|
25.7.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 186/28 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1533
tal-24 ta’ Lulju 2023
dwar ir-rikonoxximent tar-rekwiżiti tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali Ecoprofit bħala konformi mar-rekwiżiti korrispondenti tal-iskema ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) f’konformità mal-Artikolu 45 tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2001/681/KE u 2006/193/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 45(4) tiegħu,
Wara li kkonsultat lill-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 49 tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009,
Billi:
|
(1) |
Fid-9 ta’ Mejju 2022, l-Awstrija bagħtet talba bil-miktub lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 45(1) tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 għar-rikonoxximent tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali ECOPROFIT (ÖKOPROFIT). Sussegwentement, l-Awstrija bagħtet informazzjoni addizzjonali biex tipprovdi lill-Kummissjoni l-evidenza meħtieġa biex tivvaluta l-ekwivalenza tal-partijiet rilevanti tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali Ecoprofit mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1221/2009. |
|
(2) |
Abbażi tat-talba tal-Awstrija, il-Kummissjoni vvalutat l-ekwivalenza tal-partijiet li ġejjin tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali ECOPROFIT (ÖKOPROFIT) mar-rekwiżiti korrispondenti tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009: (i) l-impenn tal-maniġment superjuri; (ii) ir-reviżjoni tal-ġestjoni; (iii) l-istabbiliment ta’ reviżjoni ambjentali; (iv) l-istabbiliment ta’ politika ambjentali; (v) l-iżgurar tal-konformità legali; (vi) l-objettivi u l-programm ambjentali stabbiliti biex jiġi żgurat titjib kontinwu; (vii) l-istruttura organizzattiva (ir-rwoli u r-responsabbiltajiet), u t-taħriġ u l-involviment tal-impjegati; (viii) ir-rekwiżiti tad-dokumentazzjoni; (ix) il-kontroll operattiv; (x) it-tħejjija u r-rispons għall-emerġenza; (xi) il-verifika interna u l-azzjoni korrettiva; (xii) il-komunikazzjoni (interna u esterna); (xiii) ir-rekwiżiti ta’ akkreditazzjoni jew ta’ liċenzjar għall-korpi ta’ ċertifikazzjoni. |
|
(3) |
Meta jitqiesu r-responsabbiltajiet tal-maniġment superjuri u l-involviment f’kull pass tal-programm ECOPROFIT (ÖKOPROFIT), il-parti tal-ECOPROFIT (ÖKOPROFIT) marbuta mal-“Impenn tal-maniġment superjuri” jenħtieġ li tiġi rikonoxxuta bħala ekwivalenti għar-rekwiżiti stabbiliti fil-partijiet A.5.1, A.5.2, u B.2 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009. |
|
(4) |
Meta wieħed iqis in-nuqqas ta’ reviżjoni jew dokumentazzjoni tal-ġestjoni tal-valutazzjoni tal-ġestjoni fil-programm ECOPROFIT (ÖKOPROFIT), il-parti tal-ECOPROFIT (ÖKOPROFIT) marbuta mar-“Reviżjoni tal-Ġestjoni” jenħtieġ li ma tiġix rikonoxxuta bħala ekwivalenti għar-rekwiżiti stabbiliti fil-parti A.9.3 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009. |
|
(5) |
Meta wieħed iqis li, fi ħdan il-programm ECOPROFIT, l-aspetti ambjentali ewlenin huma identifikati u analizzati bħala parti mill-konsultazzjoni inizjali (l-ewwel verifika ambjentali) iżda li l-programm ma jqisx biżżejjed l-aspetti ambjentali indiretti u li mhux l-elementi rilevanti kollha tal-EMAS huma kkunsidrati u ddokumentati, il-parti tal-ECOPROFIT (ÖKOPROFIT) “Stabbiliment ta’ reviżjoni ambjentali” jenħtieġ li tiġi rikonoxxuta parzjalment biss bħala ekwivalenti għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I sa u l-parti A.6.1. tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009. B’mod speċifiku, il-partijiet li ġejjin tal-ECOPROFIT (ÖKOPROFIT) “Stabbiliment ta’ reviżjoni ambjentali” jenħtieġ li jiġu rikonoxxuti bħala ekwivalenti: (i) l-istabbiliment tal-kuntest organizzattiv; (ii) l-identifikazzjoni tal-partijiet interessati u determinazzjoni tal-ħtiġijiet u l-aspettattivi rilevanti tagħhom; (iii) l-identifikazzjoni tar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli relatati mal-ambjent; (iv) l-evalwazzjoni tal-feedback mill-investigazzjoni ta’ inċidenti preċedenti; (v) l-istabbiliment u dokumentazzjoni tar-riskji u l-opportunitajiet; (vi) l-eżami tal-proċessi, prattiki u proċeduri eżistenti. Madankollu, (vii) l-identifikazzjoni tal-aspetti ambjentali diretti u indiretti kollha; u (viii) il-valutazzjoni tas-sinifikat tal-aspetti ambjentali jenħtieġ li ma jiġux rikonoxxuti bħala ekwivalenti. |
|
(6) |
Meta wieħed iqis li, fl-ECOPROFIT (ÖKOPROFIT), il-maniġment superjuri jistabbilixxi u jippubblika l-politika ambjentali u l-linji gwida li jistabbilixxu l-prinċipji u jiddefinixxu qafas għall-istabbiliment ta’ objettivi ambjentali, il-parti tal-ECOPROFIT (ÖKOPROFIT) marbuta mat-“Twaqqif ta’ politika ambjentali” jenħtieġ li tiġi rikonoxxuta bħala ekwivalenti għar-rekwiżiti stabbiliti fil-parti A.5.2 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009. |
|
(7) |
Meta wieħed iqis li s-sistema ECOPROFIT (ÖKOPROFIT) tirrikjedi li l-organizzazzjonijiet jipprovdu l-materjal jew l-evidenza dokumentarja meħtieġa li turi li tikkonforma mar-rekwiżiti legali applikabbli kollha relatati mal-ambjent, il-parti tal-ECOPROFIT (ÖKOPROFIT) marbuta mal-“Iżgurar tal-konformità legali” jenħtieġ li tiġi rikonoxxuta bħala ekwivalenti għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 4(4) tal-partijiet A.6.1.3 u B.4 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009. |
|
(8) |
Meta jitqies li fil-programm ta’ segwitu tal-ECOPROFIT (ÖKOPROFIT), l-organizzazzjoni għandha l-opportunità li ttejjeb kontinwament l-idoneità, l-adegwatezza u l-effettività tas-sistema ECOPROFIT biex ittejjeb il-prestazzjoni ambjentali u li t-titjib kontinwu tal-prestazzjoni ambjentali jiġi vverifikat kull sena minn esperti mill-Kummissjoni tal-ECOPROFIT, il-parti tal-ECOPROFIT marbuta mal-“Objettivi u l-programm ambjentali stabbilit biex jiġi żgurat titjib kontinwu” jenħtieġ li tiġi rikonoxxuta bħala ekwivalenti għar-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti A.10.3 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009, fl-Artikolu 1 u l-Parti B.1 tal-Anness II ta’ dak ir-Regolament u fl-Artikolu 18(2), il-punt (c) u l-Artikolu 18(7), il-punt (b) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(9) |
Filwaqt li jitqies li fil-programm ECOPROFIT (ÖKOPROFIT) il-maniġer tal-ECOPROFIT huwa maħtur mill-maniġment superjuri u huwa responsabbli għall-implimentazzjoni korretta tas-sistema ECOPROFIT, li l-maniġers tal-ECOPROFIT jipparteċipaw f’taħriġ u sessjonijiet ta’ ħidma regolari fir-rigward tal-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjonijiet u li l-impjegati kollha tal-organizzazzjoni fil-livelli kollha huma involuti u jistgħu jipparteċipaw b’mod attiv fl-iskema, il-parti tal-ECOPROFIT (ÖKOPROFIT) marbuta mal-“Istruttura organizzattiva, it-taħriġ u l-involviment tal-impjegati” jenħtieġ li tiġi rikonoxxuta bħala ekwivalenti għar-rekwiżiti stabbiliti fil-parti A.5.3 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009, u fil-parti A.7.2 tal-Anness II ta’ dak ir-Regolament u fl-Artikolu 1 u l-Parti B.6 tal-Anness II ta’ dak ir-Regolament. |
|
(10) |
Meta wieħed iqis li r-rapport ambjentali tal-ECOPROFIT jinkludi dokumentazzjoni dwar l-objettivi ambjentali, l-aspetti ambjentali tal-organizzazzjoni u lista tal-miżuri implimentati, iżda li la huma dokumentati l-kriterji użati fil-valutazzjoni tas-sinifikat tal-aspetti ambjentali ta’ organizzazzjoni, u lanqas l-aspetti ambjentali indiretti, il-parti tal-ECOPROFIT (ÖKOPROFIT) marbuta mar-“Rekwiżiti ta’ dokumentazzjoni” jenħtieġ li ma tiġix rikonoxxuta bħala allinjata mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 20, u fil-partijiet A.4.4, A.6.2.1 u A.7.5 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009. |
|
(11) |
Meta jitqies li l-ippjanar u l-kontroll operattiv mhumiex jew huma indirizzati biss parzjalment mill-ECOPROFIT (ÖKOPROFIT), il-parti tal-ECOPROFIT (ÖKOPROFIT), marbuta mal-“Kontroll operazzjonali” jenħtieġ li ma tiġix rikonoxxuta bħala ekwivalenti għar-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti A.6.1 u 6.2 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009. |
|
(12) |
Meta jitqies li t-tħejjija u r-rispons għal emerġenza mhumiex indirizzati jew huma indirizzati biss parzjalment mill-ECOPROFIT (ÖKOPROFIT), il-parti tal-ECOPROFIT (ÖKOPROFIT) marbuta mat-“Tħejjija u r-rispons f’każ ta’ emerġenza” jenħtieġ li ma tiġix rikonoxxuta bħala ekwivalenti għar-rekwiżiti stabbiliti fil-parti A.8.2 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009. |
|
(13) |
Meta jitqies li r-reviżjoni interna indipendenti tal-programm ECOPROFIT (ÖKOPROFIT) ma tkoprix bis-sħiħ l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni jew il-prestazzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni ambjentali, il-parti tal-ECOPROFIT (ÖKOPROFIT) marbuta mal-“Awditjar intern u azzjoni korrettiva” jenħtieġ li ma tiġix rikonoxxuta bħala ekwivalenti għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(b) u (c), l-Artikolu 6(2)(a), l-Artikolu 9, il-partijiet A.9.2, A.10.2 tal-Anness II u l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009. |
|
(14) |
Meta wieħed iqis li l-programm ECOPROFIT (ÖKOPROFIT) ma jirrikjedix li l-kumpaniji jippubblikaw informazzjoni dwar l-aspetti ambjentali jew l-indikaturi ewlenin tas-sistemi tagħhom esternament, il-parti tal-ECOPROFIT (ÖKOPROFIT) marbuta mal-“Komunikazzjoni (interna u esterna)” jenħtieġ li ma tiġix rikonoxxuta bħala ekwivalenti għar-rekwiżiti stabbiliti fil-partijiet A.7.4 u B.7 tal-Anness II u l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009. |
|
(15) |
Meta jitqies li l-verifika ta’ organizzazzjoni tal-ECOPPROFIT (ÖKOPROFIT) ma ssirx minn verifikatur ambjentali, il-parti tal-ECOPROFIT (ÖKOPROFIT) marbuta mar-“Rekwiżiti ta’ akkreditazzjoni jew ta’ liċenzjar għall-korpi taċ-ċertifikazzjoni” jenħtieġ li ma tiġix rikonoxxuta bħala ekwivalenti għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 4(5), 6, 7, 18 sa 27 tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-partijiet tal-iskema tal-Ecoprofit li huma speċifikati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni bħala konformi mar-rekwiżiti korrispondenti tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 (“ir-rekwiżiti tal-EMAS”).
Artikolu 2
Kwalunkwe bidla fl-iskema Ecoprofit li taffettwa din id-Deċiżjoni għandha tiġi rrappurtata lill-Kummissjoni, mill-inqas fuq bażi annwali.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Lulju 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
ANNESS
|
Sommarju tal-Valutazzjoni |
|
|||
|
Rekwiżiti |
Ekwivalenti |
Mhux ekwivalenti |
||
|
X |
|
||
|
|
X |
||
|
|
|
||
|
X |
|
||
|
X |
|
||
|
X |
|
||
|
X |
|
||
|
X |
|
||
|
X |
|
||
|
|
X |
||
|
|
X |
||
|
X |
|
||
|
X |
|
||
|
X |
|
||
|
X |
|
||
|
|
X |
||
|
|
X |
||
|
|
X |
||
|
|
X |
||
|
|
X |
||
|
|
X |
||
(1) Dan il-kriterju jirreferi għall-proċeduri interni eżistenti biex tiġi identifikata, iddokumentata u żgurata l-konformità legali. Madankollu, ma jirreferix għall-valutazzjoni tal-konformità legali minn verifikatur ta’ parti terza li huwa kopert skont il-punt 13 ta’ din il-valutazzjoni.