tip KEE li kienet is-suġġett tad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta' Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li tirrigwardja l-approvazzjoni-tat-tip ta' vetturi bil-mutur u t-trailers tagħhom [4], li għandha tkun applikata għal kull tip ta' vettura;

Billi, bl-iskop li tittejjeb is-sigurtà tat-toroq, huwa meqjus imperattiv u urġentement neċessarju li l-kabini tal-vetturi bil-mutur tal-kategorija N ma jkollhomx oġġetti maħruġa 'l barra biex jitnaqqas ir-riskju jew il-gravità tal-ġrieħi soffruti minn persuna li jkollha kuntatt man-naħa ta' barra tal-vettura fil-każ ta' aċċident;

Billi hu rakkomandat li jitħarsu l-ħtiġiet tekniċi tar-Regolament tal-KEE Nru 61 (Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tal-Ġnus Maqgħuda) dwar id-disposizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw il-ħruġ 'il barra tal-kabini tal-vetturi tal-merkanzija; billi dan ir-Regolament tal-KEE huwa anness mal-Ftehim ta' l-20 ta' Marzu 1958 li jikkonċerna l-adottazzjoni tal-kondizzjonijiet uniformi ta' l-approvazzjoni u r-rikonoxximent reċiproku ta' l-approvazzjoni tat-tagħmir u partijiet ta' vetturi,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, "vettura" tfisser kull vettura bil-mutur tal-kategorija N, kif definita fl-Anness I tad-Direttiva 70/156/KEE, iddisinjata u kostruwita għall-użu fit-triq, bi jew mingħajr karrozzerija, b'għallanqas erba' roti u b'disinn ta' veloċità massima li teċċedi il-25 km/h.

Artikolu 2

L-ebda Stat Membru ma jista' jirrifjuta li jagħti l-approvazzjoni-tat-tip jew l-approvazzjoni nazzjonali tat-tip ta' vettura, jew jirrifjuta jew jipprojbixxi l-bejgħ, ir-reġistrazzjoni, id-dħul fis-servizz jew fl-użu ta' vettura fuq il-bażi li jirrigwardjaw il-ħruġ 'il barra tal-pannelli, 'il quddiem minn naħa ta' wara tal-kabina, jekk dawn il-vetturi jissoddisfaw il-ħtiġiet kif esibiti fl-Anness I.

Artikolu 3

Kull emendi neċessarji għall-addattament tal-ħtiġiet ta' l-Annessi għall-progress tekniku għandhom jiġu adottati b'mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 70/156/KEE.

Artikolu 4

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva mhux aktar tard mill-1 ta' Ġunju 1993.

Għandhom japplikaw dawn id-disposizzjonijiet mill-1 ta' Ottubru 1993.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-disposizzjonijiet, iridu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif trid issir din ir-referenza għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lejn il-Kummissjoni it-test tad-disposizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fis-settur kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-17 ta' Diċembru 1992.

Għall-Kunsill

Il-President

R. Needham

[1] ĠU C 230, 4.9.1991, p. 46.

[2] ĠU C 67, 16.3.1992, p. 77.

[3] ĠU C 305, 23.11.1992.

[4] ĠU L 42 23.2.1970, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 87/403/KEE (ĠU L 220, 8.8.1987, p. 44).

--------------------------------------------------

ANNESS I

1. KAMP TA' APPLIKAZZJONI

Din id-Direttiva tapplika għall-oġġetti ħerġin 'il barra 'l quddiem mill-pannell ta' wara tal-kabina ta' vetturi bil-mutur tal-kategorija N; hija llimitata għan-naħa ta' barra kif deskritt hawn taħt u ma tapplikax għall-mirja fuq barra għal ħarsien tan-naħa ta' wara tal-vettura, inklużi l-irfid tagħhom, jew għall-aċċessorji bħal ma huma antenni jew l-ixkafef għall-bagalji.

2. DEFINIZZJONIJIET

Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva:

2.1. "In-naħa ta' barra" tfisser dik il-parti tal-vettura 'l quddiem mill-pannell ta' wara tal-kabina kif deskritt f'2.5, bl-eċċezzjoni tal-pannell ta' wara nnifsu, u tinkludi l-affarjiet bħal ma huma l-ġnub ta' quddiem, il-bumpers ta' quddiem u r-roti ta' quddiem;

2.2. "L-approvazzjoni tat-tip" tfisser l-approvazzjoni tat-tip ta' vettura fir-rigward ta' l-affarjiet ħerġin 'il barra fuq l-estern tagħha;

2.3. "It-tip ta' vettura" tfisser vetturi li mhumiex differenti fl-aspetti essenzjali bħal ma huma "in-naħa ta' barra";

2.4. "Il-kabina" tfisser dik il-parti tal-karrozzerija magħmula mill-kompartiment tas-sewwieq u tal-passinġier, inklużi l-bibien;

2.5. "Il-Pannell tan-naħa ta' wara tal-kabina" tfisser il-biċċa ta' wara nett fuq in-naħa ta' barra tal-kompartiment tas-sewwieq u tal-passiġġier. Meta ma jkunx possibbli li tkun iddeterminata l-pożizzjoni tal-pannell ta' wara tal-kabina, għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva għandu jkun meqjus li dan ikun il-pjan vertikali transversali li qiegħed 50 ċm min-naħa ta' wara tal-punt R tal-post tas-sewwieq, bil-post, jekk jiċċaqlaq, imbuttat lura kemm jista' jkun fil-pożizzjoni għas-sewqan (ara l-Anness III tad-Direttiva 77/649/KEE) [1]). Jekk il-kabina għandha aktar minn filliera waħda ta' postijiet, il-post ta' wara nett tal-passiġġier fil-pożizzjoni l-aktar lura kemm jista' jkun għandu jkun ikkunsidrat għad-deskrizzjoni tal-pannell ta' wara tal-kabina. B'dana kollu, il-produttur jista', bi qbil tas-servizzi tekniċi, jitlob li d-distanza alternattiva jekk il-50 ċm ikunu jidhru li m'humiex xierqa għal vettura partikolari;

2.6. "Pjan ta' referenza" ifisser il-pjan orizzontali għaddej min-nofs tar-roti ta' quddiem jew il-pjan orizzontali li qiegħed 50 ċm 'il fuq mill-art, skond liema hu l-aktar baxx. Dan il-pjan huwa definit għall-kondizzjoni mgħobbija tal-vettura;

2.7. "Linja ta' l-art" tfisser linja stabbilita kif ġej:

Meta l-koni fuq assi vertikali ta' tul mhux stabbilit li l-ġenb tiegħu qiegħed f'angolu ta' 15° mal-vertikal jiċċaqlaq mnn-naħa ta' barra tal-vettura mgħobbija b'tali mod li jibqa' jmiss man-naħa ta' barra tal-karrozzerija mal-punt l-aktar 'l isfel tiegħu, il-linja ta' l-art hija t-traċċa ġeometrika tal-punti tal-kuntatt. Fid-determinazzjoni tal-linja ta' l-art, m'għandu jittieħed l-ebda akkont tat-tubi ta' l-ispurġar (exhaust pipes) jew tar-roti, jew il-karatteristiċi funzjonali mekkaniċi mwaħħla man-naħa ta' taħt bħal ma huma l-punti għall-irfiegħ, l-apparat tas-sospensjoni jew twaħħil għall-irmonk jew fil-każ ta' ħsara. Fl-ispazji fuq in-naħa ta' barra ta' l-arkati tar-roti, wiċċ immaġinarju li jestendi n-naħat ta' barra ta' ħdejh mingħajr ma jkun hemm tibdil fil-pożizzjoni. Il-bumpers ta' quddiem iridu jiġu kkonsidrati fid-determinazzjoni tal-linja ta' l-art. Skond it-tip ta' vetturi, it-traċċa tal-linja ta' l-art tista' tkun jew fuq in-naħa ta' barra tal-profil tal-bumper jew mal-pannell tal-karozzerija 'l isfel mill-bumper. Meta hemm tnejn jew aktar punti ta' kuntatt fl-istess ħin, il-punt ta' kuntatt l-aktar 'l isfel irid jintuża għad-determinazzjoni tal-linja ta' l-art;

2.8. "Ir-raġġ ta' kurvatura" tfisser ir-raġġ ta' l-ark taċ-ċirku li l-aktar jeqreb il-forma ċirkolari tal-komponent involut.

2.9. "Vettura mgħobbija" tfisser vettura mgħobbija bil-piż massimu teknikament permissibbli u d-distribuzzjoni ta' dan il-piż mal-fusien kif stipulat mill-produttur.

3. ĦTIĠIET ĠENERALI

3.1. Id-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva ma japplikawx għall-partijiet "tan-naħa ta' barra" ta' vettura li, meta l-vettura ma tkunx mgħobbija, bil-bibien, bit-twieqi, bil-fetħiet ta' l-aċċess, eċċ, f'pożizzjoni magħluqa, huma, jew:

3.1.1. 'il barra minn wesgħa li għandha bħala l-limitu l-aktar għoli tal-pjan orizzontali 2,00 m 'il fuq mill-art u bħala l-limiti l-aktar baxx jew il-pjan ta' referenza definit f'2.6, jew il-linja ta' l-art definita f'2.7, skond kif jagħżel il-produttur; jew

3.1.2. lokalizzata fiż-żona deskritta f'3.1.1, iżda li f'kondizzjoni statika ma tistax tiġi stirata bi sfera b'dijametru ta' 100 mm.

3.1.3. Meta l-pjan ta' referenza huwa l-limitu l-baxx taż-żona, akkont għandu jittieħed tal-partijiet tal-vettura 'l isfel mill-pjan ta' referenza li jidħlu bejn żewġ pjanijiet vertikali, wieħed li jmiss in-naħa ta' barra tal-vettura u l-ieħor parallel miegħu u 80 mm lejn in-naħa ta' ġewwa tal-vettura mill-punt fejn il-pjan ta' referenza jmiss il-karozzerija tal-vettura.

3.2. "In-naħa ta' barra" ta' vettura ma tridx ikollha, iħarsu 'l barra, xi biċċiet li aktarx jaqbdu ma xi persuna miexja fit-triq jew xi persuni fuq rota jew fuq mutur.

3.3. "In-naħa ta' barra'" tal-vettura ma tridx ikollha, iħarsu 'l barra, biċċiet bil-ponta jew li jaqtgħu jew xi affarijiet ta' sura, daqs, direzzjoni jew ebusija li aktarx iżidu r-riskju jew is-serjetà tal-ġrieħi għall-ġisem ta' persuna milquta min-naħa ta' barra jew li tkun messet magħha fil-każ ta' ħabta.

3.4. Biċċiet ħerġin 'il barra tan-naħa ta' barra li għandhom ebusija ta' mhux aktar minn 60 Shore A jistgħu jkollhom ir-raġġ ta' kurvatura inqas mill-valuri stipulati fis-sezzjoni 4 hawn taħt.

4. ĦTIĠIET SPEĊIFIĊI

4.1. Ornamenti, simboli kummerċjali, ittri u numri ta' marki kummerċjali

4.1.1. Ornamenti, simboli kummerċjali, ittri u numri ta' marki kummerċjali ma jistgħux ikollhom ir-raġġ ta' kurvatura ta' anqas minn 2,5 mm. Din il-ħtieġa ma tapplikax għal dawn il-partijiet jekk ma jesporġux aktar minn 5 mm mill-wiċċ ta' madwarhom; iżda, f'dan il-każ ix-xfarijiet tagħhom li jħarsu 'l barra għandhom jsiru li ma jaqtgħux.

4.1.2. Ornamenti, simboli kummerċjali, ittri u numri ta' marki kummerċjali, li jesporġu aktar minn 10 mm mill-wiċċ ta' madwarhom iridu jiddaħħlu, jinqalgħu jew jitgħawġu taħt forza ta' 10daN fuq il-punt l-aktar saljenti tagħhom f'kull direzzjoni f'pjan kważi parallel mal-wiċċ li fuqu twaħħlu. Għall-applikazzjoni ta' forza ta' 10 daN trid tintuża għodda b'ponta ċatta b'dijametru ta' anqas minn 50 mm. Meta dan ma jkunx possibbli, metodu ekwivalenti għandu jintuża. Wara li l-ornamenti jiddaħħlu 'l ġewwa, jinqalgħu jew jitgħawġu, il-biċċa li tifdal ma trid toħroġ 'il barra aktar minn 10 mm u ma tridx ikollha xi xifer bil-ponta, jew xieref li jaqta.

4.2. Visors tal-fanali ta' quddiem u l-gwarniċi

4.2.1. Visors u gwarniċi ħerġin 'il barra fuq il-fanali ta' quddiem huma permissibbli basta li l-ħruġ il-barra tagħhom imkejjel b'relazzjoni mal-wicc trasparenti estern tal-fanali ma jeċċedux il-30 mm u r-raġġ ta' kurvatura tagħhom ikun mill-anqas 2,5mm mad-dawra kollha.

4.2.2. Fanali ta' quddiem li jistgħu jiddaħħalu 'l ġewwa jridu jilħqu l-ħtiġiet ta' 4.2.1. kemm fil-pożizzjoni operattiva kif ukoll dik imdaħħla.

4.2.3. Id-disposizzjonijiet ta' 4.2.1 ma japplikawx għall-fanali ta' quddiem imdaħħlin fil-karrozzerija, jew meta l-fanali ta' quddiem ikunu spurġati bil-karrozzerija, basta li l-karrozzerija tkun konformi mal-ħtiġiet ta' 3.2.

4.3. Gradilji

Il-partijiet tal-gradilji jridu jkollhom ir-raġġ ta' kurvatura ta':

- mhux anqas minn 2,5mm jekk id-distanza bejn il-partijiet ta' ħdejn xulxin tkun ta' aktar minn 40 mm,

- mhux anqas minn 1 mm jekk id-distanza tkun ta' bejn 25 u 40 mm,

- mhux anqas minn 0,5 mm jekk id-distanza tkun ta' anqas minn 25 mm,

4.4. L-apparat li jnaddaf il-windscreens u l-fanali ta' quddiem

4.4.1. L-apparat imsemmi hawn fuq jrid ikollu wiper shafts b'kisja protettiva b'raġġ ta' kurvatura ta' mhux anqas minn 2,5 mm u wesgħa tal-wiċċ ta' mhux anqas minn 150 mm2 imkejjel fil-ħruġ ta' punt ta' sezzjoni mhux aktar 'il bogħod minn 6,5 mm mill-punt li joħroġ l-aktar 'il barra.

4.4.2. Iż-żennuni għall-apparat li jnaddaf il-windscreen u l-fanali ta' quddiem iridu jkollhom ir-raġġ tal-kurvatura ta' mhux anqas minn 2,5 mm. Dawk li joħorġu anqas minn 5 mm jridu jkollhom xifer li jħares 'il barra li ma jaqtax.

4.5. L-apparat protettiv (bumpers)

4.5.1. Ix-xifer ta' l-apparat protettiv fuq quddiem irid ikun imdawwar lejn in-naħa ta' barra tal-karrozzerija.

4.5.2. Il-komponenti ta' l-apparat protettiv fuq quddiem iridu jkunu ddisinnati b'tali mod li l-uċuħ iebsin li jħarsu 'l barra jkollhom ir-raġġ ta' kurvatura ta' mhux anqas minn 5 mm.

4.5.3. L-apparat bħal ma huma l-ganċijiet għall-irmunkaġġ u t-tarjoli ma jridx joħroġ aktar min-naħa l-aktar 'il quddiem tal-bumper. B'dana kollu, it-tarjoli jistgħu joħorġu aktar min-naħa l-aktar 'il quddiem tal-bumper basta li jkunu miksijin meta ma jkunux qegħdin jintużaw b'kisja protettiva b'raġġ ta' kurvatura ta' mhux anqas 2,5 mm.

4.5.4. Il-ħtiġiet ta' 4.5.2. ma japplikawx għall-partijiet tal-bumper jew il-partijiet imwaħħla fuq jew fil-bumper li joħorġu anqas minn 5 mm. Ix-xfarijiet ta' l-apparat li joħroġ inqas minn 5 mm għandhom ikunu li ma jaqtgħux. Fir-rigward ta' l-apparat imwaħħal fuq il-bumpers u msemmija f'sezzjonijiet oħra ta' din id-Direttiva, il-ħtiġiet partikolari f'din id-Direttiva jibqgħu applikabbli.

4.6. Manki, ċappetti, buttuni ta' bibien, kompartamenti tal-bagalji, l-għatu tal-magna (il-bonnet), fetħiet bi ġwienaħ u manki għall-imqabad

4.6.1. Il-partijiet ta' fuq ma jridux joħorġu aktar minn: 30 mm fil-każ ta' buttuni, 70 mm fil-każ ta' manki tal-maqbad u l-qfiel ta' l-għatu tal-makna, u 50 mm fil-każijiet kollha l-oħra. Iridu jkollhom radji ta' kurvatura ta' mhux anqas minn 2,5 mm.

4.6.2. Jekk il-manki tal-bibien tal-ġnub iridu jduru biex joperaw, iridu jkunu konformi ma wieħed jew aktar mill-ħtiġiet li ġejjin:

4.6.2.1. Fil-każ ta' manki li jduru b'mod parallel mal-pannell tal-bieb in-naħa l-miftuħa tal-manki għandhom ikunu jħarsu lejn in-naħa ta' wara. It-tarf ta' dawn il-manki jrid jiddawwar lura lejn il-pannell tal-bieb u jitwaħħal f'madwar protettiv jew ikun jistaħba f'daħla;

4.6.2.2. Manki li jduru 'l barra f'kull direzzjoni li mhumiex paralleli mal-pannell tal-bieb iridu, meta magħluqin, jiddawru b'madwar protettiv jew jistaħbew f'daħla. In-naħa l-miftuħa trid tħares lejn jew in-naħa ta' wara jew in-naħa t'isfel.

B'dankollu, manki li ma jkunux konformi ma din l-aħħar kondizzjoni jistgħu jitħallew jekk:

- għandhom mekkaniżmu indipendenti ta' treġġiegħ lura,

- jekk il-mekkaniżmi ta' treġġiegħ lura ma jaħdimx, ma jistgħux joħorġu aktar minn 15 mm,

- f'din il-pożizzjoni miftuħa, ikollhom ir-raġġ ta' kurvatura ta' mhux anqas minn 2,5 mm (din il-ħtieġa ma tapplikax jekk fil-pożizzjoni miftuħa massima l-ħruġ ikun ta' inqas minn 5 mm, f'liema każ l-angoli tal-partijiet li jħarsu 'l barra ma jistgħux ikunu jaqtgħu),

- il-wesgħa tal-wiċċ tax-xifer, meta mkejla mhux aktar minn 6,5 mm mill-punt li joħroġ l-aktar, ma tkunx anqas minn 150 mm2.

4.7. Running boards (turġien ta' taħt il-bibien)

Ix-xifer tar-running boards u tat-taraġ iridu jkunu jaqtgħu.

4.8. Difletturi laterali ta' l-arja u tax-xita u difletturi ta' l-arja tat-twieqi

Xifer li jista' jħares 'il barra jrid ikollu r-raġġ ta' kurvatura ta' mhux anqas minn 1mm.

4.9. Xfarijiet ta' pjanċi tal-ħadid

Ix-xfarijiet tal-pjanċi tal-ħadid huma permissibbli sakemm ix-xifer ikun mitwi lura lejn il-karrozzerija biex ma jkunx jista' jitmiss bi sfera b'dijametru ta' 100 mm jew li għandu kisja protettiva b'raġġ ta' kurvatura ta' mhux anqas minn 2,5 mm.

4.10. Skorfini tar-roti, hub caps u apparat protettiv

4.10.1. L-iskorfini tar-roti, hub caps u apparat protettiv ma jistgħux ikollhom partijiet ħerġin 'il barra fil-għamla ta' xewka tad-dahar.

4.10.2. Meta l-vettura tkun qed timxi f'linja dritta, l-ebda parti mir-roti, apparti mit-tyres, li jinstabu fuq il-pjan orizzontali, għaddejja fl-assi tar-rotazzjoni tagħhom, ma tridx toħroġ 'il barra mill-ħruġ vertikali fuq pjan orizzontali, tax-xifer tal-pannell tal-karozzerija 'l fuq mir-rota. B'dana kollu, jekk il-ħtiġiet funzjonali jkunu jeħtieġu hekk, l-apparat protettiv li jgħatti l-iskorfini tar-roti u l-hubs jista' joħroġ 'il barra mill-ħruġ vertikali tax-xifer tal-pannell tal-karozzerija 'l fuq mir-rota, bil-kondizzjoni li r-raġġ tal-kurvatura tal-wiċċ tal-biċċa ħierġa ma tkunx inqas minn 5mm u li l-ħruġ 'il barra mill-ħruġ vertikali tax-xifer tal-pannell tal-karozzerija 'l fuq mir-rota fl-ebda każ ma jrid ikun ta' anqas minn 30 mm.

4.10.3. Apparat(i) protettiv(i) li huwa konformi ma' 4.10.2. għandu jitwaħħal jekk l-iskorfini joħorġu barra mill-ħruġ tan-naħa ta' barra tat-tyre (il-biċċa tat-tyre 'l fuq mill-pannell orizzontali għaddeja mill-assi ta' rotazzjoni tar-rota).

4.11. Punti ta' l-irfigħ u tubu(tubi) ta' l-ispurġar (exhaust pipe)

4.11.1. Il-punti ta' l-irfigħ (jekk hemm) u t-tubi ta' l-ispurġar jew it-tubi ma jridux joħorġu aktar minn 10 mm 'il barra mill-ħruġ vertikali tal-linja ta' l-art jew mill-ħruġ vertikali ta' l-intersezzjoni tal-pjan ta' referenza man-naħa ta' barra tal-vettura.

4.11.2. Minkejja l-ħtiġiet t'hawn fuq, tubu ta' l-ispurġar jista' joħroġ aktar minn 10 mm sakemm ix-xfarijiet tiegħu huma tondi fit-tarf b'raġġ ta' kurvatura ta' mhux inqas minn 2,5 mm.

4.12. Il-ħruġ u d-distanzi jridu jitkejlu b'mod konformi mal-ħtiġiet ta' l-Anness III.

5. APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI-TAT-TIP KEE

5.1. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta' vettura fir-rigward ta' l-affarjiet fuq in-naħa ta' barra trid tkun ippreżentata mill-produttur tal-vettura jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

5.2. Din għandha tkun akkumpanjata bi tliet kopji tad-dokumenti msemmija hawn taħt:

5.2.1. Deskrizzjoni tat-tip tal-vettura, l-oġġetti fuq in-naħa ta' barra 'l quddiem tal-pannell ta' wara tal-kabina tagħha, inklużi l-partikolari msemmija fl-Anness III, flimkien mad-dokumentazzjoni meħtieġa fl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 3 tad-Direttiva 70/156/KEE;

5.2.2. Ritratti tan-naħat ta' quddiem u tal-ġnub tal-vettura;

5.2.3. It-tpinġijiet dimensjonali tan-naħa ta' barra, bl-oġġetti fuq barra, bil-punt-R, bil-pjan ta' referenza jew bil-linja ta' l-art, li fl-opinjoni tas-servizz tekniku jinħtieġu sabiex tintwera l-konformità mad-disposizzjonijiet f'3 u f'4.

5.3. L-applikant għandu jippreżenta lis-servizz tekniku responsabbli għat-twettiq tat-test ta' l-approvazzjoni:

5.3.1. Vettura rappreżentattiva tat-tip għal approvazzjoni u l-parti(jiet) tal-vettura meqjusa neċessarji għat-twettiq tat-testijiet meħtieġa minn din id-Direttiva;

5.3.2. Xi partijiet u kampjuni tal-materjali wżati, jekk is-servizz tekniku jkun jeħtieġhom.

6. APPROVAZZJONI-TAT-TIP KEE

L-approvazzjoni tat-tip tal-KEE tingħata u jinħareġ ċertifikat b'mod konformi mal-mudell fl-Anness IV, jekk il-vettura ppreżentata għall-approvazzjoni tħares id-disposizzjonijiet deskritti fis-sezzjoni 5 u tilħaq il-ħtiġiet fis-sezzjonijiet 3 u 4.

Fuq it-talba tal-produttur, kull vettura tal-kategorija N1 tista' tingħata l-approvazzjoni tat-tip fir-rigward ta' l-oġġetti fuq barra 'l quddiem mill-pannell ta' wara tal-kabina tagħha fuq il-bażi ta' l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tad-Direttiva 74/83/KEE [2].

7. ESTENSJONI TA' L-APPROVAZZJONI TAT-TIP KEE

7.1. Kull modifikazzjoni tat-tip ta' vettura jew ta' l-oġġetti esterni 'l quddiem mill-pannel ta' wara tal-kabina tagħha trid tiġi avżata lid-dipartiment amministrattiv li jkun approva t-tip tal-vettura. Dak id-dipartiment jista' mbagħad jew:

7.1.1. jikkonsidra li l-modifikazzjonijiet li saru aktarx ma jkollhomx effett negattiv u f'kull każ il-vettura xorta tħares il-ħtiġiet; jew

7.1.2. jitlob rapport ta' test ieħor mis-servizz tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet.

7.2. L-awtorita kompetenti li torħoġ l-estensjoni ta' l-approvazzjoni trid tagħti numru serjali ta' l-estensjoni fiċ-ċertifikat ta' l-approvazzjoni tat-tip kif muri fl-Anness IV.

[1] ĠU L 267, 19.10.1977, p. 1. Id-Direttiva l-aħħar emendata bid-Direttiva 90/630/KEE (ĠU L 341, 6.12.1990, p. 20).

[2] ĠU L 266, 2.10.1974, p. 4.

--------------------------------------------------

ANNESS II

KEJL TA' ĦRUĠ U TA' DISTANZI

1. METODU GĦAD-DETERMINAZZJONI TAD-DAQS TA' ĦRUĠ TA' PART IMWAĦĦLA FUQ IN-NAĦA ESTERNA

1.1. Id-dimensjonijiet tal-ħruġ ta' parti mwaħħal fuq pannell konvess jistgħu jkunu ddeterminati jew direttament jew b'referenza għal disinn ta' sezzjoni xierqa tal-parti fil-pożizzjoni tat-twaħħil.

1.2. Jekk il-ħruġ ta' parti mwaħħla fuq pannell ieħor li mhux konvess ma jistax ikun stabbilit b'kejl sempliċi, għandhom jiġu stabbiliti bil-varjazzjoni massima fid-distanza bejn il-linja ta' referenza tal-pannell u n-nofs ta' sfera b'dijametru ta' 100mm meta l-isfera tiċċaqlaq b'kuntatt kontinwu mal-parti. Eżempju ta' l-użu ta' dan il-metodu jidher fil-figura 1.

1.3. Għal manki, il-ħruġ irid jitkejjel b'relazzjoni mal-pjan li jgħaddi mill-punti tat-twaħħil. Eżempju hu mogħti fil-figura 2.

2. METODU GĦALL-ISTABBILIMENT TAL-ĦRUĠ TA' VIŻURI TAL-FANALI U TA' GWARNIĊI

2.1. Il-ħruġ mill-wiċċ ta' barra tal-fanal ta' quddiem jitkejjel orizzontalment mill-punt ta' kuntatt ta' sfera b'dijametru ta' 100 mm, kif jidher fil-figura 3.

3. METODU GĦAD-DETERMINAZZJONI TAD-DISTANZA BEJN IL-PARTIJIET TA' GRADILJA

3.1. Id-distanza bejn il-partijiet ta' gradilja hija d-distanza bejn żewġ pjani għaddejjin mill-punti ta' kuntatt ta' l-isfera u perpendikulari mal-linja li tgħaqqad il-punti tal-kuntatt. Eżempji ta' l-użu ta' dan il-metodu jidhru fil-figuri 4 u 5.

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS III

MUDELL TAD-DOKUMENT TA' L-INFORMAZZJONI (a)

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS IV

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------