<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑511/14</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62014CJ0511</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:448">EU:C:2016:448</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20160616">16.6.2016</DATE> – KAWŻA C‑511/14</P><P>PEBROS SERVIZI</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20160616">16 ta’ Ġunju 2016</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja</KEYWORD><KEYWORD>Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 805/2004</KEYWORD><KEYWORD>Titolu eżekuttiv Ewropew għall-krediti mhux ikkontestati</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 3(1)(b)</KEYWORD><KEYWORD>Kundizzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Sentenza fil-kontumaċja</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>kreditu mhux ikkontestat<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Aġir proċedurali ta’ parti li twassal għal <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>assenza ta’ kontestazzjoni tal-kreditu<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="2019" ID="QE0002"/></KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑511/14,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mit-Tribunale di Bologna (qorti ta’ Bologna, l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20141106">6 ta’ Novembru 2014</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20141114">14 ta’ Novembru 2014</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Pebros Servizi Srl</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Aston Martin Lagonda Ltd.</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn L. Bay Larsen, President tal-Awla, D. Šváby, J. Malenovský, M. Safjan (Relatur) u M. Vilaras, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: Y. Bot,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Pebros Servizi Srl, minn N. Maione, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn M. Salvatorelli, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn T. Henze u J. Kemper, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn F. Moro u M. Wilderspin, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20160114">14 ta’ Jannar 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal‑Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 805/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20040421">21 ta’ April 2004</DATE>, li joħloq Ordni Ewropew ta’ Infurzar [titolu eżekuttiv Ewropew] għal talbiet mhux kontestati (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 38).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża mressqa minn Pebros Servizi Srl, kumpannija stabbilita fl-Italja, intiża għaċ-ċertifikazzjoni bħala titolu eżekuttiv Ewropew, fis-sens tar-Regolament Nru 805/2004, ta' sentenza li saret definittiva, mogħtija fil-kontumaċja kontra Aston Martin Lagonda Ltd (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Aston Martin<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), kumpannija stabbilita fir-Renju Unit.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont il-premessi 5, 6, 10, 12, 17 u 20 tar-Regolament Nru 805/2004:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>(5)</NO.P><TXT>Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>talbiet mhux kontestati<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/> għandu ikopri s-sitwazzjonijiet kollha li fihom kreditur, minħabba n-nuqqas verifikat ta’ xi disputa mid-debitur dwar in-natura jew il-limitu tat-talba ta’ flus, ikun kiseb jew deċiżjoni tal-qorti kontra d-debitur jew dokument ta’ infurzar li jeħtieġ il-kunsens espress tad-ebitur, sew jekk ikun settlement tal-qorti jew strument awtentiku.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(6)</NO.P><TXT>In-nuqqas ta’ oġġezzjonijiet mid-debitur kif stipulati fl-Artikolu 3(1)(b) jistagħu jieħu l-forma ta’ nuqqas li jidher fi smigħ tal-qorti jew nuqqas li jikkonforma ma’ talba tal-qorti li jagħti avviż bil-miktub tal-ħsieb tiegħu li jiddefendi l-każ.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(10)</NO.P><TXT>Fejn qorti fi Stat Membru tkun tat sentenza fuq talba mhux kontestata fl-assenza ta’ parteċipazzjoni fil-proċedimenti, it-tneħħija ta’ xi verifiki fl-Istat Membru ta’ l-infurzar hija intrinsikament marbuta u dipendenti fuq l-eżistenza ta’ garanzija suffiċjenti ta’ l-osservanza tad-drittijiet tad-difiża.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(12)</NO.P><TXT>Għandhom jiġu stabbiliti standards minimi għall-proċeduri li jwasslu għas-sentenza sabiex jiġi żgurat li d-debitur ikun informat dwar l-azzjoni fil-qorti kontrih, il-ħtiġiet għall-parteċipazzjoni attiva tiegħu fil-proċeduri li jikkontesta t-talba u l-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ parteċipazzjoni tiegħu fi żmien bizzejjed u b’dak il-mod li huwa ikun jista’ jirranġa għad-difiża tiegħu.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(17)</NO.P><TXT>Il-qrati kompetenti biex jiflu l-konformità sħiħa ma’ l-istandards minimi ta’ proċedura għandhom, fejn sodisfatti, joħorġu ċertifikat ta’ Ordni Ewropew ta’ Infurzar [titolu eżekuttiv Ewropew] standardizzat li jagħmel l-iskrutinju u r-riżultati tiegħu traspararenti.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><?PAGE NO="3"?><CONSID><NP><NO.P>(20)</NO.P><TXT>L-applikazzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni bħala Ordni Ewropew ta’ Infurzar għal talbiet mhux kontestati għandhom ikun bl-għażla għall-kreditur, li jista’ jagħżel is-sistema ta’ rikonoxximent u infurzar taħt ir-Regolament [tal-Kunsill] (KE) Nru 44/2001[, tat-<DATE ISO="20001222">22 ta’ Diċembru 2000</DATE>, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42)] jew strumenti oħra tal-Komunità.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 805/2004, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Suġġett<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>L-għan ta’ dan ir-Regolament huwa li joħloq Ordni Ewropew ta’ Infurzar [titolu eżekuttiv Ewropew] għal talbiet mhux kontestati li jippermetti, permezz tal-preskrizzjoni ta’ standards minimi, iċ-ċirkolazzjoni ħielsa ta’ sentenzi, settlement tal-qrati u strumenti awtentiċi mal-Komunità kollha mingħajr ma ikun meħtieġ li jinġiebu xi proċeduri intermedjarji fl-Istat Membru ta’ l-infurzar qabel ir-rikonoxximent u l-infurzar.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Drittijiet ta’ infurzar li għandhom jiġu ċertifikati bħala Ordni Ewropew ta’ Infurzar [titolu eżekuttiv Ewropew]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Dan ir-Regolament għandu japplika għal sentenzi, settlement tal-qorti, u strumenti awtentiċi dwar talbiet mhux kontestati.</P><P>Talba titqies bħala mhux kontestata jekk:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>id-debitur ikun espressament qabel miegħu billi ammetta jew permezz ta’ settlement li ikun ġie approvat minn qorti jew konkluż quddiem qorti fil-kors ta’ proċeduri; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>id-debitur ma jkun oġġezzjoni qatt għalih, b’konformità mal-ħtiġiet relevanti proċedurali taħt il-liġi ta’ l-Istat Membru ta’ l-oriġini, fil-kors tal-proċeduri tal-qorti; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>id-debitur ma jkunx deher jew ġie rappreżentat fis-smigħ tal-qorti fir-rigward ta’ dik it-talba wara li kien inizjalment oġġezzjoni għat-talba fil-kors tal-proċeduri tal-qorti, kemm-il darba dak il-koportament ikun jammonta għal ammissjoni siekta tat-talba jew tal-fatti allegati mill-kreditur taħt il-liġi ta’ l-Istat Membru ta’ l-oriġini; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>id-debitur ikun espressament qabel li jkun strument awtentiku.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Ħtiġiet għal ċertifikazzjoni bħala Ordni Ewropew ta’ Infurzar [titolu eżekuttiv Ewropew]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Sentenza dwar talba mhux kontestata mwassla fi Stat Membru għandha, ma’ l-applikazzjoni f’kull żmien tal-qorti ta’ oriġini, tiġi ċertifikata bħala Ordni Ewropew ta’ Infurzar jekk:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>is-sentenza tkun tista’ tiġi nfurzata fl-Istat Membru ta’ l-oriġini; u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>is-sentenza ma tkunx f’konflitt mar-regoli dwar il-ġurisdizzjoni kif preskritti fit-taqsimiet 3 u 6 tal-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 44/2001; u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>il-proċeduri tal-qorti fl-Istat Membru ta’ l-oriġini ikunu ħarsu l-ħtiġiet kif stipulati fil-Kapitolu III fejn talba ma tkunx kontestata skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 3(1)(b) jew (ċ) […]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 9(1) tar-Regolament Nru 805/2004, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Ħruġ ta’ ċertifikat ta’ Ordni Ewropew ta’ Infurzar [titolu eżekuttiv Ewropew]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Iċ-ċertifikat ta’ Ordni Ewropew ta’ Infurzar għandu jinħareġ bl-użu tal-formola standard fl-Annessi.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Il-Kapitolu III tar-Regolament Nru 805/2004, li fih jinkludi l-Artikoli 12 sa 19 ta’ dan tal-aħħar, jistabbilixxi standards minimi applikabbli għal proċeduri dwar debiti mhux ikkontestati. Dawn l-istandards, intiżi sabiex jitħarsu d-drittijiet tad-difiża tad-debitur, ma jikkonċernawx biss il-metodi ta’ notifika jew ta’ servizz tal-att promotur u atti oħra, iżda wkoll il-kontenut informattiv ta’ dan l-att, peress li d-debitur għandu jiġi informat dwar il-kreditu kif ukoll dwar il-proċedura li għandha tiġi segwita sabiex jikkontestah. L-Artikolu 12(1) ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Kamp ta’ l-applikazzjoni ta’ l-istandards minimi<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Sentenza fuq talba li ma tkunx kontestata skod it-tifsira ta’ l-Artikolu 3(1)(b) jew (ċ) tista’ biss tiġi ċertifikata bħala Ordni Ewropew ta’ Infurzar [titolu eżekuttiv Ewropew] jekk il-proċeduri tal-qorti fl-Istat Membru ta’ l-oriġini ikunu jikkonformaw mal-ħtiġiet proċedurali stipulati f’dan il-Kapitolu.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 27 tar-Regolament Nru 805/2004, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Relazzjoni mar-Regolament (KE) Nru 44/2001<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Dan ir-Regolament ma għandux jeffettwa l-possibbiltà li jitfittex rikonoxximent u infurzar, skont ir-Regolament (KE) Nru 44/2001, ta’ sentenza, settlement ta’ qorti jew strument awtentiku dwar talba mhux kontestata.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Taljan</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Fid-dritt Taljan, il-proċedura fil-kontumaċja hija rregolata mill-Kapitolu VI, tat-Titolu I, tal-Ktieb II tal-Codice di procedura civile (Kodiċi ta’ proċedura ċivili). Dan il-Kapitolu VI jinkludi l-Artikoli 290 sa 294 ta’ dan il-kodiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 291 tal-Kodiċi ta’ proċedura ċivili, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Nuqqas ta’ dehra tal-konvenut<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>Jekk il-konvenut ma jidhirx u l-qorti istruttorja tikkonstata difett li jwassal għan-nullità tan-notifika tat-taħrika, hija tiffissa terminu obbligatorju fil-konfront tar-rikorrenti sabiex jikkonferma t-tħarrika. Il-konferma tostakola kull dekadenza.<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 293 ta’ dan il-kodiċi, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>Dehra tal-konvenut kontumaċi<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>Il-konvenut iddikjarat kontumaċi jista’ jidher quddiem il-qorti fi kwalunkwe mument tal-proċedura sas-seduta fejn jiġu ppreċiżati t-talbiet.</ALINEA><ALINEA>Id-dehra tista’ ssir permezz tal-preżentazzjoni ta’ nota, ta’ rappreżentazzjoni u ta’ atti fir-Reġistru, jew b’dehra quddiem il-qorti waqt is-seduta.</ALINEA><ALINEA>Il-konvenut kontumaċi li jidher quddiem il-qorti, fi kwalunkwe każ, jista’ jikkontesta s-sottomissjonijiet bil-miktub ppreżentati kontrih matul l-ewwel seduta jew fit-terminu lilu allokat mill-qorti istruttorja.<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 294 tal-istess kodiċi, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>Tneħħija tad-dekadenza<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>Il-konvenut kontumaċi li jidher quddiem il-qorti jista’ jitlob lill-qorti istruttorja sabiex jiġi awtorizzat iwettaq atti li għalihom huwa kieku jkun eskluż jekk juri li, minħabba fin-nullità tat-taħrika jew tan-notifika ta’ din, huwa ma setax jieħu konjizzjoni tal-proċedura jew li huwa kien ostakolat milli jidher minnħabba f’kawża li ma hijiex attribwibbli għalih.<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-tilwima fil-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju li Pebros Servizi ħarrket quddiem it-Tribunale di Bologna (qorti ta’ Bologna, l-Italja) numru ta’ kumpaniji, li fosthom hemm Aston Martin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-iżvolġiment tal-kawża bejn Pebros Servizi u Aston Martin quddiem din il-qorti seħħ fl-assenza ta’ din tal-aħħar, minkejja li skont id-deċiżjoni tar-rinviju, it-taħrika ġiet debitament innotifikata u li din kienet f’pożizzjoni li tipparteċipa f’din il-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tal-<DATE ISO="20140124">24 ta’ Jannar 2014</DATE> li temmet din il-kawża, it-Tribunale di Bologna (qorti ta’ Bologna) ikkundannat lil Aston Martin tħallas lil Pebros Servizi s-somma ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">18000</FT>, flimkien mal-interessi legali mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din is-sentenza u sal-ħlas, kif ukoll ikkundannatha għall-ispejjeż, għal ammonti ta’ EUR 835 u EUR <FT TYPE="NUMBER">9500</FT> għal, rispettivament, l-ispejjeż tal-kawża u spejjeż professjonali, miżjuda bit-taxxa fuq il-valur miżjud u kontribuzzjonijiet oħra relatati mas-sigurtà soċjali skont il-liġi nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Peress li din is-sentenza ma ġietx appellata hija saret definittiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20141014">14 ta’ Ottubru 2014</DATE>, Pebros Servizi adixxiet lit-Tribunale di Bologna (qorti ta’ Bologna) b’talba għaċ-ċertifikazzjoni ta’ din is-sentenza bħala titolu eżekuttiv Ewropew, fis-sens tar-Regolament Nru 805/2004, sabiex tiftaħ il-proċedura ta’ eżekuzzjoni li tippermetti l-irkupru tal-kreditu tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju għandha dubji dwar l-applikabbiltà tar-Regolament Nru 805/2004 fil-kawża prinċipali, sa fejn, fis-sistema ġuridiku Taljan, l-assenza fil-kawża ma tikkostitwixxix kunsens mill-konvenut fil-konfront tat-talba mressqa kontrih. Għalhekk, tinqala’ l-kwistjoni ta’ jekk kundanna fil-kontumaċja tistax tiġi kkunsidrata bħala kundanna għal debitu mhux ikkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, din il-qorti tirrileva li żewġ interpretazzjonijiet tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>assenza ta’ kontestazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> huma possibbli. L-ewwel interpretazzjoni, issuġġerita minn din il-qorti u bbażata fuq id-dritt nazzjonali, teskludi l-applikazzjoni tar-Regolament Nru 805/2004, peress li l-proċedura fil-kontumaċja prevista fl-ordinament ġuridiku Taljan ma tammontax għal nuqqas ta’ kontestazzjoni tad-debitu. Min-naħa l-oħra, skont it-tieni interpretazzjoni, dan il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>assenza ta’ kontestazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> huwa ddefinit b’mod awtonomu mid-dritt tal-Unjoni u jinkludi wkoll l-assenza fil-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-Tribunale di Bologna (qorti ta’ Bologna) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>Fil-każ ta’ sentenza fil-kontumaċja (fl-assenza ta’ parti) li permezz tagħha parti li ma dehritx/assenti kienet ġiet ikkundannata, mingħajr, madankollu, ebda rikonoxximent espress tad-dritt minn naħa ta’ din il-parti,</P><P>huwa d-dritt nazzjonali li għandu jiddetermina jekk dan l-aġir proċedurali huwiex ekwivalenti għal nuqqas ta’ kontestazzjoni fis-sens tar-Regolament (KE) Nru 805/2004, tal-<DATE ISO="20040421">21 ta’ April 2004</DATE>, ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-UE fit-<DATE ISO="20040430">30 ta’ April 2004</DATE>, li possibbilment jista’ jiċħad, skont id-dritt nazzjonali, in-natura mhux ikkontestata tat-talba,</P><P>jew</P><P>abbażi tad-dritt Ewropew, kundanna fil-kontumaċja/fl-assenza ta’ parti timplika, minn natura tagħha stess, nuqqas ta’ kontestazzjoni, b’mod li r-Regolament (KE) Nru 805/2004 japplika irrispettivament mill-evalwazzjoni tal-qorti nazzjonali?<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari u tad-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Il-gvern Taljan jikkontesta l-ammissibbiltà kemm tat-talba għal deċiżjoni preliminari kif ukoll tad-domanda preliminari.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Skont il-gvern Taljan, fil-kawża prinċipali, it-Tribunale di Bologna (qorti ta’ Bologna) ma hijiex tintervjeni fil-kwalità tagħha ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>qorti<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE, sa fejn il-proċedura segwita minn dik il-qorti, meta tintalab tiddeċiedi dwar talba għaċ-ċertifikazzjoni ta’ deċiżjoni ġudizzjarja bħala titolu eżekuttiv Ewropew, ma tissodisfax il-kriterji oġġettivi li jippermettu li din il-proċedura tiġi kklassifikata bħala eżerċizzju ta’ attività ġudizzjarja, peress li din il-proċedura iktar tista’ titqies bħala purament amministrattiva jew bħala proċedura ta’ ġurisdizzjoni volontarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li skont ġurisprudenza stabbilita, jekk l-Artikolu 267 TFUE ma jissuġġettax ir-rinviju lill-Qorti tal-Ġustizzja għan-natura kontradittorja tal-proċedura li matulha l-qorti nazzjonali tifformula domanda preliminari, il-qrati nazzjonali għandhom is-setgħa li jadixxu lill-Qorti tal-Ġustizzja biss jekk tilwima hija pendenti quddiemhom u jekk dawn huma mitluba jiddeċiedu fil-kuntest ta’ proċedura maħsuba sabiex twassal għal deċiżjoni ta’ natura ġudizzjarja (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090625">25 ta’ Ġunju 2009</DATE>, <NAME.CASE>Roda Golf &amp; Beach Resort</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑14/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:395">EU:C:2009:395</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fil-fatt, dan ikun il-każ tal-proċedura li twassal għaċ-ċertifikazzjoni ta’ sentenza ġudizzjarja bħala titolu eżekuttiv Ewropew. F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kellha l-okkażjoni li tippreċiża li din il-proċedura teħtieġ eżami ġudizzjarju tal-kundizzjonijiet previsti mir-Regolament Nru 805/2004, sabiex tevalwa l-osservanza tal-istandards minimi intiżi li jiżguraw ir-rispett tad-drittijiet tad-difiża tad-debitur (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141217">17 ta’ Diċembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Imtech Marine Belgium</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑300/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:825">EU:C:2015:825</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Għalhekk, dan ir-regolament jimponi fuq il-korp li jipproċedi għaċ-ċertifikazzjoni ta’ deċiżjoni ġudizzjarja bħala titolu eżekuttiv Ewropew, li jwettaq sensiela ta’ verifiki tal-elementi elenkati fil-formola fl-Anness I tar-Regolament Nru 805/2004. F’dak li jikkonċerna l-istħarriġ tar-regolarità tal-proċedura ġudizzjarja li wasslet għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni li hija s-suġġett taċ-ċertifikazzjoni, li din il-qorti twettaq fl-istadju ta’ din iċ-ċertifikazzjoni, hekk kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 29 tal-konklużjonijiet tiegħu, din ma hijiex ta’ natura differenti mill-verifiki ta’ natura ġudizzjarja li għandha twettaq qabel ma tagħti d-deċiżjonijiet ġudizzjarji tagħha fi kawżi oħra. Barra minn hekk, fl-Artikolu 6 tiegħu, dan ir-regolament b’mod partikolari jimponi fuq din il-qorti, lil hinn mill-istħarriġ tar-regolarità ta’ din il-proċedura ġudizzjarja preċedenti u tal-osservanza tar-regoli ta’ ġurisdizzjoni, stħarriġ tan-natura eżekuttiva tad-deċiżjoni mogħtija u tan-natura tad-debitu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Barra minn hekk, minkejja li l-proċedura ta’ ċertifikazzjoni tiżvolġi wara li t-tilwima tkun ġiet deċiża mid-deċiżjoni ġudizzjarja li tagħlaq l-istanza, xorta jibqa’ l-fatt li, fl-assenza ta’ ċertifikazzjoni, din id-deċiżjoni ma tkunx għad għandha l-kapaċità meħtieġa sabiex tgawdi minn moviment liberu fl-ispazju ġudizzjarju Ewropew, hekk kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 32 tal-konklużjonijiet tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li jekk l-kliem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>jagħtu s-sentenza tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE, jinkludu l-proċedura kollha li twassal għas-sentenza tal-qorti tar-rinviju, dawn il-kliem għandhom jiġu interpretati b’mod wiesgħa, sabiex jiġi evitat li numru ta’ kwistjonijiet proċedurali jiġu kkunsidrati bħala inammissibbli u ma jkunux jistgħu jingħataw interpretazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja u li din tal-aħħar ma tkunx tista’ tieħu konjizzjoni tal-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet kollha tad-dritt tal-Unjoni li l-qorti tar-rinviju hija obbligata<?PAGE NO="7"?> tapplika (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110217">17 ta’ Frar 2011</DATE>, <NAME.CASE>Weryński</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑283/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:85">EU:C:2011:85</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150611">11 ta’ Ġunju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Fahnenbrock <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑226/13, C‑245/13, C‑247/13 u C‑578/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:383">EU:C:2015:383</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Għalhekk, il-proċedura ta’ ċertifikazzjoni ta’ deċiżjoni ġudizzjarja bħala titolu eżekuttiv Ewropew jidher, mill-perspettiva funzjonali, mhux bħala proċedura distinta mill-proċedura ġudizzjarja preċedenti, iżda bħala l-aħħar fażi ta’ din, neċessarju sabiex tiżgura l-effettività sħiħa tagħha, li tippermetti lill-kreditur li jipproċedi għall-irkupru tad-debitu tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, hemm lok li jiġi kkonstatat li ċ-ċertifikazzjoni ta’ deċiżjoni ġudizzjarja bħala titolu eżekuttiv Ewropew jikkostitwixxi att ta’ natura ġudizzjarja, li fil-kuntest tal-adozzjoni tiegħu l-qorti nazzjonali għandha s-setgħa li tagħmel domanda preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja. Konsegwentement, it-talba għal deċiżjoni preliminari hija ammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà tad-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Il-gvern Taljan jeċċepixxi l-inammissibbiltà tad-domanda preliminari magħmula, billi jsostni li, fl-assenza ta’ applikazzjoni imperattiva, fil-kawża prinċipali, tar-Regolament Nru 805/2004, din id-domanda hija mingħajr rilevanza. Fil-fatt, skont dan il-gvern, l-applikazzjoni, f’din it-tilwima, tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20121212">12 ta’ Diċembru 2012</DATE>, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="351" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 351, p. 1</REF.DOC.OJ>), jippermetti li tiġi evitata l-problema tad-definizzjoni ta’ debitu mhux ikkontestat, kif hemm f’din il-kawża, peress li dan l-aħħar regolament ma fih ebda referenza għar-regoli nazzjonali ta’ proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa biżżejjed li jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, id-domandi dwar l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni jibbenefikaw minn preżunzjoni ta’ rilevanza, u ċ-ċaħda mill-Qorti tal-Ġustizzja ta’ talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn qorti nazzjonali hija possibbli biss meta jidher b’mod manifest li l-interpretazzjoni mitluba tad-dritt tal-Unjoni ma għandha ebda relazzjoni mar-realtà jew mas-suġġett tal-kawża prinċipali, meta l-problema tkun ta’ natura ipotetika jew inkella meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex għad-dispożizzjoni tagħha punti ta’ fatt u ta’ liġi neċessarji sabiex tirrispondi b’mod utli għad-domandi li jkunu sarulha (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150611">11 ta’ Ġunju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Fahnenbrock <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑226/13, C‑245/13, C‑247/13 u C‑578/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:383">EU:C:2015:383</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dan il-każ, Pebros Servizi talbet, skont ir-Regolament Nru 805/2004, iċ-ċertifikazzjoni ta’ sentenza bħala titolu eżekuttiv Ewropew. Għaldaqstant, il-qorti adita b’din it-talba għandha tivverifika jekk il-kundizzjonijiet previsti minn dan ir-regolament humiex issodisfatti. Indipendentement mill-fatt li r-Regolament Nru 1215/2012 ma huwiex applikabbli <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> għall-kawża prinċipali, li l-fatti dwarha huma preċedenti għad-data li minnha beda japplika dan ir-regolament, il-fatt li, fil-każ ta’ rifjut ta’ tali talba, Pebros Servizi tista’, skont il-gvern Taljan, tibda l-proċedura ta’ eżekuzzjoni prevista minn dan l-aħħar regolament jew tagħżel direttament din il-proċedura ma taffettwax ir-rilevanza tad-domanda magħmula.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Għaldaqstant id-domanda preliminari magħmula hija ammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq il-mertu</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk il-kundizzjonijiet li taħthom, fil-każ ta’ sentenza fil-kontumaċja, debitu huwa meqjus bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>mhux ikkontestat<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, fis-sens tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 805/2004, għandhomx jiġu ddeterminati skont il-liġi tal-forum jew b’mod awtonomu, permezz biss ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, mir-rekwiżiti kemm tal-applikazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni kif ukoll tal-prinċipju ta’ ugwaljanza jirriżulta li t-termini ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni li ma tinkludi ebda riferiment espress għad-dritt tal-Istati Membri sabiex jiġu ddeterminati t-tifsira u l-portata tagħha, għandhom normalment jingħataw, fl-Unjoni Ewropea kollha, interpretazzjoni awtonoma u uniformi li għandha tiġi mfittxija billi jittieħdu inkunsiderazzjoni l-kuntest tad-dispożizzjoni u l-għan li l-leġiżlazzjoni inkwistjoni tfittex li tilħaq (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131205">5 ta’ Diċembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Vapenik</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑508/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:790">EU:C:2013:790</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li r-Regolament Nru 805/2004 ma jiddefinixxix il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>debitu mhux ikkontestat<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> billi jirreferi għad-dritt tal-Istati Membri. Għall-kuntrarju, jirriżulta minn qari tal-Artikolu 3 ta’ dan ir-regolament fid-dawl tal-premessa 5 ta’ din tal-aħħar, li dan il-kunċett huwa kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni. Ir-referenza għad-dritt tal-Istati Membri fil-punti (b) u (ċ) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-regolament ma jirrigwardax l-elementi li jikkostitwixxu dan il-kunċett, iżda jikkonċerna biss elementi speċifiċi tal-applikazzjoni tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Il-premessa 5 ta’ dan l-istess regolament tistabbilixxi li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>talbiet mhux kontestati<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> għandu jkopri s-sitwazzjonijiet kollha li fihom kreditur, fl-assenza vverifikata ta’ kull kontestazzjoni mid-debitur dwar in-natura u l-ammont ta’ kreditu pekunjarju, ikun kiseb, b’mod partikolari, deċiżjoni ġudizzjarja kontra dan id-debitur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Hekk kif jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju, Aston Martin, fil-kwalità tagħha ta’ debitur debitament informat u li ngħatat l-opportunità li tipparteċipa fil-proċedura ġudizzjarja, baqgħet inattiva matul din il-proċedura, u fl-ebda mument ma pparteċipat fiha. Għal din ir-raġuni, sentenza fil-kontumaċja ngħatat fil-konfront tagħha. Minn dan jirriżulta li s-sitwazzjoni ta’ din il-kumpannija taqa’ taħt il-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 805/2004, li taħtu debitu huwa meqjus bħala mhux ikkontestat, jekk <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>id-debitur ma jkun oġġezzjoni qatt għalih, b’konformità mal-ħtiġiet relevanti proċedurali taħt il-liġi ta’ l-Istat Membru ta’ l-oriġini, fil-kors tal-proċeduri tal-qorti<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Il-premessa 6 ta’ dan ir-regolament, f’dan ir-rigward, jippreċiża li l-assenza ta’ oġġezzjonijiet mid-debitur, kif previst fl-Artikolu 3(1)(b) ta’ dan ir-regolament, jista’ jieħu l-forma ta’ nuqqas li jidher f’seduta jew nuqqas li jikkonforma ma’ talba tal-qorti li jagħti avviż bil-miktub tal-ħsieb tiegħu li jiddefendi l-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Konsegwentement, debitu jista’ jitqies bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>mhux ikkontestat<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> fis-sens tal-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 805/2004, jekk id-debitur bl-ebda mod ma jaġixxi sabiex jopponi għal dan, billi ma jweġibx għall-istedina tal-qorti li javżaha bil-miktub dwar l-intenzjoni li jiddefendi l-kawża jew billi ma jidhirx fis-seduta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi kkonstatat li ċ-ċirkustanza li, skont id-dritt Taljan, kundanna fil-kontumaċja ma hijiex ekwivalenti għal kundanna għal debitu mhux ikkontestat hija mingħajr rilevanza għall-finijiet tar-risposta li għandha tingħata għad-domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju. Ir-referenza espliċita għar-regoli ta’ proċedura tal-Istat Membru, prevista fil-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 805/2004, tirrigwarda mhux il-konsegwenzi ġuridiċi fl-assenza tad-debitur fil-proċedura, peress li dawn huma s-suġġett ta’ klassifikazzjoni awtonoma taħt dan ir-regolament, iżda tikkonċerna esklużivament il-modalitajiet proċedurali li taħthom id-debitur jista’ effettivament jopponi d-debitu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Fil-fatt, għandu jiġi rrilevat li r-Regolament Nru 805/2004 jistabbilixxi biss standards proċedurali minimi, neċessarji għar-rispett tad-drittijiet tad-difiża tad-debitur kontumaċi, mingħajr ma jirregola l-aspetti kollha tal-kontestazzjoni tad-debitu, bħal, b’mod partikolari, il-forma ta’ att ta’ kontestatazzjoni, il-korpi implikati fil-proċedura ta’ kontestatazzjoni jew it-termini applikabbli. Konsegwentement, f’kull Stat Membru, id-debitur għandu jipproċedi għal tali kontestazzjoni, konformement mar-regoli ta’ proċedura ċivili fis-seħħ.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Barra minn hekk, f’dak li jikkonċerna l-istandards minimi ta’ proċedura stabbiliti fil-Kapitolu III ta’ dan ir-regolament u msemmija fil-punt preċedenti ta’ din is-sentenza, dawn l-istandards, li l-osservanza tagħhom hija neċessarja, skont l-Artikolu 6(1)(ċ) ta’ dan ir-regolament, sabiex deċiżjoni dwar debitu mhux ikkontestat mogħti fi Stat Membru jista’ jiġi ċċertifikat bħala titolu eżekuttiv Ewropew, għandhom l-għan li jiżguraw, konformement mal-premessa 12 tal-istess regolament, li d-debitur ikun informat fi żmien utli u b’tali mod li jkun jista’ jorganizza d-difiża tiegħu, minn naħa, mill-kawża mressqa kontrih kif ukoll mill-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni attiva tiegħu fil-proċedura sabiex jikkontesta d-debitu kkonċernat u, min-naħa l-oħra, tal-konsegwenzi ta’ assenza ta’ parteċipazzjoni f’din. Fil-każ partikolari ta’ deċiżjoni fil-kontumaċja, fis-sens tal-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 805/2004, dawn l-istandards minimi ta’ proċedura huma intiżi sabiex jiżguraw l-eżistenza ta’ garanziji suffiċjenti tar-rispett tad-drittijiet tad-difiża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li l-kundizzjonijiet li fihom, fil-każ ta’ deċiżjoni fil-kontumaċja, debitu huwa meqjus <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>mhux ikkontestat<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>, fis-sens tal‑punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 805/2004, għandhom jiġu ddeterminati b’mod awtonomu, bis-saħħa ta’ dan ir-regolament biss.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Il-kundizzjonijiet li fihom, fil-każ ta’ deċiżjoni fil-kontumaċja, debitu huwa meqjus <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>mhux ikkontestat<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, fis-sens tal‑punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 805/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20040421">21 ta’ April 2004</DATE>, li joħloq Ordni Ewropew ta’ Infurzar [titolu eżekuttiv Ewropew] għal talbiet mhux kontestati, għandhom jiġu ddeterminati b’mod awtonomu, bis-saħħa ta’ dan ir-regolament biss.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>