|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/961 |
21.5.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/961
tat-12 ta’ Mejju 2025
dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Guinea-Bissau (2024–2029)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43, flimkien mal-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)(v), u l-Artikolu 218(7) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
|
(1) |
F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2024/2588 (2), il-Protokoll dwar l-Implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Guinea-Bissau (2024–2029) (“il-Protokoll”) ġie ffirmat fit-18 ta’ Settembru 2024, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data iktar tard. |
|
(2) |
L-objettivi tal-Protokoll huma li l-bastimenti tal-Unjoni jkunu jistgħu jistadu fiż-żona tas-sajd tal-Guinea-Bissau u li l-Unjoni u tal-Guinea-Bissau jkunu jistgħu jaħdmu flimkien mill-qrib biex jippromwovu ulterjorment l-iżvilupp ta’ politika tas-sajd sostenibbli u l-isfruttament responsabbli tar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Guinea-Bissau. Dik il-kooperazzjoni ser tikkontribwixxi wkoll għal kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti fis-settur tas-sajd. |
|
(3) |
Jenħtieġ li l-Protokoll jiġi approvat f’isem l-Unjoni. |
|
(4) |
F’konformità mat-Trattati, jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħmel in-notifika prevista fl-Artikolu 20 tal-Protokoll. |
|
(5) |
L-Artikolu 10 tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Guinea Bissau (3) (“il-Ftehim”) jistabbilixxi Kumitat Konġunt responsabbli mill-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-Ftehim u tal-Protokoll. Dak il-kumitat għandu s-setgħa li japprova ċerti emendi għall-Protokoll. Sabiex tiġi ffaċilitata l-approvazzjoni ta’ tali emendi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa, b’ċerti kundizzjonijiet sostantivi u proċedurali, li tapprovahom f’isem l-Unjoni skont proċedura ssimplifikata. |
|
(6) |
Jenħtieġ li jkun il-Kunsill li jistabbilixxi l-pożizzjoni tal-Unjoni dwar l-emendi proposti għall-Protokoll. Jenħtieġ li l-emendi proposti jiġu approvati, sakemm ma jkunx hemm minoranza li timblokka ta’ Stati Membri, f’konformità mal-Artikolu 16(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li toġġezzjona għalihom. |
|
(7) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u ta l-opinjoni tiegħu fis-27 ta’ Awwissu 2024, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Protokoll dwar l-Implimentazzjoni għall-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Guinea-Bissau (2024-2029) (“il-Protokoll”) huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni.
Artikolu 2
Il-Kummissjoni għandha, f’isem l-Unjoni, tagħmel in-notifika prevista fl-Artikolu 20 tal-Protokoll, sabiex tiġi espressa l-approvazzjoni tal-Unjoni li tintrabat bil-Protokoll (5).
Artikolu 3
F’konformità mad-dispożizzjonijiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha l-awtorizzazzjoni tapprova, f’isem l-Unjoni, l-emendi għall-Protokoll adottati mill-Kumitat Konġunt stabbilit f’konformità mal-Artikolu 10 tal-Ftehim.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Mejju 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
B. NOWACKA
(1) Il-Kunsens tat-2 ta’ April 2025 (għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2024/2588 tal-10 ta’ Settembru 2024 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Guinea Bissau (2024–2029) (ĠU L, 2024/2588, 3.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2588/oj).
(3) ĠU L 342, 27.12.2007, p. 5.
(4) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(5) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll ser tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.
ANNESS
PROĊEDURA BIEX JIĠU APPROVATI L-EMENDI TAL-PROTOKOLL LI GĦANDHOM JIĠU ADOTTATI MILL-KUMITAT KONĠUNT
Meta l-Kumitat Konġunt jintalab jadotta emendi tal-Protokoll f’konformità mal-Artikolu 10 tal-Ftehim u mal-Artikolu 16 tal-Protokoll, il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata tapprova, f’isem l-Unjoni, l-emendi proposti bil-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-approvazzjoni li ssir f’isem l-Unjoni:
|
|
(2) |
Qabel ma l-Kummissjoni tapprova, f’isem l-Unjoni, l-emendi proposti, il-Kummissjoni għandha tippreżentahom lill-Kunsill fi żmien biżżejjed qabel il-laqgħa rilevanti tal-Kumitat Konġunt. |
|
(3) |
Il-Kunsill għandu jivvaluta jekk l-emendi proposti jikkonformawx mal-kriterji stipulati fil-punt 1. |
|
(4) |
Sakemm ma jkunx hemm għadd ta’ Stati Membri ekwivalenti għal minoranza li timblokka fil-Kunsill f’konformità mal-Artikolu 16(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li joġġezzjonaw għall-emendi proposti, il-Kummissjoni għandha tapprovahom f’isem l-Unjoni. Jekk ikun hemm din il-minoranza li timblokka, il-Kummissjoni għandha tirrifjuta l-emendi proposti f’isem l-Unjoni. |
|
(5) |
Jekk, waqt laqgħat sussegwenti tal-Kumitat Konġunt, inkluż laqgħat fuq il-post, ikun impossibbli li jintlaħaq qbil, il-kwistjoni għandha terġa’ tintbagħat lill-Kunsill, f’konformità mal-proċedura prevista fil-punti 2, 3 u 4, sabiex il-pożizzjoni tal-Unjoni tkun tista’ tqis elementi ġodda. |
|
(6) |
Il-Kummissjoni hija mistiedna tieħu, fi żmien xieraq, kwalunkwe miżura meħtieġa biex tiżgura s-segwitu tad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt, inkluż, meta dan ikun xieraq, il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni rilevanti f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-komunikazzjoni ta’ kwalunkwe proposta meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-deċiżjoni. |
Fir-rigward ta’ kwistjonijiet oħra li ma jikkonċernawx l-emendi tal-Protokoll, f’konformità mal-Artikolu 10 tal-Ftehim u mal-Artikolu 16 tal-Protokoll, il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni fil-Kumitat Konġunt għandha tiġi ddeterminata f’konformità mat-Trattati u mal-prattiki ta’ ħidma stabbiliti.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/961/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)