12003TN13/09/B



Official Journal L 236 , 23/09/2003 P. 0911 - 0912


B. IL-KWALITÀ TA' L-ILMA

31991 L 0271: Id-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal- 21 ta' Mejju 1991 dwar it-trattament ta' l-ilma urban mormi (ĠU L 135, 30.5.1991, p. 40), kif emendata bi:

- 31998 L 0015: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 98/15/KE tas- 27.2.1998 (ĠU L 67, 7.3.1998, p. 29).

B'deroga mill-Artikoli 3, 4 u 5(2) tad-Direttiva 91/271/KEE, il-ħtiġijiet għal sistemi ta' ġbir u trattament ta' l-ilma urban mormi ma għandux japplika għal kollox fis-Slovenja sal- 31 ta' Diċembru 2015 skond il-miri intermedji li ġejjin:

- sal- 31 ta' Diċembru 2008, għandha tintlaħaq konformità mad-Direttiva f' inħawi sensittivi għal agglomerazzjonijiet ta' popolazzjoni b'ekwivalenza ta' aktar minn 10000;

- sal- 31 ta' Diċembru 2010, għandha tintlaħaq konformità mad-Direttiva għal agglomerazzjonijiet ta' popolazzjoni b'ekwivalenza ta' aktar minn 15000.

--------------------------------------------------