|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/2933 |
21.5.2025 |
Avviż għall-attenzjoni tal-entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1544, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/960, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1542, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/959, li jikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta' armi kimiċi
(C/2025/2933)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-entitajiet li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1544 (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/960 (2), u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1542 (3), kif implimentata bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/959 (4) li jikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta' armi kimiċi.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-entitajiet li jidhru fl-Annessi msemmija hawn fuq jenħtieġ li jiġu inklużi fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2018/1544 u fir-Regolament (UE) 2018/1542 li jikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta' armi kimiċi. Ir-raġunijiet għall-elenkar tal-entitajiet ikkonċernati jidhru fl-entrati rilevanti f'dawk l-Annessi.
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti web fl-Anness II għar-Regolament (UE) 2018/1542, sabiex jiksbu awtorizzazzjoni biex jużaw il-fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (irreferi għall-Artikolu 3 tar-Regolament).
L-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn, biex id-deċiżjoni li huma jiġu inklużi fil-listi msemmija hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, qabel it-2 ta' Ġunju 2025 fl-indirizz li ġej:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
General Secretariat |
|
RELEX.1 |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
Ser jittieħed kont ta' kwalunkwe osservazzjoni riċevuta għall-fini tar-rieżami perjodiku tal-Kunsill, f'konformità mal-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni (PESK) 2018/1544 u l-Artikolu 12(4) tar-Regolament (UE) 2018/1542.
L-attenzjoni tal-entitajiet ikkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li jikkontestaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 275, u r-raba' u s-sitt paragrafi tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU L 259, 16.10.2018, p. 25.
(2) ĠU L, 2025/960, 20.5.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/960/oj.
(3) ĠU L 259, 16.10.2018, p. 12.
(4) ĠU L, 2025/959, 20.5.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/959/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2933/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)