02017R1153 — MT — 28.07.2017 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1153

tat-2 ta’ Ġunju 2017

li jistabbilixxi metodoloġija biex jiġu determinati l-parametri ta’ korrelazzjoni meħtieġa biex tiġi riflessa l-bidla fil-proċedura tat-test regolatorju u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1014/2010

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 175 7.7.2017, p. 679)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1231 tas-6 ta' Ġunju 2017

  L 177

11

8.7.2017




▼B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1153

tat-2 ta’ Ġunju 2017

li jistabbilixxi metodoloġija biex jiġu determinati l-parametri ta’ korrelazzjoni meħtieġa biex tiġi riflessa l-bidla fil-proċedura tat-test regolatorju u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1014/2010

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jipprevedi:

(a) metodoloġija għall-korrelazzjoni tal-emissjonijiet ta’ CO2 imkejlin skont l-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151 ma’ dawk iddeterminati skont l-Anness XII tar-Regolament (KE) Nru 692/2008;

(b) proċedura għall-applikazzjoni tal-metodoloġija msemmija fil-punt (a) biex jiġu determinati l-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 ta’ kull manifattur;

(c) l-emendi tar-Regolament (UE) Nru 1014/2010 meħtieġa għall-fini ta’ adattament tal-monitoraġġ tad-dejta tal-emissjonijiet ta’ CO2 sabiex jirriflettu t-tibdil fil-valuri tal-emissjonijiet.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet:

(1) “Valuri tas-CO2 tal-NEDC” tfisser l-emissjonijiet ta’ CO2 iddeterminati skont l-Anness I u mdaħħlin fiċ-ċertifikati tal-konformità;

(2) “Valuri tas-CO2 imkejlin tal-NEDC” tfisser l-emissjonijiet ta’ CO2 (fażijiet u kombinati) iddeterminati skont l-Anness XII tar-Regolament (KE) Nru 692/2008 b’testijiet fiżiċi tal-vetturi;

(3) “Valuri tas-CO2 tad-WLTP” tfisser l-emissjonijiet ta’ CO2 (kombinati) iddeterminati skont il-proċedura tat-test stabbilita fl-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151;

(4) “Familja ta’ interpolazzjoni tad-WLTP” tfisser il-familja ta’ interpolazzjoni kif iddeterminata skont il-punt 5.6 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151;

(5) “Għodda ta’ korrelazzjoni” tfisser il-mudell ta’ simulazzjoni msemmi fil-punt 2 tal-Anness I.

Artikolu 3

Determinazzjoni tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 għall-fini ta’ konformità mal-mira fil-perjodu 2017 sal-2020

1.  Għas-snin kalendarji 2017 sal-2020 inkluża, l-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ manifattur għandhom jiġu ddeterminati billi jintużaw il-valuri (kombinati) li ġejjin tal-emissjonijiet tal-massa ta’ CO2:

(a) fir-rigward ta’ karozzi tal-passiġġieri M1 tat-tip approvat skont l-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151, il-valuri tas-CO2 tal-NEDC;

(b) fir-rigward ta’ tipi eżistenti ta’ karozzi tal-passiġġieri M1 li rċivew approvazzjoni tat-tip skont l-Anness XII tar-Regolament (KE) Nru 692/2008, il-valuri tas-CO2 imkejlin tal-NEDC għas-sena kalendarja 2017 sal-31 ta’ Awwissu 2018 u l-valuri tas-CO2 tal-NEDC mill-1 ta’ Settembru 2018 sal-31 ta’ Diċembru 2020;

(c) fir-rigward ta’ vetturi tat-tmiem is-serje msemmijin fl-Artikolu 27 tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ), il-valuri tas-CO2 imkejlin tal-NEDC.

2.  Il-manifatturi responsabbli għal iktar minn 1 000 karozza iżda għal inqas minn 10 000 karozza tal-passiġġieri ġdida rreġistrati fl-Unjoni f’kull waħda mis-snin kalendarji mill-2017 sal-2020 inkluża, jistgħu jużaw il-valuri tas-CO2 tal-NEDC jew il-valuri tas-CO2 imkejlin tal-NEDC.

Artikolu 4

Determinazzjoni tal-emissjonijiet speċifiċi medji bbażati fuq il-valuri tas-CO2 tad-WLTP

1.  Mill-1 ta’ Jannar 2018, l-emissjonijiet (kombinati) tas-CO2 tad-WLTP jew, fejn applikabbli, (ponderati, kombinati) speċifikati fl-entrata 49.4 taċ-ċertifikat tal-konformità għandhom jiġu ssorveljati għall-vetturi kollha ġodda rreġistrati.

2.  Għal kull manifattur, l-emissjonijiet speċifiċi medji bbażati fuq il-valuri tas-CO2 tad-WLTP għandhom jiġu ddeterminati mill-1 ta’ Jannar 2018.

B’effett mill-1 ta’ Jannar 2021, dawk l-emissjonijiet speċifiċi medji għandhom jintużaw sabiex tiġi ddeterminata l-konformità tal-manifattur mal-mira tal-emissjonijiet speċifiċi tiegħu.

Artikolu 5

Applikazzjoni tal-Artikolu 5a tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 — super krediti

Meta l-valur tas-CO2 imkejjel tal-NEDC ta’ karozza tal-passiġġieri ġdida jkun inqas minn 50 g CO2/km, il-manifattur, għall-fini tal-applikazzjoni tal-Artikolu 5a tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, għandu jirreġistra dak il-valur fiċ-ċertifikat tal-konformità tal-vetturi kkonċernati sal-31 ta’ Diċembru 2022.

B’effett mill-1 ta’ Jannar 2021,

(a) l-emissjonijiet speċifiċi ta’ dawk il-vetturi għandhom jiġu kkalkolati skont l-Artikolu 5a ta’ dak ir-Regolament, billi jintużaw il-valuri tas-CO2 tad-WLTP ta’ dawk il-vetturi;

(b) il-limitu ta’ 7,5 g CO2/km ipprovdut fl-Artikolu 5a ta’ dak ir-Regolament għandu jiġi kkunsidrat kif ġej:

image

image

Fejn

Capn,r

hija s-sehem tal-limitu li jifdal fuq l-NEDC fl-2020;

SCn2020

hija l-iffrankar ta’ super krediti fuq l-NEDC fl-2020;

SCw2020

hija l-iffrankar ta’ super krediti fuq id-WLTP fl-2020;

Capw

hija l-limitu tal-iffrankar ta’ super krediti li jifdal li jrid jiġi kkunsidrat għall-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji fl-2021 u fl-2022.

Artikolu 6

Applikazzjoni tal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 – ekoinnovazzjonijiet

1.  B’effett mill-1 ta’ Jannar 2021, huwa biss l-iffrankar tas-CO2 dovut għall-ekoinnovazzjonijiet, skont it-tifsira tal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, li mhuwiex kopert mill-proċedura tat-test stabbilita fl-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151, li għandu jiġi kkunsidrat għall-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ manifattur.

2.  L-iffrankar tal-ekoinnovazzjoni totali ta’ CO2 ta’ manifattur fis-snin kalendarji segwenti għandu jiġi aġġustat kif ġej:

(a)

fl-2021 :

image

(b)

fl-2022 :

image

(c)

fl-2023 :

image

Fejn,

image

hija l-iffrankar tal-ekoinnovazzjoni fis-sena rilevanti li jrid jiġi kkunsidrat għall-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji;

image

hija l-iffrankar tal-ekoinnovazzjoni fis-sena rilevanti ddeterminat b’rabta mad-WLTP u rreġistrat fiċ-ċertifikat tal-konformità.

Mis-sena kalendarja 2024, l-iffrankar tal-ekoinnovazzjoni għandu jiġi kkunsidrat għall-kalkolu tal-emissjonijiet medji speċifiċi mingħajr aġġustament.

Artikolu 7

Determinazzjoni u korrezzjoni tal-valuri tas-CO2 tal-NEDC għall-kalkolu tal-emissjonijiet medji speċifiċi

1.  Mis-sena kalendarja 2017 sal-2020 inkluża, l-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 ta’ manifattur għandhom jiġu kkalkolati billi jintużaw il-valuri tas-CO2 tal-NEDC iddeterminati skont il-proċedura stabbilita fit-Taqsima 4 tal-Anness I, sakemm ma jkunx japplika l-paragrafu (1)(b) jew (c) jew il-paragrafu (2) tal-Artikolu 3.

2.  Meta għal familja ta’ interpolazzjoni tad-WLTP, il-fattur ta’ devjazzjoni De, iddeterminat skont il-punt 3.2.8 tal-Anness I, jaqbeż il-valur ta’ 0,04, jew fil-preżenza ta’ fattur ta’ verifika “1” kif iddeterminat f’dak il-punt, l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 tal-NEDC tal-manifattur responsabbli għal dik il-famlija ta’ interpolazzjoni għandhom jiġu multiplikati bil-koeffiċjent ta’ korrezzjoni li ġej:

image

Fejn,

Dei

hija l-valur iddeterminat skont il-punt 3.2.8 tal-Anness I;

ri

hija n-numru ta’ reġistrazzjonijiet annwali ta’ vetturi li jappartjenu għall-familja ta’ interpolazzjoni rispettiva kkonċernata tad-WLTP i;

δз,i

hija ekwivalenti għal 0 jekk Dei tkun nieqsa u daqs 1 fil-każijiet l-oħra;

N

hija n-numru ta’ familji ta’ interpolazzjoni tad-WLTP li għalihom manifattur huwa responsabbli.

Artikolu 8

Emendi tar-Regolament (UE) Nru 1014/2010

Ir-Regolament (UE) Nru 1014/2010 huwa emendat kif ġej:

(1) L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

(a) il-punt (b) jinbidel b’dan li ġej:

“(b) għal kull vettura, il-fattur ta’ devjazzjoni (De) u l-fattur ta’ verifika ddeterminati skont il-punt 3.2.8 tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1153 ( *1 )

(b) Jiżdied it-tielet paragrafu li ġej:

“Minkejja l-parametri dettaljati tad-dejta msemmijin fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, fir-rigward tad-dejta ssorveljata sal-31 ta’ Diċembru 2017, minbarra l-parametri diġà meħtieġa, Stat Membru għandu jirrapporta biss il-fattur ta’ devjazzjoni ‘De’ u l-fattur ta’ verifika. Mill-1 ta’ Jannar 2018, id-dejta dettaljata kollha ta’ monitoraġġ speċifikata fl-Anness II għandha tiġi ssorveljata u rrapportata.”;

(2) L-Artikolu 6 jitħassar;

(3) Jiddaħħal l-Artikolu 9a li ġej:

“Artikolu 9a

Tħejjija tas-sett tad-dejta proviżjorju

1.  Is-sett tad-dejta proviżorju li jrid jiġi nnotifikat lil manifattur skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 għandu jinkludi r-rekords li, abbażi ta’ isem il-manifattur u, mill-1 ta’ Jannar 2018, in-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura, jistgħu jiġu attribwiti lil dak il-manifattur.

Ir-reġistru ċentrali msemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 ma għandux jinkludi xi dejta dwar in-numri ta’ identifikazzjoni tal-vetturi.

2.  L-ipproċessar tan-numri ta’ identifikazzjoni tal-vettura ma għandux jinkludi l-ipproċessar ta’ xi dejta personali li tista’ tkun marbuta ma’ dawk in-numri jew ma’ xi dejta oħra li tista’ torbot in-numri ta’ identifikazzjoni tal-vettura ma’ dejta personali.”

(4) L-Anness I għandu jiġi sostitwit bit-test tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

1.   INTRODUZZJONI

Dan l-Anness jistabbilixxi l-metodoloġija biex jiġi determinat il-valur tas-CO2 tal-NEDC tal-vetturi M1 individwali.

2.   ID-DETERMINAZZJONI TAL-VALUR TAS-CO2 TAL-NEDC GĦALL-FAMILJA TA’ INTERPOLAZZJONI TAD-WLTP

2.1.    L-għodda ta’ korrelazzjoni

L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tiżgura li l-valuri tas-CO2 tal-NEDC li jridu jintużaw bħala referenza għall-fini tat-Taqsima 3 jiġu ddeterminati permezz ta’ simulazzjonijiet skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Anness.

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi għodda ta’ simulazzjoni għal dak l-għan (minn hawn ‘il quddiem imsejħa l-“għodda ta’ korrelazzjoni”) fil-forma ta’ softwer eżegwibbli li jista’ jitniżżel. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi wkoll gwida dwar il-kapaċità tal-għodda ta’ korrelazzjoni li tissimula vetturi b’teknoloġiji avvanzati u, fejn hemm bżonn, tirrakkomanda l-użu ta’ kejliet fiżiċi minflok simulazzjonijiet.

2.1.1.    L-aċċess għall-għodda ta’ korrelazzjoni

L-għodda ta’ korrelazzjoni għandha tiġi installata fuq kompjuter tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip jew, fejn applikabbli, tas-servizz tekniku, skont l-istruzzjonijiet ipprovduti fuq is-sit web li ġej:

[http://ec.europa.eu/clima/policies/transport/vehicles/cars/documentation_mt.htm]

L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tiżgura li l-għodda ta’ korrelazzjoni titħaddem skont ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u skont l-istruzzjonijiet għall-utenti pprovduti fil-manwal tal-utenti ( 2 ).

Fuq talba, il-Kummissjoni għandha tipprovdi appoġġ lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni u lis-servizzi tekniċi fl-użu tal-għodda ta’ korrelazzjoni għall-fini ta’ dan ir-Regolament. It-talbiet għall-appoġġ għandhom jiġu indirizzati lill-kaxxa postali funzjonali li ġejja:

co2mpas@jrc.ec.europa.eu ( 3 )

L-għodda ta’ korrelazzjoni għandha tkun aċċessibbli għal utenti oħrajn, iżda, minkejja dan, l-appoġġ għandu jiġi pprovdut biss lil dawk l-utenti fi ħdan il-limiti tar-riżorsi disponibbli.

▼M1

2.1.2.    L-għażla tal-utenti tal-għodda ta' korrelazzjoni

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-punti ta' kuntatt rispettivi responsabbli għall-eżekuzzjoni tal-provi tal-għodda ta' korrelazzjoni fi ħdan l-awtorità tal-approvazzjoni u, fejn applikabbli, fi ħdan is-servizzi tekniċi. Għandu jintgħażel punt ta' kuntatt wieħed biss għal kull awtorità jew servizz. L-informazzjoni pprovduta lill-Kummissjoni għandha tinkludi dan li ġej (l-isem tal-organizzazzjoni, l-isem tal-persuna responsabbli, l-indirizz postali, l-indirizz tal-posta elettronika u n-numru tat-telefown). L-informazzjoni għandha tintbagħat f'dan l-indirizz elettroniku ( 4 ):

EC-CO2-LDV-IMPLEMENTATION@ec.europa.eu

L-imfietaħ tal-iffirmar elettroniku għall-iskop tal-esekuzzjoni tal-għodda ta' korrelazzjoni għandhom jiġu pprovduti biss fuq talba tal-punt ta' kuntatt. ( 5 ) Il-Kummissjoni għandha tippubblika linji gwida dwar il-proċedura li għandha tiġi segwita għal tali talbiet.

▼B

2.1.3.    L-aġġornament annwali tal-għodda ta’ korrelazzjoni

Il-prestazzjonital-għodda ta’ korrelazzjoni għandha tiġi riveduta b’mod kontinwu, b’kunsiderazzjoni tal-informazzjoni pprovduta, b’mod partikolari, mill-persuni ta’ kuntatt imsemmijin fil-punt 2.1.2. Meta dan ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tħejji verżjoni ġdida tal-għodda li trid tinħareġ kull sena fl-1 ta’ Settembru. Il-verżjoni l-ġdida ma għandhiex taffettwa l-validità tar-riżultati pprovduti mill-verżjonijiet preċedenti.

Il-verżjoni l-ġdida tista’ tiġi applikata għall-fini tal-proċedura stabbilita fit-Taqsima 3 ta’ dan l-Anness mid-data tal-ħruġ tagħha. Bil-qbil mal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip jew tas-servizz tekniku, il-verżjoni preċedenti tal-għodda ta’ korrelazzjoni xorta waħda tista’ tibqa’ tintuża matul perjodu massimu ta’ xahrejn wara l-ħruġ tal-verżjoni l-ġdida.

Il-verżjoni użata kif ukoll is-sistema operattiva tal-kompjuter li fuqha tħaddmet l-għodda ta’ korrelazzjoni mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip jew mis-servizz tekniku għandhom jiġu indikati fir-rapport tal-output iffirmat b’mod elettroniku tal-għodda ta’ korrelazzjoni.

Meta l-applikabbiltà tal-verżjoni l-ġdida tkun teħtieġ l-aġġustament ta’ kwalunkwe dispożizzjoni stabbilita f’dan ir-Regolament, il-ħruġ tal-verżjoni l-ġdida ma għandux iseħħ sakemm ir-Regolament ma jkunx ġie emendat kif xieraq.

2.1.4.    L-aġġustamenti ad hoc tal-għodda ta’ korrelazzjoni

Minkejja l-punt 2.1.3, fil-każ ta’ ħsara serja fl-għodda ta’ korrelazzjoni għall-fini tal-proċedura stipulata fit-Taqsima 3, għandha titħejja verżjoni ġdida tal-għodda u tinħareġ mill-iktar fis possibbli wara li tiġi individwata l-ħsara. Il-verżjoni l-ġdida għandha tapplika mid-data tal-ħruġ tagħha u ma għandhiex taffettwa l-validità tar-riżultati pprovduti mill-verżjonijiet preċedenti.

Meta l-applikabbiltà tal-verżjoni l-ġdida tkun teħtieġ l-aġġustament ta’ kwalunkwe dispożizzjoni stabbilita f’dan ir-Regolament, il-ħruġ tal-verżjoni l-ġdida ma għandux iseħħ sakemm ir-Regolament ma jkunx ġie emendat kif xieraq.

2.2.    Identifikazzjoni tar-riżultati tat-test tad-WLTP li jridu jintużaw għall-fini tad-definizzjoni tad-dejta tal-input għall-mudell ta’ simulazzjoni

Id-dejta tal-input għas-simulazzjonijiet tal-għodda ta’ korrelazzjoni għandha tittieħed mir-riżultati tat-test rilevanti tad-WLTP għall-vettura H u, fejn applikabbli, għall-vettura L kif iddefinit f’konformità mal-punt 4.2.1 tas-Subanness 4 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151. Meta jsir iktar minn test wieħed tal-approvazzjoni tat-tip tad-WLTP tal-vettura H jew L sk ont it-Tabella A6/2 tal-Anness XXI ta’ dak ir-Regolament, għandhom jintużaw ir-riżultati tat-test li ġejjin sabiex tiġi ddeterminata d-dejta tal-input:

▼M1

(a) F'każ li jsiru żewġ testijiet tal-approvazzjoni tat-tip, għandhom jintużaw ir-riżultati tat-test bl-ogħla emissjonijiet ta' CO2 kombinati;

(b) F'każ li jsiru tliet testijiet tal-approvazzjoni tat-tip, għandhom jintużaw ir-riżultati tat-test bil-medja kkombinata tal-emissjonijiet ta' CO2.

▼B

2.3.    Id-determinazzjoni tad-dejta tal-input u tal-kundizzjonijiet għat-tħaddim tal-għodda ta’ korrelazzjoni

Il-kundizzjonijiet tat-test imsemmijin fl-Anness XII tar-Regolament (KE) Nru 692/2008 għandhom jittieħdu f’kunsiderazzjoni fis-simulazzjonijiet tal-għodda ta’ korrelazzjoni, inklużi l-preċiżjonijiet ipprovduti fil-punti 2.3.1 sa 2.3.7 ta’ dan l-Anness.

Il-kejl fiżiku tal-vettura msemmi fil-punt 3 għandu jsir skont il-kundizzjonijiet imsemmijin f’dak ir-Regolament, bil-preċiżjonijiet mogħtijin f’dan l-Anness, u, fejn applikabbli, bid-dejta tal-input iddefinita fil-punt 2.4.

▼M1

2.3.1.    Id-determinazzjoni tal-inerzja tal-vettura tal-NEDC

Il-massa ta' referenza tal-NEDC tal-vetturi H u, fejn japplika, tal-vetturi L u R għandha tiġi ddeterminata kif ġej:

RMn,L = (MROL – 75 + 100) [kg]

RMn,H = (MROH – 75 + 100) [kg]

RMn,R = (MROR – 75 + 100) [kg]

Fejn,

Il-Vettura R hija l-vettura rappreżentattiva tal-Familja tal-Matriċi tat-Tagħbija fit-Triq kif definita fil-punt 5.1 tas-Subanness 4 tal-Anness XXI tar-Regolament tal-Kummissojni (UE) 2017/1151 ( 6 );

MRO hija l-massa fi stat ta' tħaddim kif iddefinita fl-Artikolu 2(4)(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 ( 7 ) għall-vetturi H, L u R rispettivament.

Il-massa ta' referenza li trid tintuża bħala input għas-simulazzjonijiet u, fejn japplika, għal test fiżiku tal-vettura, għandha tkun il-valur tal-inerzja stabbilit fit-Tabella 3 tal-Anness 4a tar-Regolament NU/KEE Nru 83 li huwa ekwivalenti għall-massa ta' referenza, RM, iddeterminata skont il-punt u msejħa TMn,L, TMn,H u TMn,R.

▼B

2.3.2.    Id-determinazzjoni tal-effett ta’ prekundizzjonament

Fit-tħejjija tax-xażi dinamometriku għall-eżekuzzjoni ta’ test tal-approvazzjoni tat-tip, il-vettura tiġi prekundizzjonata sabiex tilħaq kundizzjonijiet simili għal dawk użati fit-test tad-deċelerazzjoni libera. Il-proċedura ta’ prekundizzjonament użata fit-test tad-WLTP tvarja minn dik użata għall-fini tal-NEDC sabiex, bl-istess tagħbijiet fit-triq, il-vettura hija kkunsidrata soġġetta għal forzi superjuri skont id-WLTP. Dik id-differenza għandha tkun stabbilita għal 6 Newton u dak il-valur għandu jintuża għall-kalkolu tat-tagħbijiet fit-triq tal-NEDC skont il-punt 2.3.8.

2.3.3.    Il-kundizzjonijiet ambjentali msemmijin fil-punt 3.1.1 tar-Regolament NU/KEE Nru 83

Għall-fini tal-għodda ta’ korrelazzjoni, it-temperatura fil-kompartiment tal-ittestjar għandha tiġi ssettjata għal 25 °C.

Anki fil-każ ta’ kejl fiżiku tal-vettura skont il-punt 3, it-temperatura fil-kompartiment tal-ittestjar għandha tiġi ssettjata għal 25 °C. Madankollu, fuq talba tal-manifattur, it-temperatura fil-kompartiment tal-ittestjar tista’ tiġi stabbilita għal valur ta’ bejn 20 u 25 °C għall-kejl fiżiku.

2.3.4.    Id-determinazzjoni tal-istat taċ-ċarġ inizjali tal-batterija

L-istat taċ-ċarġ inizjali tal-batterija għandu jiġi stabbilit għal tal-inqas 99 fil-mija għall-fini tat-test tal-għodda ta’ korrelazzjoni. L-istess għandu japplika fil-każ ta’ test fiżiku tal-vettura.

▼M1

2.3.5.    Id-determinazzjoni tad-differenza fir-rakkomandazzjonijiet rigward il-pressjoni tat-tajers

Skont il-punt 6.6.3 tal-Appendiċi 3 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/1151, l-aktar pressjoni tat-tajers baxxa rrakkomandata għall-massa tat-test tal-vettura għandha tintuża matul id-deċelerazzjoni libera għall-finijiet tad-determinazzjoni tat-tagħbija tat-triq, filwaqt li dan mhux speċifikat fl-NEDC. Il-pressjoni tat-tajers li trid tiġi kkunsidrata għall-fini tal-kalkolu tat-tagħbija fit-triq tal-NEDC skont il-punt 2.3.8 għandha tkun il-medja bejn iż-żewġ fusien tal-medja bejn il-pressjoni minima u massima tat-tajers permessa għat-tajers magħżulin fuq kull fus għall-massa ta' referenza tal-NEDC tal-vettura. Il-kalkolu għandu jsir għall-vettura H u, fejn applikabbli, għall-vetturi L u R bl-użu ta' dawn il-formuli:

Għall-vettura H:

image

Għall-vettura L:

image

Għal vettura R:

image

Fejn,

Pmax,

hija l-medja tal-pressjonijiet massimi tat-tajers magħżulin għaż-żewġ fusien;

Pmin,

hija l-medja tal-pressjonijiet minimi tat-tajers magħżulin għaż-żewġ fusien.

L-effett korrispondenti f'termini tar-reżistenza applikata għall-vettura għandu jiġi kkalkulat bil-formuli li ġejjin għall-vetturi H, L u R:

Għall-vettura H:

image

Għall-vettura L:

image

Għal vettura R:

image

2.3.6.    Id-determinazzjoni tal-ħxuna tat-tajer (TTD)

Skont il-punt 4.2.2.2 tas-Subanness 4 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151 għat-test tad-WLTP il-ħxuna minima tat-tajer hija ta' 80 %, filwaqt li skont il-punt 4.2 tal-Appendiċi 7 tal-Anness 4a tar-Regolament NU/KEE Nru 83, il-ħxuna minima permessa tat-tajer għall-finijiet tat-test tal-NEDC hija ta' 50 % tal-valur nominali. Dan jirriżulta f'differenza medja ta' 2 mm fil-ħxuna tat-tajer bejn iż-żewġ proċeduri. L-effett korrispondenti f'termini tar-reżistenza applikata għall-vettura għandu jiġi ddeterminat għall-fini tal-kalkolu tat-tagħbija fit-triq tal-NEDC fil-punt 2.3.8 skont il-formuli li ġejjin għall-vetturi H, L u R:

Għall-vettura H:

image

Għall-vettura L:

image

Għal vettura R:

image

Fejn,

RMn,H, RMn,L, u RMn,R huma l-mases ta' referenza tal-vetturi H, L u R iddeterminati skont il-punt 2.3.1.

▼B

2.3.7.    Id-determinazzjoni tal-inerzja tal-partijiet rotanti

Għall-fini tal-għodda ta’ korrelazzjoni:

Matul is-simulazzjoni tat-test tad-WLTP, iridu jiġu kkunsidrati erba’ roti rotanti: filwaqt li għall-fini tat-testijiet tal-NEDC, iridu jiġu kkunsidrati żewġ roti rotanti biss. L-effett li dan għandu fuq il-forzi applikati għall-vettura għandu jiġi kkunsidrat skont il-formuli stabbiliti fil-punt 2.3.8.1.1(a)(3).

Il-forzi ta’ aċċellerazzjoni u ta’ deċelerazzjoni fl-għodda ta’ korrelazzjoni għandhom jiġu kkalkolati għas-simulazzjoni tal-NEDC billi tiġi kkunsidrata l-inerzja ta’ żewġ roti rotanti biss.

Għall-fini ta’ test fiżiku:

Matul l-issettjar tad-deċelerazzjoni libera tad-WLTP, il-ħinijiet tad-deċelerazzjoni libera għandhom jiġu ttrasferiti għal forzi u viċi versa billi tittieħed f’kunsiderazzjoni l-massa tat-test applikabbli flimkien mal-effett tal-massa rotazzjonali (3 % tas-somma tal-MRO u 25 kg). Għall-issettjar tad-deċelerazzjoni libera tal-NEDC, il-ħinijiet tad-deċelerazzjoni libera għandhom jiġu ttrasferiti għal forzi u viċi versa billi jiġi annullat l-effett tal-massa rotazzjonali (tintuża biss l-inerzja tal-vettura tal-NEDC ikkalkolata fil-punt 2.3.1.).

2.3.8.    Id-determinazzjoni tat-tagħbijiet fit-triq tal-NEDC

2.3.8.1.

Fil-każ ta’ tagħbijiet fit-triq li jiġu ddeterminati skont il-punti 1-4 u 6 tas-Subanness 4 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151

▼M1

Il-koeffiċjenti tat-tagħbija fit-triq tal-NEDC għandhom ikunu kkalkulati skont il-formuli fil-punt 2.3.8.1.1 (fil-każ tal-vettura H) u fil-punt 2.3.8.1.2 (fil-każ tal-vettura L).

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, din il-formula għandha tapplika kemm fil-każ ta' simulazzjonijiet kif ukoll fil-każ ta' testijiet fiżiċi fuq il-vetturi.

▼B

2.3.8.1.1   Id-determinazzjoni tal-koeffiċjenti tat-tagħbija fit-triq tal-NEDC għall-vettura H

(a) Il-koeffiċjent tat-tagħbija fit-triq F0,n espress f’Newton (N) għall-vettura H għandu jiġi ddeterminat kif ġej:

(1) L-effett ta’ inerzja differenti:

image

Fejn il-fatturi fil-formula huma kif iddefiniti fil-punt 2.3.1, bl-eċċezzjoni ta’ dawn li ġejjin:

F 0w,H hija l-koeffiċjent tat-tagħbija fit-triq F0 iddeterminat għat-test tad-WLTP tal-vettura H; TMw,H hija l-massa tat-test użata għat-test tad-WLTP tal-vettura H.

(2) L-effett ta’ pressjoni differenti tat-tajers:

image

Fejn il-fatturi fil-formula huma kif iddefiniti fil-punt 2.3.5.

(3) L-effett tal-inerzja tal-partijiet rotanti:

image

Fil-każ ta’ test fiżiku tal-vettura, tapplika l-formula li ġejja:

image

(4) L-effett ta’ ħxuna differenti tat-tajer:

image

Fejn il-fatturi fil-formula huma kif iddefiniti fil-punt 2.3.6.

(5) L-effett tal-prekundizzjonament:

image

Fil-każ ta’ test fiżiku tal-vettura, il-korrezzjoni għall-effett tal-prekundizzjonament ma għandhiex tiġi applikata

(b) Il-koeffiċjent tat-tagħbija fit-triq F1n għall-vettura H għandu jiġi ddeterminat kif ġej:

L-effett tal-inerzja tal-partijiet rotanti

image

Fil-każ ta’ test fiżiku tal-vettura, tapplika l-formula li ġejja:

image

(c) Il-koeffiċjent tat-tagħbija fit-triq F2n għall-vettura H għandu jiġi ddeterminat kif ġej:

L-effett tal-inerzja tal-partijiet rotanti

image

Fil-każ ta’ test fiżiku tal-vettura, tapplika l-formula li ġejja:

image

Meta l-fattur
image ikun il-koeffiċjent tat-tagħbija fit-triq F2 iddeterminat għat-test tad-WLTP tal-vettura H li minnu tneħħa l-effett tat-tagħmir fakultattiv ajrudinamiku kollu.

2.3.8.1.2   Id-determinazzjoni tal-koeffiċjenti tat-tagħbija fit-triq tal-NEDC għall-vettura L

(a) Il-koeffiċjent tat-tagħbija fit-triq F0,n għall-vettura L għandu jiġi ddeterminat kif ġej:

(1) L-effett ta’ inerzja differenti:

image

Fejn il-fatturi fil-formula huma kif iddefiniti fil-punt 2.3.1, bl-eċċezzjoni ta’ F 0w,L li hija l-koeffiċjent tat-tagħbija fit-triq F0 iddeterminat għat-test tad-WLTP tal-vettura L, u TMw,L li hija l-massa tat-test użata għat-test tad-WLTP tal-vettura L.

(2) L-effett ta’ pressjoni differenti tat-tajers:

image

Fejn il-fatturi fil-formula huma kif iddefiniti fil-punt 2.3.5.

(3) L-effett tal-inerzja tal-partijiet rotanti:

image

Fil-każ ta’ test fiżiku tal-vettura, tapplika l-formula li ġejja:

image

(4) L-effett ta’ ħxuna differenti tat-tajer:

image

Fejn il-fatturi fil-formula huma kif iddefiniti fil-punt 2.3.6.

(5) L-effett tal-prekundizzjonament:

image

Fil-każ ta’ test fiżiku tal-vettura, il-korrezzjoni għall-effett tal-prekundizzjonament ma għandhiex tiġi applikata.

(b) Il-koeffiċjent tat-tagħbija fit-triq F1n għall-vettura L għandu jiġi ddeterminat kif ġej:

L-effett tal-inerzja tal-partijiet rotanti

image

Fil-każ ta’ test fiżiku tal-vettura, tapplika l-formula li ġejja:

image

Meta l-fattur F1w,L hija l-koeffiċjent tat-tagħbija fit-triq F1 iddeterminat għat-test tad-WLTP tal-vettura L.

(c) Il-koeffiċjent tat-tagħbija fit-triq F2n għall-vettura L għandu jiġi ddeterminat kif ġej:

L-effett tal-inerzja tal-partijiet rotanti

image

Fil-każ ta’ test fiżiku tal-vettura, tapplika l-formula li ġejja:

image

Meta l-fattur F 2w,L ikun il-koeffiċjent tat-tagħbija fit-triq F2 iddeterminat għat-test tad-WLTP tal-vettura H li minnu tneħħa l-effett tat-tagħmir fakultattiv ajrudinamiku kollu.

▼M1

2.3.8.2.

Id-determinazzjoni tat-tagħbijiet fit-triq fejn, għall-finijiet tat-test tad-WLTP it-tagħbijiet fit-triq ġew iddeterminati skont il-punt 5 tas-Subanness 4 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151

2.3.8.2.1.   Il-familja tal-matriċi tat-tagħbija fit-triq skont il-punt 5.1 tas-Subanness 4 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151

Fejn it-tagħbija fit-triq ta' vettura tkun ġiet ikkalkulata skont il-punt 5.1 tas-Subanness 4 tal-Anness XXI tar-(UE) 2017/1151, it-tagħbija fit-triq tal-NEDC li trid tintuża bħala input għas-simulazzjonijiet tal-għodda ta' korrelazzjoni għandha tiġi ddeterminata kif ġej:

(a) Il-valuri tabulati tat-tagħbija fit-triq tal-NEDC skont it-Tabella 3 tal-Anness 4a tar-Regolament NU/KEE Nru 83

Il-Vettura H:

F 0 n,H = T 0 n,H + (F 0 w,H – Aw,H )

F 1 n,H = F 1 w,H – Bw,H

F 2 n,H = T 2 n,H + (F 2 w,H – Cw,H )

Il-Vettura L:

F 0 n,L = T 0 n,L + (F 0 w,L – Aw,L )

F 1 n,L = F 1 w,L – Bw,L

F 2 n,L = T 2 n,L + (F 2 w,L – Cw,L )

Fejn,

F 0 n,i , F 1 n,i , F 2 n,I , b'i = H,L,

huma l-koeffiċjenti tat-tagħbija fit-triq tal-NEDC għall-vetturi H jew L;

T 0 n,i , T 2 n,i , b'i = H,L

huma l-koeffiċjenti tax-xażi dinamometriku tal-NEDC għall-vetturi H jew L iddeterminati skont it-Tabella 3 tal-Anness 4a tar-Regolament NU/KEE Nru 83;

AW,H/L, BW,H/L, CW,H/L

huma l-koeffiċjenti tax-xażi dinamometriku għall-vettura użata għall-fini tat-tħejjija tax-xażi dinamometriku skont il-punti 7 u 8 tas-Subanness 4 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151;

(b) It-tagħbijiet fit-triq tal-NEDC derivati mill-vettura rappreżentattiva

Fil-każ ta' vetturi ddisinjati għal massa mgħobbija massima teknikament permissibbli ugwali għal jew ogħla minn 3 000  kg, it-tagħbijiet fit-triq tal-NEDC jistgħu, fuq talba tal-manifattur, jiġu ddeterminati skont dan li ġej:

(1) Id-determinazzjoni tal-koeffiċjenti tat-tagħbija fit-triq tal-vettura rappreżentattiva tal-familja tal-matriċi tat-tagħbija fit-triq

(i)   L-effett ta' inerzja differenti:

image

Fejn il-fatturi fil-formula huma kif iddefiniti fil-punt 2.3.1, bl-eċċezzjoni ta' dawn li ġejjin:

F0w,R hija l-koeffiċjent tat-tagħbija fit-triq F0 iddeterminat għat-test tad-WLTP tal-vettura R; TMw,R hija l-massa tat-test użata għat-test tad-WLTP tal-vettura R.

(ii)   L-effett ta' pressjoni differenti tat-tajers:

image

Fejn il-fatturi fil-formula huma kif iddefiniti fil-punt 2.3.5.

(iii)   L-effett tal-inerzja tal-partijiet rotanti:

image

Fil-każ ta' test fiżiku tal-vettura, għandha tapplika l-formula li ġejja:

image

(iv)   L-effett ta' ħxuna differenti tat-tajer:

image

Fejn il-fatturi fil-formula huma kif iddefiniti fil-punt 2.3.6.

(v)   L-effett tal-prekundizzjonament:

image

Fil-każ ta' test fiżiku tal-vettura, il-korrezzjoni għall-effett tal-prekundizzjonament ma għandhiex tiġi applikata.

(vi)   Il-koeffiċjent tat-tagħbija fit-triq F1n għall-vettura R għandu jiġi ddeterminat kif ġej:

L-effett tal-inerzja tal-partijiet rotanti:

image

Fil-każ ta' test fiżiku tal-vettura, għandha tapplika l-formula li ġejja:

image

(vii)   Il-koeffiċjent tat-tagħbija fit-triq F2n għall-vettura R għandu jiġi ddeterminat

kif ġej:

image

L-effett tal-inerzja tal-partijiet rotanti:

image

Fil-każ ta' test fiżiku tal-vettura, għandha tapplika l-formula li ġejja:
image Fejn il-fattur huwa l-koeffiċjent tat-tagħbija fit-triq 2 iddeterminat għat-test tad-WLTP tal-vettura R li minnu tneħħa l-effett tat-tagħmir fakultattiv ajrudinamiku kollu.

(2) Id-determinazzjoni tal-koeffiċjenti tat-tagħbija fit-triq tal-NEDC għall-vettura H

Għall-kalkolu ta' tagħbijiet fit-triq tal-NEDC tal-vettura H għandhom jintużaw il-formuli li ġejjin:

(i)   F0n,H għall-vettura H għandu jiġi ddeterminat kif ġej:

image

Fejn,

F0n,R

hija l-koeffiċjent tat-tagħbija fit-triq kostanti tal-vettura R f'N;

RMn,H

hija l-massa ta' referenza tal-vettura H,

RMn,R

hija l-massa ta' referenza tal-vettura R;

RRH

hija r-reżistenza għat-tidwir tat-tajers tal-vettura H f'kg/tunnellata;

RRR

hija r-reżistenza għat-tidwir tat-tajers tal-vettura R f'kg/tunnellata;

(ii)   F2n,H għall-vettura H għandu jiġi ddeterminat kif ġej:

image

Fejn,

F2n,R

hija l-koeffiċjent tat-tagħbija fit-triq kostanti tat-tieni ordni tal-vettura R f'N/(km/h)2;

Af,H

hija l-erja ta' quddiem tal-vettura H f'm2;

Af,R

hija l-erja ta' quddiem tal-vettura R f'm2.

(iii)

F1n,H għall-vettura H għandu jiġi ffissat għal 0.

(3) Id-determinazzjoni tal-koeffiċjent tat-tagħbija fit-triq tal-NEDC għall-vettura L

Għall-kalkolu ta' tagħbijiet fit-triq tal-NEDC tal-vettura L għandhom jintużaw il-formuli li ġejjin:

(i)   F0n,L għall-vettura L għandu jiġi ddeterminat kif ġej:

image

Fejn,

F0n,R

hija l-koeffiċjent tat-tagħbija fit-triq kostanti tal-vettura R f'N;

RMn,L

hija l-massa ta' referenza tal-vettura L;

RMn,R

hija l-massa ta' referenza tal-vettura R;

RR,L

hija r-reżistenza għat-tidwir tat-tajers tal-vettura L f'kg/tunnellata;

RRR

hija r-reżistenza għat-tidwir tat-tajers tal-vettura R f'kg/tunnellata;

(ii)   F2n,L għall-vettura L għandu jiġi ddeterminat kif ġej:

image

Fejn,

F2n,R

hija l-koeffiċjent tat-tagħbija fit-triq kostanti tat-tieni ordni tal-vettura R f'N/(km/h)2;

Af,L

hija l-erja ta' quddiem tal-vettura H f'm2;

Af,R

hija l-erja ta' quddiem tal-vettura R f'm2.

(iii)

F1n,L għall-vettura L għandu jiġi ffissat għal 0.

2.3.8.2.2.   It-tagħbijiet fit-triq prestabbiliti skont il-punt 5.2 tas-Subanness 4 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151

Fejn it-tagħbijiet fit-triq prestabbiliti ġew ikkalkulati skont il-punt 5.2 tas-Subanness 4 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151, it-tagħbijiet fit-triq tal-NEDC għandhom jiġu kkalkulati skont il-punt 2.3.8.2.1.(a) ta' dan l-Anness.

Fil-kaz tal-ittestjar tal-vettura fiżika, it-test għandu jitwettaq bil-koeffiċjenti tax-xażi dinamometriku tal-NEDC għall-vetturi H jew L iddeterminati skont it-Tabella 3 tal-Anness 4a tar-Regolament NU/KEE Nru 83.

▼B

2.4.    Il-matriċi tad-dejta tal-input

Il-manifattur għandu jiddetermina d-dejta tal-input għal kull vettura H u vettura L skont il-punt 2.2 u jissottometti l-matriċi sħiħa stabbilita fit-Tabella 1 lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip jew, fejn applikabbli, lis-servizz tekniku maħtur sabiex iwettaq it-test, bl-eċċezzjoni tal-entrati 31, 32 u 33 (it-tagħbijiet fit-triq tal-NEDC) li għandhom jiġu kkalkolati mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip jew mis-servizz tekniku skont il-formuli speċifikati fil-punt 2.3.8.

L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip jew is-servizz tekniku għandhom jivverifikaw u jikkonfermaw b’mod indipendenti l-korrettezza tad-dejta tal-input ipprovduta mill-manifattur. Fil-każ ta’ dubju, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip jew is-servizz tekniku għandhom jiddeterminaw id-dejta tal-input rilevanti b’mod indipendenti mill-informazzjoni pprovduta mill-manifattur jew, fejn xieraq, jaġixxu skont il-punt 3.2.7 u 3.2.8.



Tabella 1

Matriċi tad-dejta tal-input għall-għodda ta’ korrelazzjoni

Nru

Parametri tal-input għall-għodda ta’ korrelazzjoni

Unità

Sors

Kummenti

1

It-tip ta’ fjuwil

—

Il-punt 3.2.2.1 tal-Appendiċi 3 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/1151

Diżil/Petrol/LPG/NG jew Bijometan/Etanol(E85)/Bijodiżil

2

Il-valur ta’ tisħin inferjuri tal-fjuwil

kJ/kg

Dikjarazzjoni mill-manifattur u/jew mis-servizz tekniku

 

3

Il-kontenut ta’ karbonju tal-fjuwil

%

Idem

% ta’ karbonju fil-fjuwil skont il-piż Eż.85,5 %

4

It-tip ta’ magna

 

Il-punt 3.2.1.1 tal-Appendiċi 3 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/1151

Tqabbid bl-ispark plaggs jew tqabbid bil-kompressjoni

5

Iċ-ċilindrata

cc

Il-punt 3.2.1.3 tal-Appendiċi 3 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/1151

 

6

L-istrowk tal-magna

mm

Il-punt 3.2.1.2.2 tal-Appendiċi 3 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/1151

 

7

Il-potenza nominali tal-magna

kW…min–1

Il-punt 3.2.1.8 tal-Appendiċi 3 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/1151

 

8

L-ispid tal-magna bil-potenza nominali tal-magna

min–1

Il-punt 3.2.1.8 fl-Appendiċi 3 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/1151

Spid tal-magna bil-potenza netta massima

9

Il-veloċità idle għolja tal-magna (1)

min–1

Il-punt 3.2.1.6.1 tal-Appendiċi 3 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/1151

 

10

It-torque massimu nett (1)

Nm f’… min–1

Il-punt 3.2.1.10 tal-Appendiċi 3 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/1151

 

11

Il-veloċità tal-immappjar T1 (1)

rpm

Is-Subanness 2 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151

Arranġament

12

It-torque tal-immappjar T1 (1)

Nm

Is-Subanness 2 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151

Arranġament

13

Il-potenza tal-immappjar T1 (1)

kW

Is-Subanness 2 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151

Arranġament

14

Il-veloċità idle tal-magna

rpm

Is-Subanness 2 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151

Veloċità idle f’kundizzjoni sħuna

15

Il-konsum tal-fjuwil b’magna mhux ingranata

g/s

Dikjarazzjonijiet tal-manifattur

Konsum tal-fjuwil b’magna mhux ingranata f’kundizzjoni sħuna

16

Il-proporzjonjiet tat-trażmissjoni finali

—

Il-punt 4.6 fl-Appendiċi 3 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/1151

Il-proporzjon tat-trażmissjoni finali

17

Il-kodiċi tat-tajer (2)

—

Il-punt 6 tal-Appendiċi 3 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/1151

Kodiċi tatt-tajer (eż. P195/55R1685H) tat-tajers użati fit-test tad-WLTP

18

It-tip ta’ gerboks

—

Il-punt 4.5 tal-Appendiċi 3 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/1151

awtomatika/manwali/CVT

19

Il-konvertur tat-torque

—

Dikjarazzjonijiet tal-manifattur

0 = Le, 1 = Iva; Il-vettura tuża konvertur tat-torque?

20

Tagħmir li jiffranka l-fjuwil għat-trażmissjoni awtomatika

—

Dikjarazzjonijiet tal-manifattur

0 = Le, 1 = Iva

L-issettjar ta’ dan il-valur għal 1 jippermetti sabiex l-għodda ta’ korrelazzjoni tuża ger ogħla fis-sewqan b’veloċità kostanti milli fil-każ ta’ kundizzjonijiet tranżitorji

21

Il-modalità tas-sewqan

—

Il-punt 2.3.1 tas-Subanness 5 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151

Trazzjoni fuq żewġ roti, trazzjoni fuq erba’ roti.

22

Il-ħin tal-attivazzjoni start-stop

sek

Dikjarazzjonijiet tal-manifattur

Ħin tal-attivazzjoni start-stop li għadda mill-bidu tat-test

23

Il-vultaġġ nominali tal-alternejter

V

Il-punt 3.4.4.5 tal-Appendiċi 3 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/1151

 

24

Il-kapaċità tal-batterija

Ah

Il-punt 3.4.4.5 tal-Appendiċi 3 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/1151

 

25

It-temperatura ambjentali tal-bidu tad-WLTP

°C

 

Valur prestabbilit = 23 °C

Kejl tat-test tad-WLTP

26

Il-potenza massima tal-alternejter

kW

Dikjarazzjonijiet tal-manifattur

 

27

L-effiċjenza tal-alternejter

—

Dikjarazzjonijiet tal-manifattur

Valur prestabbilit = 0,67

28

Il-proporzjonijiet tal-gerboks

—

Il-punt 4.6 tal-Appendiċi 3 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/1151

Arranġament: proporzjon tal-ger 1, proporzjon tal-ger 2, eċċ

29

Il-proporzjon tal-veloċità tal-vettura għall-veloċità tal-magna (2)

(km/siegħa)/rpm

Dikjarazzjonijiet tal-manifattur

Arranġament: [proporzjon tal-ispid b’veloċità kostanti tal-ger 1, proporzjon tal-ispid b’veloċità kostanti tal-ger 2, ...]; Alternattiva għall-proporzjonijiet tal-gerboks

30

L-inerzja tal-vettura tal-NEDC

kg

►M1  Tabella 3 tal-Anness 4a tar-Regolament NU/KEE Nru 83. Irid jimtela mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip jew mis-Servizz Tekniku  ◄

Trid tiġi derivata skont il-punt 2.3.1 ta’ dan l-Anness.

31

F0 NEDC

N

Il-punt 2.3.8 ta’ dan l-Anness, irid jimtela mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip jew mis-Servizz Tekniku

Il-koeffiċjenti tat-tagħbija fit-triq F0

32

F1 NEDC

N/(km/siegħa)

Idem

Il-koeffiċjenti tat-tagħbija fit-triq F1

33

F2 NEDC

N/(km/siegħa)2

Idem

Il-koeffiċjenti tat-tagħbija fit-triq F2

▼M1

34

L-iffissar tal-inerzja WLTP

kg

Il-punt 2.5.3 tas-Subanness 4 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151

L-inerzja tad-dinamometru tax-xażi applikata matul it-test WLTP

▼B

35

F0 WLTP

N

Il-punt 2.4.8 tal-Appendiċi tad-dokument ta’ informazzjoni fl-Appendiċi 3 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/1151

Il-koeffiċjenti tat-tagħbija fit-triq F0

36

F1 WLTP

N/(km/siegħa)

Idem

Il-koeffiċjenti tat-tagħbija fit-triq F1

37

F2 WLTP

N/(km/siegħa)2

Idem

Il-koeffiċjenti tat-tagħbija fit-triq F2

38

Il-valur tas-CO2 tad-WLTP tal-fażi 1

gCO2/km

Il-punt 2.1.1 tar-rapport tat-test tal-Anness I, l-Appendiċi 8a tar-Regolament (UE) 2017/1151

Fażi baxxa, valuri tal-borża mhux ikkoreġuti għal RCB, kejl tat-test tad-WLTP mhux arrotondat

39

Il-valur tas-CO2 tad-WLTP tal-fażi 2

gCO2/km

Idem

Fażi medja, valuri tal-borża mhux ikkoreġuti għal RCB, kejl tat-test tad-WLTP mhux arrotondat

40

Il-valur tas-CO2 tad-WLTP tal-fażi 3

gCO2/km

Idem

Fażi għolja, valuri tal-borża mhux ikkoreġuti għal RCB, kejl tat-test tad-WLTP mhux arrotondat

41

Il-valur tas-CO2 tad-WLTP tal-fażi 4

gCO2/km

Idem

Fażi għolja ħafna, valuri tal-borża mhux ikkoreġuti għal RCB, mhux arrotondati

Kejl tat-test tad-WLTP

42

Turboċarġer jew Superċarġer

—

Dikjarazzjonijiet tal-manifattur

0 = Le | 1 = Iva - Il-magna hija mgħammra b’xi tip ta’ sistema ta’ ċċarġjar?

43

Start-stop

—

Dikjarazzjonijiet tal-manifattur

0 = Le | 1 = Iva - Il-vettura għandha sistema ta’ start-stop?

44

L-irkupru tal-enerġija mill-brejkijiet

—

Dikjarazzjonijiet tal-manifattur

0 = Le | 1 = Iva - Il-vettura għandha teknoloġiji għall-irkupru tal-enerġija?

45

L-attwazzjoni varjabbli tal-valv

—

Dikjarazzjonijiet tal-manifattur

0 = Le | 1 = Iva - Il-magna fiha attwazzjoni varjabbli tal-valv?

46

Il-ġestjoni termali

—

Dikjarazzjonijiet tal-manifattur

0 = Le | 1 = Iva - Il-vettura għandha teknoloġiji li jirregolaw b’mod attiv it-temperatura tal-gerbox?

47

L-injezzjoni diretta/L-Injezzjoni tal-Fjuwil mill-Bokka

—

Dikjarazzjonijiet tal-manifattur

0 = PFI | 1 = DI

48

Il-kombustjoni fqira

—

Dikjarazzjonijiet tal-manifattur

0 = Le | 1 = Iva - Il-magna tuża kombustjoni żgħira?

49

Id-diżattivazzjoni taċ-ċilindru

—

Dikjarazzjonijiet tal-manifattur

0 = Le | 1 = Iva - Il-magna tuża sistema ta’ diżattivazzjoni taċ-ċilindru?

50

Ir-riċirkolazzjoni tal-gass tal-egżost

—

Dikjarazzjonijiet tal-manifattur

0 = Le | 1 = Iva - Il-vettura għandha sistema esterna tar-riċirkolazzjoni tal-gass tal-egżost (EGR)?

51

Il-filtru tal-partikuli

—

Dikjarazzjonijiet tal-manifattur

0 = Le | 1 = Iva - Il-vettura għandha filtru tal-partikuli?

52

Ir-Riduzzjoni Katalitika Selettiva

—

Dikjarazzjonijiet tal-manifattur

0 = Le | 1 = Iva - Il-vettura għandha sistema tar-Riduzzjoni Katalitika Selettiva (SCR)?

53

Il-katalist tal-ħżin tal-NOx

—

Dikjarazzjonijiet tal-manifattur

0 = Le | 1 = Iva - Il-vettura għandha katalist tal-ħżin tal-NOx?

54

Il-ħin tad-WLTP

sek

Kejl tat-test tad-WLTP (identifikat skont il-Punt 2.2 ta’ dan l-Anness)

Arranġament: Data tal-OBD u tax-Xażi Dinamometriku, 1hz

55

Il-veloċità tad-WLTP (teoretika)

km/siegħa

Kif iddefinita fis-Subanness 1 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151

Arranġament: 1hz, riżoluzzjoni ta’ 0,1 km/siegħa. Jekk ma jkunx ipprovdut, japplika l-profil tal-veloċità ddefinit fil-punt 6 tas-Subanness 1 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151 u, b’mod partikolari, għat-tabelli A1/7-A1/9, A1/11, u A1/12

56

Il-veloċità tad-WLTP (attwali)

km/siegħa

Kejl tat-test tad-WLTP (identifikat skont il-Punt 2.2 ta’ dan l-Anness)

Arranġament: Data tal-OBD u tax-Xażi Dinamometriku, 1hz, riżoluzzjoni ta’ 0,1 km/siegħa

57

Il-ger tad-WLTP (teoretiku)

—

Kif iddefinita fis-Subanness 2 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151

Arranġament: 1hz. Jekk ma jkunx ipprovdut, japplika l-kalkolu mill-għodda ta’ korrelazzjoni

58

L-ispid tal-magna tad-WLTP

rpm

Kejl tat-test tad-WLTP (identifikat skont il-Punt 2.2 ta’ dan l-Anness)

Arranġament: 1hz, riżoluzzjoni ta’ 10 RPM mill-OBD

59

It-temperatura tal-Fluwidu Berried tal-Magna tad-WLTP

°C

Idem

►M1  Arranġament: Data tal-OBD, 1hz, riżoluzzjoni ta' 1 °C ◄

60

Il-Kurrent tal-Alternejter tad-WLTP

A

Kif iddefinit, għall-kurrent tal-batterija b’vultaġġ baxx, fl-Appendiċi 2 tas-Subanness 6 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151

Arranġament: 1hz, riżoluzzjoni ta’ 0,1 A, apparat estern tal-kejl sinkronizzat max-xażi dinamometriku

61

Il-Kurrent tal-Batterija b’Vultaġġ Baxx tad-WLTP

A

Kif iddefinit fl-Appendiċi 2 tas-Subanness 6 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151

Arranġament: 1hz, riżoluzzjoni ta’ 0,1 A, apparat estern tal-kejl sinkronizzat max-xażi dinamometriku

62

It-tagħbija kkalkolata tad-WLTP

—

Kif iddefinita fl-Anness 11 tar-Regolament NU/KEE Nru 83

Arranġament: Data tal-OBD, kejl tat-test tad-WLTP ta’ mill-inqas 1hz (frekwenzi ogħla possibbli, riżoluzzjoni ta’ 1 %)

▼M1

63

L-emissjonijiet iddikjarati ta' CO2 għall-vettura H u L flimkien tal-NEDC

gCO2/km

 

Il-valur iddikjarat għat-test NEDC. Fil-każ ta' vetturi b'sistemi li jirriġeneraw perjodikament il-valur għandu jkun Ki ikkoreġut

64

Il-veloċità NEDC (teoretika)

km/h

Kif iddefinita fil-punt 6 tal-Anness 4 tar-Regolament NU/KEE Nru 83

Arranġament: 1hz, riżoluzzjoni ta' 0,1 km/h. Jekk ma jkunx ipprovdut, għandu japplika l-profil tal-veloċità deskritt fil-punt 6 tal-Anness 4 tar-Regolament NU/KEE Nru 83

65

ger NEDC (teoretiku)

—

Idem.

Arranġament: 1hz. Jekk ma jkunx ipprovdut, għandu japplika l-profil tal-veloċità deskritt fil-punt 6 tal-Anness 4 tar-Regolament NU/KEE Nru 83

66

In-numru tal-identifikazzjoni tal-familja tal-vettura

—

Il-Punt 5.0 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151

 

▼M1

67

Fattur ta' riġenerazzjoni Ki

—

L-Appendiċi 1 tas-Subanness 6 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151

Fil-każ ta' vetturi mingħajr sistemi ta' riġenerazzjoni perjodika, dan il-valur huwa ugwali għal 1. Fil-każ ta' vetturi b'sistemi ta' riġenerazzjoni perjodika, dan il-valur, jekk ma jkunx ipprovdut, huwa ugwali għal 1,05.

▼B

(*1)   Il-veloċità idle normali tal-magna, il-veloċità idle għolja tal-magna u t-torque nett massimu jew it-torque tal-veloċità u l-potenza tal-immappjar T1 huma neċessarji (għall-qlib tal-gerijiet)

(*2)   Id-dimensjonijiet tat-tajer jew il-proporzjon tal-ispid tal-veloċità huma neċessarji (għall-qlib tal-gerijiet)

3.   ID-DETERMINAZZJONI TAL-VALURI TAL-EMISSJONIJIET TA’ CO2 U TAL-KONSUM TAL-FJUWIL TAL-NEDC GĦALL-VETTURI H U L

3.1.    Id-determinazzjoni tal-valuri ta’ referenza ta’ CO2, il-valuri speċifiċi għall-fażijiet u l-valuri tal-konsum tal-fjuwil tal-NEDC għall-vetturi H u L

L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tiżgura li l-valur ta’ referenza tas-CO2 tal-NEDC għall-vettura H rispettiva u, fejn applikabbli, għall-vettura L ta’ familja ta’ interpolazzjoni tad-WLTP kif ukoll il-valuri speċifiċi għall-fażijiet u l-konsum tal-fjuwil għandhom jiġu ddeterminati skont il-punti 3.1.2 u 3.1.3.

▼M1

Jekk id-differenza bejn il-vettura H u l-vettura L hija dovuta biss għal differenza ta' tagħmir fakultattiv (jiġifieri l-MRO, il-forma tal-karrozzerija u l-koeffiċjenti tat-tagħbija fit-triq huma l-istess) il-valur ta' referenza NEDC CO2 għandu jiġi ddeterminat għal H biss.

3.1.1.    L-input u l-output tal-għodda ta' korrelazzjoni

3.1.1.1.   Ir-rapport tal-output tal-korrelazzjoni oriġinali

L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip jew is-servizz tekniku magħżul għandhom jiżguraw li l-fajl tad-dejta tal-input għall-għodda ta' korrelazzjoni huwa komplut. Wara li tkun tlestiet il-prova tat-test dwar l-għodda ta' korrelazzjoni, għandu jinħareġ rapport oriġinali tal-output korrelazzjoni u dan jiġi attribwit b'kodiċi tal-hash. Ir-rapport għandu jinkludi il-fajls sussidjarji li ġejjin:

(a) id-dejta tal-input kif speċifikat fil-punt 2.4;

(b) id-dejta tal-output li tirriżulta mit-twettiq tas-simulazzjoni;

(c) il-fajl tas-sommarju, inkluż

(i) in-numru tal-identifikazzjoni tal-familja tal-vettura;

(ii) id-delta bejn il-valur tas-CO2 iddikjarat mill-manifattur u l-valur li jirriżulta mill- għodda ta' korrelazzjoni (CO2 ikkombinati);

(iii) data teknika mhix kunfidenzjali (jiġifieri t-tip tal-fjuwil, il-kapaċità tal-magna, it-tip tal-kaxxa tal-gerijiet, it-turbo).

3.1.1.2.   Fajl ta' korrelazzjoni mimli

Meta r-rapport tal-output ta' korrelazzjoni oriġinali jkun inħareġ skont il-punt 3.1.1.1, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, jew, fejn ikun applikabbli, is-servizz tekniku magħżul għandu juża l-kmandi rilevanti fl-għodda ta' korrelazzjoni biex jibgħat il-fajl tas-sommarju f'server b'kronogramma li minnu tinbagħat risposta bil-ħin ittimbrat lil min bagħatha (bis-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni inklużi b'kopja ta' dan il-messaġġ), bl-inklużjoni ta' numru sħiħ iġġenerat b'mod aleatorju bejn 1 u 99.

Għandu jinħoloq fajl ta' korrelazzjoni komplut, li jinkludi r-risposta bil-ħin ittimbrat u r-rapport tal-output ta' korrelazzjoni oriġinali msemmi fil-punt 3.1.1.1. Kodiċi tal-hash għandu jiġi attribwit għall-fajl komplut ta' korrelazzjoni. Il-fajl għandu jinżamm mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip bħala rapport tat-test skont l-Anness VIII tad-Direttiva 2007/46/KE.

3.1.2.    Il-valur ta' referenza tas-CO2 tal-NEDC għall-vettura H

L-għodda ta' korrelazzjoni għandha tintuża għall-eżekuzzjoni tat-test issimulat tal-vettura H billi tintuża d-dejta tal-input rilevanti msemmija fil-punt 2.4.

Il-valur ta' referenza tas-CO2 tal-NEDC għall-vettura H għandu jiġi ddeterminat kif ġej:

CO 2, H = NEDC CO2,C,H · Ki,H

Fejn,

CO 2, H

huwa l-valur ta' referenza tas-CO2 tal-NEDC għall-vettura H;

NEDC CO 2, C,H

huwa l-għodda ta' korrelazzjoni simulata tar-riżultat kombinat tas-CO2 tal-NEDC għall-vettura H;

Ki,H

hija l-valur iddeterminat skont l-appendiċi 1 tas-Subanness 6 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151 għall-vettura H.

Minbarra il-valur ta' referenza CO2 tal-NEDC, l-għodda ta' korrelazzjoni għandha tipprovdi l-valuri b'fażijiet varji tas-CO2 għall-vettura H.

3.1.3.    Il-valur ta' referenza tas-CO2 tal-NEDC għall-vettura L

Fejn applikabbli, it-test simulat tal-NEDC tal-vettura L għandu jitwettaq bl-użu tal-għodda ta' korrelazzjoni u d-dejta ta' input rilevanti msemmija fil-punt 2.4.

Il-valur ta' referenza tas-CO2 tal-NEDC għall-vettura L għandu jiġi ddeterminat kif ġej:

CO 2, L = NEDC CO2,C,L · Ki,L

Fejn,

CO 2, L

huwa l-valur ta' referenza tas-CO2 tal-NEDC għall-vettura L;

NEDC CO2,C,L

hija l-għodda ta' korrelazzjoni simulata tar-riżultat kombinat tas-CO2 tal-NEDC għall-vettura L;

Ki,L

hija l-valur iddeterminat skont l-appendiċi 1 tas-Subanness 6 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151 għall-vettura L.

Minbarra il-valur ta' referenza NEDC CO2, l-għodda ta' korrelazzjoni għandha tipprovdi wkoll il-valuri tas-CO2 speċifiċi għal kull fażi għall-vettura L.

▼B

3.2.    L-interpretazzjoni tal-valuri ta’ referenza tas-CO2 tal-NEDC iddeterminati għall-vetturi H u L

Għal kull familja ta’ interpolazzjoni tad-WLTP, il-manifattur għandu jiddikjara l-valur kombinat tal-emissjonijiet tal-massa tas-CO2 tal-NEDC għall-vettura H, u, fejn applikabbli, għall-vettura L, lill-awtorità tal-approvazzjoni. L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tiżgura li l-valuri ta’ referenza tas-CO2 tal-NEDC għall-vettura H u, fejn applikabbli, għall-vettura L, huma ddeterminati skont il-punti 3.1.2 u 3.1.3, u li l-valuri ta’ referenza għall-vettura rispettiva huma interpretati skont il-punti 3.2.1 sa 3.2.5.

3.2.1.

Il-valur tas-CO2 tal-NEDC għall-vettura tat-test H jew L li għandu jintuża għall-fini tal-kalkoli stipulati fil-punt 4 għandu jkun il-valur iddikjarat mill-manifattur, jekk il-valur ta’ referenza tas-CO2 tal-NEDC ma jaqbiżx dak il-valur b’iktar minn 4 fil-mija. Il-valur ta’ referenza jista’ jkun inqas mingħajr ebda limitazzjoni.

3.2.2.

Jekk il-valur ta’ referenza tas-CO2 tal-NEDC jaqbeż il-valur iddikjarat mill-manifattur b’iktar minn 4 fil-mija, il-valur ta’ referenza jista’ jintuża għall-fini tal-kalkoli stabbiliti fil-punt 4 għall-vettura tat-test H jew L, jew il-manifattur jista’ jitlob li jsir kejl fiżiku taħt ir-responsabbiltà tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip skont il-proċedura msemmija fl-Anness XII tar-Regolament (KE) Nru 692/2008, b’kunsiderazzjoni tal-preċiżjonijiet speċifikati fil-punt 2 ta’ dan l-Anness.

3.2.3.

Jekk il-kejl fiżiku msemmi fil-punt 3.2.2, amplifikat mill-fattur-Ki, ma jaqbiżx il-valur iddikjarat mill-manifattur b’iktar minn 4 fil-mija, il-valur iddikjarat għandu jintuża għall-fini tal-kalkoli stabbiliti fil-punt 4.

3.2.4.

Jekk il-kejl fiżiku, amplifikat mill-fattur-KI, jaqbeż il-valur iddikjarat mill-manifattur b’iktar minn 4 fil-mija, għandu jsir kejl fiżiku ieħor tal-istess vettura u r-riżultati għandhom jiġu amplifikati bil-fattur-Ki. Jekk il-medja ta’ dawk iż-żewġ kalkoli ta’ kejl ma taqbiżx il-valur iddikjarat b’iktar minn 4 fil-mija, il-valur iddikjarat għandu jintuża għall-fini tal-kalkoli stabbiliti fil-punt 4.

3.2.5.

Jekk il-medja taż-żewġ kalkoli ta’ kejl imsemmijin fil-punt 3.2.4 taqbeż il-valur iddikjarat mill-manifattur b’iktar minn 4 fil-mija, għandu jsir it-tielet kejl u r-riżultati għandhom jiġu amplifikati bil-fattur-Ki. Il-medja tat-tliet kalkoli ta’ kejl għandha tintuża għall-fini tal-kalkoli stipulati fil-punt 4.

▼M1

3.2.6.

Meta n-numru ġġenerat b'mod aleatorju msemmi fil-punt 3.1.1.2 ikun fil-medda ta' bejn 90 u 99, il-vettura għandha tingħażel għal kejl fiżiku wieħed skont il-proċedura msemmija fl-Anness XII tar-Regolament (KE) Nru 692/2008, filwaqt li jitqiesu l-preċiżazzjonijiet stipulati fit-taqsima 2 ta' dan l-Anness. Ir-riżultati tat-test għandhom jiġu dokumentati f'konformità mal-Anness VIII tad-Direttiva 2007/46/KE.

Meta il-valur tas-CO2 tal-NEDC għaż-żewġ vetturi H u L jiġi ddeterminat skont il-punt 3.2.1, il-konfigurazzjoni tal-vettura magħżula għall-kejl fiżiku għandha tkun il-vettura L, jekk in-numru aleatorju jkun fil-medda ta' bejn 90 u 94, u l-vettura H, jekk in-numru aleatorju jkun fil-medda ta' bejn 95 u 99.

Fejn il-valur tas-CO2 tal-NEDC huwa ddeterminat skont il-punt 3.2.1 għal waħda biss mill-vetturi H jew L fl-interpolazzjoni tal-familja, l-vettura għandha tintgħażel għal kejl fiżiku wieħed jekk n-numru aleatorju jkun fil-medda ta' 90 sa 99.

Fejn il-valuri tas-CO2 tal-NEDC mhumiex iddeterminati skont il-punt 3.2.1, iżda ż-żewġ vetturi H u L huma ittestjata fiżikament, in-numru aleatorju ma għandux jitqies.

▼B

3.2.7.

Minkejja l-punt 3.2.6, awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha, fejn applikabbli, fuq il-bażi ta’ proposta minn servizz tekniku, f’dawk il-każijiet li fihom il-valur tas-CO2 tal-NEDC jiġi ddeterminat skont il-punt 3.2.1, titlob li vettura jsirilha kejl fiżiku wieħed fejn, fuq il-bażi tal-għarfien espert indipendenti tagħha, ikun hemm raġunijiet iġġustifikati għaliex jiġi kkunsidrat li l-valur iddikjarat tas-CO2 tal-NEDC huwa baxx wisq b’rabta ma’ valur imkejjel tas-CO2 tal-NEDC. Ir-riżultati tat-test għandhom jiġu ddokumentati f’konformità mal-Anness VIII tad-Direttiva 2007/46/KE.

3.2.8.

Meta jsir test fiżiku skont il-punt 3.2.6 jew il-punt 3.2.7, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha, għal kull familja ta’ interpolazzjoni tad-WLTP, tirreġistra d-devjazzjoni relattiva (De) bejn il-valur imkejjel u l-valur iddikjarat mill-manifattur iddeterminata kif ġej:

image

Fejn,

RTr

hija r-riżultat tat-test aleatorju, amplifikat bil-fattur-Ki;

DV

hija l-valur iddikjarat mill-manifattur.

▼M1

Il-fattur De għandu jiġi kkalkulat bi tliet deċimali u għandu jiġi rreġistrat fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip u fiċ-ċertifikat ta' konformità.

▼B

Meta l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip issib li r-riżultati tat-test fiżiku ma jikkonfermawx id-dejta tal-input ipprovduta mill-manifattur u, b’mod partikolari, id-dejta msemmija fil-punti 20, 22 u 44 tat-Tabella 1 fil-punt 2.4, fattur ta’ verifika għandu jiġi ssettjat għal 1 u jiġi rreġistrat fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip u fiċ-ċertifikat ta’ konformità. Meta d-dejta tal-input tiġi kkonfermata jew meta l-iżball fid-dejta tal-input ma jkunx għall-benefiċċju tal-manifattur, il-fattur ta’ verifika għandu jiġi ssettjat għal 0.

3.3.    Il-kalkolu tal-valuri tas-CO2 speċifiċi għall-fażijiet tal-NEDC u tal-valuri tal-konsum tal-fjuwil tal-NEDC għall-vetturi H u L

L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip jew, fejn applikabbli, is-servizz tekniku, għandhom jiddeterminaw il-valuri speċifiċi għall-fażijiet tal-NEDC u l-valuri tal-konsum tal-fjuwil tal-NEDC għall-vetturi H u L skont il-punti 3.3.1 sa 3.3.4.

▼M1

3.3.1.    Il-kalkolu tal-valuri tas-CO2 speċifiċi għall-fażijiet tal-NEDC għall-vettura H

Il-valuri speċifiċi għall-fażijiet tal-NEDC għall-vettura H għandhom jiġu kkalkulati kif ġej:

NEDC CO 2, p,H = NEDC CO 2, p,H,c · CO 2, AF,H

Fejn:

p

hija l-fażi “UDC” jew “EUDC” tal-NEDC;

NEDC CO2,p,H,c

hija l-għodda ta' korrelazzjoni simulata tal-valur tas-CO2 tal-NEDC għall-fażi p imsemmija fil-punt 3.1.2 jew, fejn applikabbli, ir-riżultat tal-kejl fiżiku kif imsemmi fil-punt 3.2.2;

NEDC CO2,p,H

hija l-valur speċifiku għall-fażi tal-NEDC għall-vettura H tal-fażi applikabbli p, gCO2/km;

CO2,AF,H

hija l-fattur ta' aġġustament għall-vettura H ikkalkulat mill-proporzjon ta' bejn il-valur tas-CO2 tal-NEDC iddeterminat skont il-punt 3.2 u r-riżultat tat-test tal-NEDC tal-għodda ta' korrelazzjoni simulata msemmija fil-punt 3.1.2 jew, fejn applikabbli, ir-riżultat tal-kejl fiżiku.

3.3.2.    Il-kalkolu tal-valuri tas-CO2 speċifiċi għall-fażijiet tal-NEDC għall-vettura L

Il-valuri speċifiċi għall-fażijiet tal-NEDC għall-vettura L għandhom jiġu kkalkulati kif ġej:

NEDC CO 2, p,L = NEDC CO 2, p,L,c · CO 2, AF,L

Fejn:

p

hija l-fażi “UDC” jew “EUDC” tal-NEDC;

NEDC CO2,p,L,c

hija l-għodda ta' korrelazzjoni simulata tal-valur tas-CO2 tal-NEDC għall-fażi p imsemmija fil-punt 3.1.2 jew, fejn applikabbli, ir-riżultat tal-kejl fiżiku kif imsemmi fil-punt 3.2.2;

NEDC CO2,p,L

hija l-valur speċifiku għall-fażi tal-NEDC għall-vettura L tal-fażi applikabbli p, gCO2/km;

CO2,AF,L

hija l-fattur ta' aġġustament għall-vettura L ikkalkulat mill-proporzjon ta' bejn il-valur tas-CO2 tal-NEDC iddeterminat skont il-punt 3.2 u r-riżultat tat-test tal-NEDC tal-għodda ta' korrelazzjoni simulata msemmija fil-punt 3.1.2 jew, fejn applikabbli, ir-riżultat tal-kejl fiżiku.

3.3.3.    Il-kalkolu tal-konsum tal-fjuwil tal-NEDC għall-vetturi H u L

3.3.3.1.   Il-kalkolu tal-konsum tal-fjuwil (kombinat) tal-NEDC

Il-konsum tal-fjuwil tal-NEDC (ikkombinat) għall-vetturi H u L għandu jiġi kkalkulat bl-użu tal-emissjonijiet ikkombinati tas-CO2 tal-NEDC iddeterminati skont il-punt 3.2 u skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness XII tar-Regolament (KE) Nru 692/2008. L-emissjonijiet ta' sustanzi niġġiesa oħrajn rilevanti għall-kalkolu tal-konsum tal-fjuwil (idrokarburi, monossidu tal-karbonju) għandhom jiġu kkunsidrati bħala li huma 0 (żero) g/km.

3.3.3.2.   Il-kalkolu tal-konsum tal-fjuwil speċifiku għall-fażijiet tal-NEDC

Il-konsum tal-fjuwil speċifiku għall-fażi tal-NEDC għall-vetturi H u L għandu jiġi kkalkulat bl-użu tal-emissjonijiet speċifiċi għall-fażi tas-CO2 tal-NEDC iddeterminati skont il-punt 3.3 u d-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness XII tar-Regolament (KE) Nru 692/2008. L-emissjonijiet ta' sustanzi niġġiesa oħrajn rilevanti għall-kalkolu tal-konsum tal-fjuwil (idrokarburi, monossidu tal-karbonju) għandhom jiġu kkunsidrati li huma 0 (żero) g/km.

▼B

3.3.4.    Il-kalkolu tal-konsum tal-fjuwil tal-NEDC għall-vettura L

3.3.4.1.   Il-kalkolu tal-konsum tal-fjuwil (kombinat) tal-NEDC għall-vettura L

Il-konsum tal-fjuwil kombinat tal-NEDC għall-vettura L għandu jiġi kkalkolat kif ġej:

image

Fejn:

NEDC FCL,c

hija r-riżultat tat-test tal-konsum tal-fjuwil (kombinat) tal-NEDC iddeterminat skont l-Anness XII tar-Regolament (KE) Nru 692/2008 bl-użu tal-emissjonijiet ta’ CO2 iddeterminati skont il-punt (b) tal-paragrafu 3.1.3 jew bl-użu ta’ riżultat tal-kejl fiżiku kif imsemmi fil-punt 3.2.2; l-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa oħrajn rilevanti għall-kalkolu tal-konsum tal-fjuwil (idrokarburi, monossidu tal-karbonju) għandhom jiġu kkunsidrati li huma 0 (żero) g/km;

NEDC FCL

hija l-konsum tal-fjuwil (kombinat) tal-NEDC għall-vettura L, l/100 km;

CO2,AF,L

hija l-fattur ta’ aġġustament għall-vettura L ikkalkolat mill-proporzjon ta’ bejn il-valur tas-CO2 tal-NEDC iddeterminat skont il-punt 3.2 u r-riżultat tat-test tal-NEDC imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 3.1.3;

3.3.4.2.   Il-kalkolu tal-konsum tal-fjuwil speċifiku għall-fażijiet tal-NEDC għall-vettura L

Il-konsum tal-fjuwil speċifiku għall-fażijiet tal-NEDC għall-vettura L għandu jiġi kkalkolat kif ġej:

image

Fejn:

p

hija l-fażi “UDC” jew “EUDC” tal-NEDC;

NEDC FCp,L,c

hija r-riżultat tat-test tal-konsum tal-fjuwil tal-NEDC għall-fażi p iddeterminat skont l-Anness XII tar-Regolament (KE) Nru 692/2008 bl-użu tal-emissjonijiet ta’ CO2 iddeterminati skont il-punt (b) tal-paragrafu 3.1.2 jew bl-użu ta’ riżultat tal-kejl fiżiku kif imsemmi fil-punt 3.2.2; l-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa oħrajn rilevanti għall-kalkolu tal-konsum tal-fjuwil (idrokarburi, monossidu tal-karbonju) għandhom jiġu kkunsidrati li huma 0 (żero) g/km;

NEDC FCp,L

hija l-konsum tal-fjuwil speċifiku għall-fażi tal-NEDC għall-vettura L tal-fażi applikabbli p, l/100 km;

CO2,AF,L

hija l-fattur ta’ aġġustament għall-vettura L ikkalkolat mill-proporzjon ta’ bejn il-valur tas-CO2 tal-NEDC iddeterminat skont il-punt 3.2 u r-riżultat tat-test tal-NEDC imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 3.1.3

4.   IL-KALKOLU TAL-VALURI TAS-CO2 TAL-NEDC U TAL-VALURI TAL-KONSUM TAL-FJUWIL TAL-NEDC LI JRIDU JIĠU ATTRIBWITI LILL-VETTURI M1 INDIVIDWALI

Il-manifattur għandu jikkalkola l-valuri tas-CO2 (speċifiċi għall-fażijiet u kombinati) tal-NEDC u l-valuri tal-konsum tal-fjuwil tal-NEDC li jridu jiġu attribwiti lill-karozzi tal-passiġġieri individwali skont il-punti 4.1 u 4.2 u jirreġistra dawk il-valuri fiċ-ċertifikati tal-konformità.

Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar l-arrotondament stipulati fil-punt 1.3 tas-Subanness 7 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151.

4.1.    Id-determinazzjoni tal-valuri tas-CO2 tal-NEDC fil-każ ta’ familja ta’ interpolazzjoni tad-WLTP fuq il-bażi tal-vettura H

Meta l-emissjonijiet tas-CO2 tal-familja ta’ interpolazzjoni tad-WLTP jiġu ddeterminati b’referenza għall-vettura H biss skont il-punt 1.2.3.1 tas-Subanness 6 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151, il-valur tas-CO2 tal-NEDC li jrid jiġi rreġistrat fiċ-ċertifikati ta’ konformità tal-vetturi li jappartjenu għal dik il-familja għandhom ikunu l-emissjonijiet ta’ CO2 tal-NEDC iddeterminati skont il-punt 3.2 ta’ dan l-Anness u rreġistrati fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-vettura H inkwistjoni.

4.2.    Id-determinazzjoni tal-valur tas-CO2 tal-NEDC fil-każ ta’ familja ta’ interpolazzjoni tad-WLTP fuq il-bażi tal-vettura L u tal-vettura H

4.2.1.    Il-kalkolu tat-tagħbija fit-triq ta’ vettura individwali

4.2.1.1.   Il-massa tal-vettura rilevanti

Il-massa ta’ referenza tal-NEDC tal-vettura individwali (RMn,ind) għandha tiġi ddeterminata kif ġej:

image

Fejn, MRO ind hija l-massa fi stat ta’ tħaddim kif iddefinita fl-Artikolu 3(d) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-vettura individwali.

Il-massa li trid tintuża għall-kalkolu tal-valuri tas-CO2 tal-NEDC tal-vettura individwali għandha tkun il-valur tal-inerzja stabbilit fit-Tabella 3 tal-Anness 4a tar-Regolament NU/KEE Nru 83 li huwa ekwivalenti għall-massa ta’ referenza ddeterminata skont dan il-punt u msejħa TMn,ind.

4.2.1.2.   Reżistenza għad-dawrien tal-vettura individwali

Il-valuri tar-reżistenza għad-dawrien tat-tajers iddeterminati skont il-punt 3.2.3.2.2.2 tas-Subanness 7 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151 għandhom jintużaw għall-fini tal-interpolazzjoni tal-valur tas-CO2 tal-NEDC tal-vettura individwali.

4.2.1.3.   Ir-reżistenza ajrudinamika ta’ vettura individwali

Ir-reżistenza ajrudinamika tal-vettura individwali għandha tiġi kkalkolata billi tiġi kkunsidrata d-differenza fir-reżistenza ajrudinamika bejn vettura individwali u l-vettura L, dovuta għal differenza fil-forma tal-karrozzerija (m2):

image

Fejn:

Cd

hija l-koeffiċjent tar-reżistenza ajrudinamika;

Af

hija l-erja ta’ quddiem tal-vettura, m2.

L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip jew, fejn applikabbli, is-servizz tekniku, għandhom jivverifikaw jekk il-faċilità tal-mina tar-riħ imsemmija fi 3.2.3.2.2.3. fis-Subanness 7 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151 hijiex ikkwalifikata sabiex tiddetermina bi preċiżjoni l-Δ(Cd ×Af) għall-forom tal-karrozzerija li jvarjaw bejn il-vettura L u H. Jekk il-faċilità tal-mina tar-riħ ma tkunx ikkwalifikata,
image għall-vettura H għandha tapplika għall-vettura individwali.

Jekk il-vetturi L u H ikollhom l-istess forma tal-karrozzerija, il-valur ta’

image

għall-metodu ta’ interpolazzjoni għandu jiġi ssettjat għal żero.

4.2.1.4.   Il-kalkolu tat-tagħbija fit-triq għal vettura individwali fil-familja ta’ interpolazzjoni tad-WLTP

Il-koeffiċjenti tat-tagħbija fit-triq F0,n, F1,n u F2,n għall-vetturi tat-test H u L iddeterminati skont il-punt 2.3.8 huma msejħin bħala F0n,H, F1n,H u F2n,H u F0n,L, F1n,L u F2n,L rispettivament.

Il-koeffiċjenti tat-tagħbija fit-triq f0n,ind, f1n,ind u f2n,ind għal vettura individwali għandhom jiġu kkalkolati skont il-formula li ġejja:

Formula 1

image

Jew, jekk

image

għandha tapplika l-Formula 2:

Formula 2

image

image

image

jew, jekk

image

= 0, għandha tapplika l-Formula 3:

Formula 3

image

fejn:

image

image

▼M1

4.2.1.4a.   It-tagħbijiet fit-triq tal-NEDC derivati mill-vettura rappreżentattiva ta' familja tal-matriċi tat-tagħbija fit-triq

Fejn it-tagħbija fit-triq tal-NEDC ta' vettura rappreżentattiva ġiet ikkalkulata minn vettura rappreżentattiva tad-WLTP skont il-punt 2.3.8.2.1(b), it-tagħbija fit-triq tal-NEDC ta' vettura individwali għandha tiġi kkalkulata bil-formuli li ġejjin:

(a)   L-F0n,ind għall-vettura L għandu jiġi ddeterminat kif ġej:

image

Fejn,

F0n,R

hija l-koeffiċjent tat-tagħbija fit-triq kostanti tal-vettura R f'N;

RMn,ind

hija l-massa ta' referenza tal-vettura individwali;

RMn,R

hija l-massa ta' referenza tal-vettura R;

RR,ind

hija r-reżistenza għat-tidwir tat-tajers tal-vettura individwali f'kg/tunnellata;

RRR

hija r-reżistenza għat-tidwir tat-tajers tal-vettura R f'kg/tunnellata.

(b)   L-F2n,ind għall-vettura L għandu jiġi ddeterminat kif ġej:

image

Fejn,

F2n,R

hija l-koeffiċjent tat-tagħbija fit-triq kostanti tat-tieni ordni tal-vettura R f'N/(km/h)2;

Af,ind

hija l-erja ta' quddiem tal-vettura individwali f'm2;

Af,R

hija l-erja ta' quddiem tal-vettura R f'm2.

(c)

L-F1n,ind għall-vettura individwali għandu jiġi stabbilit għal 0.

▼B

4.2.1.5.   Il-kalkolu tad-domanda għall-enerġija taċ-ċiklu

Id-domanda għall-enerġija taċ-ċiklu tal-NEDC applikabbli Ek,n u d-domanda għall-enerġija għall-fażijiet applikabbli kollha taċ-ċiklu Ek,p,n li hija applikabbli għal vetturi individwali fil-familja ta’ interpolazzjoni tad-WLTP għandhom jiġu kkalkolati skont il-proċedura fil-paragrafu 5 tas-Subanness 7 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151, għas-settijiet k li ġejjin tal-koeffiċjenti u tal-mases tat-tagħbija fit-triq:

k = 1

:

image

(vettura tat-test L)

k = 2

:

image

(vettura tat-test H)

k = 3

:

image

(vettura individwali fil-familja ta’ interpolazzjoni tad-WLTP)

F’każ li jiġu applikati l-koeffiċjenti tax-xażi dinamometriku speċifikati fit-Tabella 3 tal-Anness 4a tar-Regolament NU/KEE Nru 83, għandhom jintużaw il-formuli li ġejjin:

image

image

image

4.2.1.6.   Il-kalkolu tal-valur tas-CO2 tal-NEDC għal vettura individwali bil-metodu ta’ interpolazzjoni tas-CO2

Għal kull fażi taċ-ċiklu p tal-NEDC li hija applikabbli għall-vetturi individwali fil-familja ta’ interpolazzjoni tad-WLTP, il-kontribuzzjoni għall-massa totali ta’ CO2 għal vettura individwali għandha tiġi kkalkolata kif ġej:

image

Il-massa ta’ emissjonijiet ta’ CO2, g/km, attribwita għal vettura individwali tal-familja ta’ interpolazzjoni tad-WLTP
image għandha tiġi kkalkolata kif ġej:

image

It-termini E1,p,n, E2,p,n, E3,p,n, u E1,n, E2,n, E3,n rispettivament huma ddefiniti fil-paragrafu 4.2.1.5.

4.2.1.7.   Il-kalkolu tal-valur tal-konsum tal-fjuwil tal-NEDC għal vettura individwali bil-metodu ta’ interpolazzjoni

Għal kull fażi taċ-ċiklu p tal-NEDC li hija applikabbli għall-vetturi individwali fil-familja ta’ interpolazzjoni tad-WLTP, il-konsum tal-fjuwil, l/100 km, għandu jiġi kkalkolat kif ġej:

image

Il-konsum tal-fjuwil, l/100 km, taċ-ċiklu sħiħ għal vettura individwali tal-familja ta’ interpolazzjoni tad-WLTP għandu jiġi kkalkolat kif ġej:

image

It-termini E1,p,n, E2,p,n, E3,p,n, u E1,n, E2,n, E3,n rispettivament huma ddefiniti fil-paragrafu 4.2.1.5.

5.   IR-REĠISTRAZZJONI TAD-DEJTA

L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip jew is-Servizz Tekniku magħżul għandhom jiżguraw li tiġi rreġistrata l-informazzjoni li ġejja:

(a) ir- ►M1  fajl ta' korrelazzjoni sħiħ ◄ msemmi fil-punt 3.1.1 inkluż il-valur ta’ referenza tas-CO2 tal-NEDC imsemmi fil-punti 3.1.2 u 3.1.3 u l-valur iddikjarat mill-manifattur, bħala rapport tat-test skont l-Anness VIII tad-Direttiva 2007/46/KE;

(b) il-valuri tas-CO2 tal-NEDC li jirriżultaw mill-kalkoli tal-kejl fiżiċi msemmijin fil-punt 3.2 f’dan l-Anness, fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip speċifikat fl-Appendiċi tal-Addendum għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip stipulat fl-Appendiċi 4 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/1151;

(c) il-fattur ta’ devjazzjoni (De) u l-fattur ta’ verifika ddeterminati skont il-punt 3.2.8 ta’ dan l-Anness (jekk disponibbli), fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip kif speċifikat fl-Appendiċi tal-Addendum għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip stabbilit fl-Appendiċi 4 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/1151 u fl-entrata 49.1 taċ-ċertifikat ta’ konformità kif speċifikat fl-Anness IX tad-Direttiva 2007/46/KE;

(d) il-valuri speċifiċi għall-fażijiet tal-NEDC u l-valuri tal-konsum tal-fjuwil speċifiċi għall-fażijiet u kombinati ddeterminati skont il-punt 3.3, kif speċifikat fl-Appendiċi tal-Addendum għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip stabbilit fl-Appendiċi 4 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/1151;

(e) il-valuri tas-CO2 (il-fażijiet kollha u kombinati) u tal-konsum tal-fjuwil (il-fażijiet kollha u kombinati) tal-NEDC iddeterminati skont il-punt 4.2 ta’ dan l-Anness, fl-entrata 49.1 taċ-ċertifikat ta’ konformità kif speċifikat fl-Anness IX tad-Direttiva 2007/46/KE.




ANNESS II




“ANNESS I



Sorsi tad-dejta

Parametru

Ċertifikat ta’ konformità (Parti 1, Mudell B stabbilit fl-Anness IX tad-Direttiva 2007/46/KE)

Dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip (Direttiva 2007/46/KE)

Il-Manifattur

It-Taqsima 0.5

It-Taqsima 0.5 tal-Parti I tal-Anness III

In-numru tal-approvazzjoni tat-tip u l-estensjoni tiegħu

It-Taqsima 0.10

Ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip kif speċifikat fl-Anness VI

Tip

It-Taqsima 0.2

It-Taqsima 0.2 tal-Parti I tal-Anness III (fejn applikabbli)

Il-varjant

It-Taqsima 0.2

It-Taqsima 3 tal-Anness VIII (fejn applikabbli)

Il-verżjoni

It-Taqsima 0.2

It-Taqsima 3 tal-Anness VIII (fejn applikabbli)

L-għamla

It-Taqsima 0.1

It-Taqsima 0.1 tal-Parti I tal-Anness III

L-isem kummerċjali

It-Taqsima 0.2.1

It-Taqsima 0.2.1 tal-Parti I tal-Anness III

Il-kategorija tat-tip ta’ vettura approvat

It-Taqsima 0.4

It-Taqsima 0.4 tal-Parti I tal-Anness III

Il-kategorija tal-vettura rreġistrata

mhux applikabbli

mhux applikabbli

Il-massa fi stat ta’ tħaddim (kg)

It-Taqsima 13

It-Taqsima 2.6 tal-Parti I tal-Anness III (1)

L-impronta - Il-bażi tar-rota (mm)

It-Taqsima 4

It-Taqsima 2.1 tal-Parti I tal-Anness III (2)

L-impronta - Il-wisgħa bejn ir-roti (mm)

It-Taqsima 30

It-Taqsima 2.3.1 u t-Taqsima 2.3.2 tal-Parti I tal-Anness III (3)

Emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 tal-NEDC (g/km) (4)

It-Taqsima 49.1

It-Taqsima 3 tal-Anness VIII

Emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 tad-WLTP (g/km) (4)

It-Taqsima 49.4

mhux applikabbli

It-tip ta’ fjuwil

It-Taqsima 26

It-Taqsima 3.2.2.1 tal-Parti I tal-Anness III

Il-modalità tal-fjuwil

It-Taqsima 26.1

It-Taqsima 3.2.2.4 tal-Parti I tal-Anness III

Il-kapaċità tal-magna (cm3)

It-Taqsima 25

It-Taqsima 3.2.1.3 tal-Parti I tal-Anness III

Il-konsum tal-enerġija elettrika (Wh/km)

It-Taqsima 49.2

It-Taqsima 3 tal-Anness VIII

Il-kodiċi tal-ekoinnovazzjoni(jiet)

It-Taqsima 49.3.1

It-Taqsima 4 tal-Anness VIII

L-emissjonijiet ta’ CO2 totali ffrankati tal-NEDC bis-saħħa tal-ekoinnovazzjoni(jiet)

It-Taqsima 49.3.2.1

It-Taqsima 4 tal-Anness VIII

L-emissjonijiet ta’ CO2 totali ffrankati tad-WLTP bis-saħħa tal-ekoinnovazzjoni(jiet)

It-Taqsima 49.3.2.2

 

In-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura

It-Taqsima 0.10

Il-Punt 9.17 tal-Parti I tal-Anness III

Il-massa tat-test [WLTP]

It-Taqsima 47.1.1

mhux applikabbli

Il-fattur ta’ devjazzjoni De

It-Taqsima 49.1

L-Appendiċi tal-Addendum għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip stabbilit fl-Appendiċi 4 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/1151

Il-fattur ta’ verifika (“1” jew “0”)

It-Taqsima 49.1

L-Appendiċi tal-Addendum għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip stabbilit fl-Appendiċi 4 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/1151

(1)   Skont l-Artikolu 3(8) ta’ dan ir-Regolament

(2)   Skont l-Artikolu 3(8) ta’ dan ir-Regolament

(3)   Skont l-Artikoli 3(7) u 3(8) ta’ dan ir-Regolament

(4)   Skont l-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1152 (metodoloġija għall-korrelazzjoni)”



( 1 ) Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).

( *1 ) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1153 tat-2 ta’ Ġunju 2017 li jistabbilixxi metodoloġija biex jiġu determinati l-parametri ta’ korrelazzjoni meħtieġa biex tiġi riflessal-bidla fil-proċedura tat-test regolatorju u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1014/2010 (ĠU L 175, 7.7.2017, p. 679).”;

( 2 ) https://co2mpas.io/

( 3 ) Mill-1 ta’ Awwissu 2017: jrc-co2mpas@ec.europa.eu

( 4 ) Kull aġġornament tal-indirizz tal-kaxxa postali elettronika se jkun disponibbli fuq is-sit web tal-Internet.

( 5 ) L-imfietaħ tal-iffirmar elettroniku li għandhom jiġu pprovduti miċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea

( 6 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 tal-1 ta' Ġunju 2017 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 692/2008 (ĠU L 175, 7.7.2017, p. 1).

( 7 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 tat-12 ta' Diċembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għall-mases u d-dimensjonijiet tal-vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 353, 21.12.2012, p. 31).