<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><ORDER xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.ORDER><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-6/21 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62021CO0006</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:756">EU:C:2021:756</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>5</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>5</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.ORDER><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Digriet tas-<DATE ISO="20210917">17.9.2021</DATE> ‑ Kawżi magħquda C‑6/21 P u C‑16/21 P,</HT></P><P><HT TYPE="SC">Il-Ġermanja vs Pharma Mar u Il-Kummissjoni</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P><P><DATE ISO="20210917">17 ta’ Settembru 2021</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Appell</KEYWORD><KEYWORD>Intervent</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 40 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Talba mressqa minn aġenzija tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD><HT TYPE="ITALIC">Locus standi</HT> sabiex tintervjeni f’tilwima bejn Stati Membri u istituzzjonijiet tal-Unjoni</KEYWORD><KEYWORD>Interess fis-soluzzjoni tat-tilwima</KEYWORD><KEYWORD>Ammissjoni</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><ORDER.INIT><P>Fil-Kawżi magħquda C‑6/21 P u C‑16/21 P,</P><P>li għandha bħala suġġett żewġ appelli skont l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ippreżentati fis-<DATE ISO="20210107">7 ta’ Jannar 2021</DATE>,</P></ORDER.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja</HT>, irrappreżentata minn S. Heimerl u J. Möller, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>appellanti fil-Kawża C‑6/21 P,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>sostnuta minn:</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi</HT>, irrappreżentat minn M. K. Bulterman u J. Langer, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>intervenjenti fl-appell,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS><INTERVENERS><P>il-partijiet l-oħra fil-kawża li huma:</P><P><HT TYPE="BOLD">Pharma Mar SA</HT>, stabbilita f’Colmenar Viejo (Spanja), irrappreżentata minn M. Merola u V. Salvatore, avvocati,</P><PARTY.STATUS>konvenuta fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></INTERVENERS><INTERVENERS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn L. Haasbeek u A. Sipos, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></INTERVENERS><INTERVENERS><P>u</P><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika tal-Estonja</HT>, irrappreżentata minn N. Grünberg, bħala aġent,</P><PARTY.STATUS>appellanti fil-Kawża C‑16/21 P,</PARTY.STATUS></INTERVENERS><?PAGE NO="2"?><INTERVENERS><P>sostnuta minn:</P><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja</HT>, irrappreżentata minn S. Heimerl u J. Möller, bħala aġenti,</P><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi</HT>, irrappreżentat minn M. K. Bulterman u J. Langer, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>intervenjenti fl-appell,</PARTY.STATUS></INTERVENERS><INTERVENERS><P>il-partijiet l-oħra fil-kawża li huma:</P><P><HT TYPE="BOLD">Pharma Mar SA</HT>, stabbilita f’Colmenar Viejo, irrappreżentata minn M. Merola u V. Salvatore, avvocati,</P><PARTY.STATUS>konvenuta fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></INTERVENERS><INTERVENERS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn L. Haasbeek u A. Sipos, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></INTERVENERS></PARTIES><PREAMBLE.GEN><PREAMBLE.INIT><P>IL-PRESIDENT TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li ra l-proposta ta’ D. Šváby, Imħallef Relatur,</VISA><VISA>wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, J. Richard de la Tour,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>jagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE.GEN><CONTENTS.ORDER><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Digriet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tal-appelli rispettivi tagħhom, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika tal-Estonja jitolbu l-annullament tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201028">28 ta’ Ottubru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Pharma Mar vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑594/18</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2020:512">EU:T:2020:512</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li permezz tagħha din il-qorti annullat id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C (2018) 4831 final tas‑<DATE ISO="20180717">17 ta’ Lulju 2018</DATE> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Deċiżjoni kontenzjuża<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) li tirrifjuta l-awtorizzazzjoni taħt ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20040331">31 ta’ Marzu 2004</DATE> li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 34, p. 229), tat-tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem Aplidin – plitidepsine.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Permezz ta’ atti ppreżentati fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fid-29 ta’ April u fl-<DATE ISO="20210520">20 ta’ Mejju 2021</DATE>, l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) talbet, abbażi tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 40 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 130 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, applikabbli għall-proċedura ta’ appell skont l-Artikolu 190(1) ta’ dawn ir-regoli, li tintervjeni fil-Kawżi C‑6/21 P u C‑16/21 P insostenn tat-talbiet tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u tar-Repubblika tal-Estonja, rispettivament. L-EMA ssostni, minn naħa, li hija għandha interess dirett fl-annullament tas-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201028">28 ta’ Ottubru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Pharma Mar vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑594/18</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2020:512">EU:T:2020:512</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), sa fejn il-Qorti Ġenerali bbażat l-annullament tad-Deċiżjoni kontenzjuża fuq<?PAGE NO="3"?> l-irregolarità tal-proċedura ta’ evalwazzjoni tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-Aplidin ‑ plitidepsine li hija kienet inkarigata minnha, konformement mar-Regolament Nru 726/2004. Min-naħa l-oħra, l-EMA ssostni li l-eżitu ta’ din il-kawża jista’ jkollu riperkussjonijiet fuq l-opinjonijiet li hija ser tagħti fil-futur, permezz tal-kumitati xjentifiċi tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Permezz ta’ atti ppreżentati fir-Reġistru fl-1 u fis-<DATE ISO="20210617">17 ta’ Ġunju 2021</DATE>, Pharma Mar talbet li dawn it-talbiet għal intervent jiġu miċħuda. Hija tallega prinċipalment li l-EMA ma wrietx li l-interessi tagħha setgħu jitqiesu bħala indipendenti minn dawk tal-Kummissjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru fis-<DATE ISO="20210526">26 ta’ Mejju 2021</DATE>, il-Kummissjoni indikat li hija ma kinitx tqajjem oġġezzjonijiet għall-intervent tal-EMA.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq it-talbiet għal intervent</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 40 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jistgħu jintervjenu fil-kawżi mressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. Skont l-ewwel sentenza tat-tieni paragrafu ta’ dan l-artikolu, l-istess dritt jappartjeni lill-korpi u lill-organi tal-Unjoni u lil kull persuna oħra, jekk dawn ikunu jistgħu juru li għandhom interess fis-soluzzjoni tat-tilwima mressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>It-tieni sentenza tat-tieni paragrafu tal-imsemmi artikolu teskludi, madankollu, l-intervent ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi fil-kawżi bejn Stati Membri, bejn istituzzjonijiet tal-Unjoni jew bejn Stati Membri, minn naħa, u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, min-naħa l-oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Għalhekk mill-kliem u mill-istruttura tal-imsemmija dispożizzjoni jirriżulta li l-esklużjoni li hija tipprevedi ma tapplikax għall-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>korpi<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> u għall-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>organi tal-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Konsegwentement, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 40 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-korpi jew l-organi tal-Unjoni, bħall-EMA, jistgħu jintervjenu f’kawża mressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawżi bejn l-Istati Membri, bejn istituzzjonijiet tal-Unjoni jew bejn Stati Membri, minn naħa, u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, min-naħa l-oħra, sakemm dawn jiġġustifikaw <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>interess fir-riżultat ta’ xi kawża [fis-soluzzjoni tat-tilwima]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>interess fir-riżultat ta’ xi kawża [fis-soluzzjoni tat-tilwima]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, għandu jiġi ddefinit fid-dawl tas-suġġett innifsu tat-tilwima u għandu jinftiehem li jfisser interess dirett u attwali fl-eżitu tat-talbiet innifishom, u mhux interess fir-rigward tal-motivi jew tal-argumenti mqajma. Fil-fatt, il-kelmiet <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>riżultat ta’ xi kawża<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> jirreferu għad-deċiżjoni finali mitluba, hekk kif tkun stabbilita fid-dispożittiv tas-sentenza li jkollha tingħata (ara, b’mod partikolari, id-digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180705">5 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Uniwersytet Wrocławski u Il-Polonja vs REA</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑515/17 P u C‑561/17 P</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:553">EU:C:2018:553</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0007">7</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Bħala prinċipju, interess fis-soluzzjoni tat-tilwima jista’ jitqies li huwa suffiċjentement dirett biss sa fejn din is-soluzzjoni tkun ta’ natura li tbiddel il-pożizzjoni legali tal-persuna li tressaq talba għal intervent (digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200430">30 ta’ April 2020</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs HSBC Holdings <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑806/19 P</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:364">EU:C:2020:364</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0008">8</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li l-korpi u l-organi tal-Unjoni, b’differenza mill-persuni fiżiċi u ġuridiċi, jistgħu jitolbu li jintervjenu f’kawża mressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja mhux sabiex jiddefendu interessi privati jew, bħal fil-każ tal-assoċjazzjonijiet, interessi marbuta mal-għan soċjali tagħhom, bħad-difiża tal-ambjent, iżda pjuttost meta, bħal fil-każ ineżami, l-att li jkun wassal għall-kawża jkun ġie adottat fi tmiem proċedura li fiha l-korp jew l-organu inkwistjoni kellu rwol, sabiex jiddefendi l-opinjoni li jkun ta jew l-evalwazzjonijiet li jkun wettaq fil-kuntest ta’ din il-proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għal dak li jirrigwarda t-talbiet għal intervent tal-korpi u tal-organi tal-Unjoni, għandha tiġi applikata l-kundizzjoni dwar l-eżistenza ta’ interess dirett u attwali fis-soluzzjoni tat-tilwima b’mod li jirrifletti din l-ispeċifiċità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Għalhekk, għal dak li jirrigwarda t-talbiet għal intervent f’tilwima li jkollha bħala suġġett l-annullament ta’ att tal-Unjoni, jew ta’ deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali li tkun annullat tali att, imressqa minn korpi u organi tal-Unjoni, għandu jiġi kkunsidrat li r-rekwiżit ta’ interess dirett u attwali fis-soluzzjoni ta’ tali tilwima min-naħa ta’ dan il-korp jew ta’ dan l-organu jkun issodisfatt, b’mod partikolari, jekk dan il-korp jew organu jkun f’pożizzjoni li jistabbilixxi li l-att tal-Unjoni inkwistjoni kien ġie adottat fi tmiem proċedura li fiha, konformement mad-dritt tal-Unjoni, kienet prevista l-parteċipazzjoni tiegħu, skont il-każ, permezz tal-adozzjoni ta’ opinjoni jew tat-twettiq ta’ evalwazzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Issa, dan huwa l-każ f’din il-kawża. Fil-fatt, huwa paċifiku li, fil-kuntest tal-proċedura ta’ adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem tal-EMA abbozza, konformement mal-Artikolu 5(2) tar-Regolament Nru 726/2004, l-opinjoni ta’ din l-aġenzija dwar l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem Aplidin — plitidepsine, liema opinjoni ttieħdet inkunsiderazzjoni mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Konsegwentement, hemm lok li jiġi ammess, konformement mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 40 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u mal-Artikolu 131(3) tar-Regoli tal-Proċedura, l-intervent tal-EMA insostenn tat-talbiet tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u tar-Repubblika tal-Estonja.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-drittijiet proċedurali tal-intervenjenti</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Peress li t-talbiet għal intervent huma aċċettati, l-EMA ser tirċievi komunikazzjoni, b’applikazzjoni tal-Artikolu 131(3), moqri flimkien mal-Artikolu 190(1) tar-Regoli tal-Proċedura, tal-atti proċedurali kollha nnotifikati lill-partijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Peress li dawn it-talbiet tressqu fit-terminu ta’ xahar previst fl-Artikolu 190(2) tar-Regoli tal-Proċedura, l-EMA tista’, konformement mal-Artikolu 132(1) ta’ dawn ir-regoli, applikabbli għall-proċedura ta’ appell bis-saħħa tal-Artikolu 190(1) tagħhom, tippreżenta nota ta’ intervent f’terminu ta’ xahar wara l-komunikazzjoni msemmija fil-punt preċedenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, l-EMA tista’ tippreżenta osservazzjonijiet orali jekk tiġi organizzata seduta għas-sottomissjonijiet orali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 137 tar-Regoli tal-Proċedura, li huwa applikabbli għall-proċedura ta’ appell bis-saħħa tal-Artikolu 184(1) ta’ dawn ir-regoli, deċiżjoni dwar l-ispejjeż għandha tingħata fis-sentenza jew fid-digriet li jagħlaq is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dan il-każ, peress li t-talba għal intervent tal-EMA ntlaqgħet, hemm lok li l-ispejjeż marbuta mal-intervent tagħha jiġu rriżervati.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja jordna:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) hija ammessa tintervjeni fil-Kawżi magħquda C‑6/21 P u C‑16/21 P insostenn tat-talbiet tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u tar-Repubblika tal-Estonja.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Kopja tal-atti proċedurali kollha għandha tiġi nnotifikata lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) mir-Reġistratur.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Għandu jiġi stabbilit terminu għall-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) sabiex tippreżenta nota ta’ intervent.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">4)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-ispejjeż relatati mal-intervent tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) huma rriżervati.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.ORDER><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></ORDER>