02018R0985 — MT — 01.07.2020 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/985 tat-12 ta' Frar 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-prestazzjoni ambjentali u tal-unità tal-propulsjoni tal-vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija u l-magni tagħhom u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/96 (ĠU L 182 18.7.2018, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1564 tas-6 ta’ Awwissu 2020 |
L 358 |
1 |
28.10.2020 |
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/985
tat-12 ta' Frar 2018
li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-prestazzjoni ambjentali u tal-unità tal-propulsjoni tal-vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija u l-magni tagħhom u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/96
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
KAPITOLU I
SUĠĠETT U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi
ir-rekwiżiti tekniċi dettaljati, dwar il-prestazzjoni ambjentali u tal-unità ta' propulsjoni u l-livelli permissibbli tal-ħoss estern għall-approvazzjoni ta':
vetturi għall-agrikoltura u l-forestrija,
magni fir-rigward tal-installazzjoni tagħhom u l-impatt li din ikollha fuq il-prestazzjoni tal-magna,
is-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati tagħhom; u
il-proċeduri tat-test meħtieġa għall-valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti msemmija fil-punt (a).
Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll ir-rekwiżiti dettaljati fir-rigward tal-proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip u tal-konformità tal-produzzjoni.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“magna” tfisser konvertitur tal-enerġija, għajr turbina tal-gass, iddisinjat biex jibdel l-enerġija kimika (input) fl-enerġija mekkanika (output) bi proċess ta' kombustjoni interna; tinkludi, meta jkunu ġew installati, is-sistema ta' kontroll tal-emissjonijiet u l-interfaċċja tal-komunikazzjoni (hardware u messaġġi) bejn l-unità elettronika/unitajiet elettroniċi ta' kontroll tal-magna u kwalunkwe sistema oħra tal-motopropulsjoni jew unità oħra għall-kontroll tal-vettura li tkun meħtieġa għall-konformità mal-Kapitoli II u III tar-Regolament (UE) 2016/1628;
“tip ta' magna” tfisser grupp ta' magni li ma jkunux differenti fil-karatteristiċi essenzjali tal-magna;
“familja ta' magni” tfisser grupp ta' tipi ta' magni ta' fabbrikant li, minħabba d-disinn tagħhom, ikollhom karatteristiċi simili fir-rigward tal-emissjonijiet tal-egżost, u li jirrispettaw il-valuri tal-limitu tal-emissjonijiet applikabbli;
“magna referenzjarja” tfisser tip ta' magna magħżula minn familja ta' magni b'tali mod li l-karatteristiċi tal-emissjonijiet tagħha jkunu rappreżentattivi ta' dik il-familja ta' magni;
“magna ta' sostituzzjoni” tfisser magna li tissodisfa ż-żewġ kriterji li ġejjin:
tintuża esklużivament biex tissostitwixxi magna li diġà tqiegħdet fis-suq u li ġiet installata fuq vettura agrikola u forestali;
tkun konformi ma' stadju tal-emissjonijiet li huwa aktar baxx minn dak applikabbli fid-data tas-sostituzzjoni tal-magna;
“potenza netta” tfisser il-potenza tal-magna f'kW miksuba fuq bank tat-testijiet fit-tarf tal-krankxaft, jew l-ekwivalenti tiegħu, imkejla f'konformità mal-metodu li jintuża għall-kejl tal-potenza tal-magni interna kif speċifikat fir-Regolament tan-NU/KEE Nru 120 ( 1 ) bl-użu ta' fjuwil referenzjarju jew taħlita ta' fjuwils kif speċifikat fl-Artikolu 25(2) tar-Regolament (UE) 2016/1628;
“magna ta' tranżizzjoni” tfisser magna li jkollha data tal-produzzjoni tal-magna li tkun qabel id-data stabbilita fl-Anness III għar-Regolament (UE) 2016/1628 fir-rigward tat-tqegħid fis-suq ta' magni ta' Stadju V u li tissodisfa mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
tkun konformi mal-aħħar limiti tal-emissjonijiet applikabbli definiti fil-leġiżlazzjoni rilevanti applikabbli fl-20 ta' Lulju 2018;
taqa' f'medda ta' potenza, jew tintuża jew maħsuba biex tintuża f'applikazzjoni li ma kinitx soġġetta għal approvazzjoni tat-tip relatata mal-emissjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu skont ir-Regolament Delegat (UE) 2015/96 fl-20 ta' Lulju 2018;
Hija magna fil-medda tal-potenza 56–130 kW, li tissodisfa r-rekwiżiti tal-Istadju IIIB u installata jew maħsuba biex tiġi installata fi trattur tal-kategoriji T2, T4.1 jew C2;
“sistema ta' posttrattament tal-egżost” tfisser katalizzatur, filtru tal-partikoli, sistema deNOx, sistema kkombinata ta' filtru tal-partikoli deNOx jew kwalunkwe mezz ieħor li jnaqqas l-emissjonijiet, bl-eċċezzjoni tar-riċirkolazzjoni tal-gass tal-egżost u t-turboċarġers, li huwa parti mis-sistema ta' kontroll tal-emissjonijiet, iżda li jiġi installat 'l isfel mill-iżbokki tal-egżost tal-magna;
“apparat għat-tnaqqis tal-ħoss estern” tfisser il-komponenti, is-sistema jew l-unità teknika separata li huma parti mill-egżost u s-sistema tas-silenzjatur, inkluż is-sistema tal-egżost, is-sistema tad-dħul tal-arja, is-silenzjatur jew kwalunkwe sistema, komponent jew unità teknika separata b'rilevanza għal-livelli permissibbli tal-ħoss estern li tipproduċi vettura agrikola jew forestali, ta' tip imwaħħal mal-vettura fil-waqt tal-approvazzjoni tat-tip jew tal-estensjoni tal-approvazzjoni-tat-tip;
“magna SI” tfisser magna li taħdem fuq il-prinċipju tqabbid bl-ispark (“SI”);
“ċinga forma ta' ċinturin” tfisser ċinga flessibbli kontinwa, magħmula minn materjal bħal-lastku, rinfurzata internament biex tippermetti l-forzi trattivi;
“ċinga forma ta' katina” tfisser katina metallika kontinwa li taqbad fuq ir-rota motorizzata u li fiha kull ħolqa għandha paletta trażversali tal-metall, li tista' tkun mgħottija bi strippa tal-lastku għall-protezzjoni tal-wiċċ tat-triq.
“magna fis-servizz” tfisser magna mħaddma f'vettura agrikola u forestali fil-kundizzjonijiet u l-piżijiet tat-tagħbija normali ta' tħaddim tagħha, u li tintuża biex isiru t-testijiet ta' monitoraġġ tal-emissjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2016/1628;
“potenza netta massima” tfisser l-ogħla valur tal-potenza netta fuq il-kurva nominali tal-potenza b'tagħbija sħiħa għat-tip ta' magna;
“data tal-produzzjoni tal-magna” tfisser id-data, mogħtija bħala x-xahar u s-sena, meta l-magna tgħaddi mill-verifika finali, wara li tkun ħalliet il-linja tal-produzzjoni, u tkun lesta biex tiġi konsenjata jew issir disponibbli għall-konsenja;
“data tal-produzzjoni tal-vettura” tfisser ix-xahar u s-sena li fih vettura agrikola u forestali tgħaddi mill-verifika finali wara li tkun ħalliet il-linja tal-produzzjoni u li huma indikati fuq il-marka statutorja ta' dik il-vettura;
“utent finali” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, għajr il-manifattur, il-manifattur tal-vettura, l-importatur jew id-distributur, li hija responsabbli mit-tħaddim tal-magna installata f'vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija;
“riċirkolazzjoni tal-gass tal-egżost” jew “EGR” tfisser mezz tekniku li hija parti mis-sistema ta' kontroll tal-emissjonijiet u li tnaqqas l-emissjonijiet billi tidderieġi l-gassijiet tal-egżost li jkunu ħarġu mill-kompartiment(kompartimenti) tal-kombustjoni lura fil-magna sabiex jitħalltu mal-arja li tidħol qabel jew waqt il-kombustjoni, ħlief għall-użu ta' valve timing sabiex jiżdied l-ammont ta' gass tal-egżost residwu fil-kamra(kmamar) tal-kombustjoni li jitħallat mal-arja li tidħol qabel jew waqt il-kombustjoni;
“tbagħbis” tfisser diżattivazzjoni, aġġustament jew modifika tas-sistema ta' kontroll tal-emissjonijiet, inkluż kwalunkwe software jew element loġiku ieħor ta' kontroll ta' tali sistema, li jkollu l-effett, intenzjonat jew le, li jdgħajjef il-prestazzjoni tal-magna fir-rigward tal-emissjonijiet;
“tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis” tfisser komponent, sistema jew unità teknika separata li jkunu parti mis-sistema għall-posttrattament tal-emissjonijiet tal-egżost
“dħul inizjali fis-servizz” tfisser:
meta r-reġistrazzjoni ta' vetturi agrikoli jew tal-foresti tkun obbligatorja, l-ewwel reġistrazzjoni fi Stat Membru;
meta r-reġistrazzjoni ta' vetturi agrikoli jew forestali tkun obbligatorja biss għaċ-ċirkolazzjoni fit-toroq jew mhijiex obbligatorja fi Stat Membru, it-tqegħid fis-suq.
KAPITOLU II
REKWIŻITI SOSTANTIVI
Artikolu 3
Emissjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu
Il-manifattur għandu jiżgura li t-tagħmir ta' vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija u l-magni installati fuqhom ikunu ddisinjati, mibnija u mmuntati b'tali mod li jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-kategoriji ta' magni NRE jew NRS stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/1628 u fl-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati bis-saħħa tiegħu, bl-adattamenti stabbiliti fil-Parti 1 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament; ir-rekwiżiti speċifiċi stipulati fil-Parti 2 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu wkoll irrispettati.
Alternattivament, il-vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija u l-magni installati fuqhom jistgħu jkunu ddisinjati, mibnija u mmuntati b'tali mod li jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-kategorija ta' magni ATS stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/1628 u fl-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati bis-saħħa tiegħu, bl-adattamenti stabbiliti fil-Parti 1 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament, meta tali vetturi jkunu mgħammra b'magna SI u jissodisfaw waħda iż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
Ikunu mgħammra b'sarġ u manubriju;
ikunu mgħammra bi stering u b'sits f'forma ta' bank jew b'sits individwali f'ringiela waħda jew aktar u jilħqu veloċità massima ddisinjata ta' iktar minn jew ugwali għal 25 km/h.
Ir-rekwiżiti speċifiċi stipulati fil-Parti 2 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu rrispettati wkoll.
Artikolu 4
Livelli tal-ħoss estern
Sabiex jiġi ssodisfati r-rekwiżiti tal-Artikolu 19(4) tar-Regolament (UE) Nru 167/2013, il-manifattur għandu jiżgura li l-vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati tagħhom li jistgħu jaffettwaw il-livelli tal-ħoss estern tal-vettura jiġu ddisinjati, mibnija u armati, u li l-livelli tal-ħoss estern tagħhom jiġu mkejla sabiex jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II.
Artikolu 5
Prestazzjoni tal-propulsjoni
Għall-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-unità tal-propulsjoni tal-vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija, għandu jittieħed kejl tal-potenza netta, tat-torque tal-magna u tal-konsum speċifiku tal-fjuwil mill-manifattur skont il-paragrafu 5 tar-Regolament tan-NU/KEE Nru 120, is-serje 01 ta' emendi. Matul il-kejl, il-preżenza tal-awtorità li tagħti l-approvazzjoni jew ir-rappreżentanti tas-servizz tekniku mhijiex meħtieġa.
Minflok iwettaq il-kejl stabbilit fl-ewwel paragrafu, il-manifattur tal-vettura jew tal-magna jista' jattesta l-konformità mar-rekwiżiti tal-ewwel paragrafu billi jippreżenta, lill-awtorità tal-approvazzjoni, approvazzjoni maħruġa skont ir-Regolament tan-NU/KEE Nru 120, is-serje 01 ta' emendi.
KAPITOLU III
PROĊEDURI TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP
Artikolu 6
Approvazzjoni tat-tip tal-UE ta' vettura agrikola u forestali fir-rigward tal-emissjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu
Għall-finijiet ta' din l-applikazzjoni, il-manifattur għandu jressaq quddiem is-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni, magna ta' vettura agrikola u forestali li tikkonforma mal-karatteristiċi tat-tip ta' magna jew, fejn applikabbli, tal-magna referenzjarja.
Artikolu 7
Approvazzjoni tat-tip tal-UE ta' magna jew ta' familja ta' magni fir-rigward tal-emissjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu
Approvazzjoni tat-tip tal-UE skont ir-Regolament (UE) Nru 167/2013 għandha tingħata biss għal tip ta' magna jew familja ta' magni jekk tikkonforma mar-rekwiżiti dwar l-emissjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu stipulati fir-Regolament (UE) 2016/1628 u fl-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati bis-saħħa tiegħu bl-adattamenti stipulati fil-Parti 1 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament; ir-rekwiżiti speċifiċi stipulati fil-Parti 2 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu wkoll irrispettati. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip għandha tkun akkumpanjata mill-folder tal-informazzjoni skont l-Artikolu 2 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/504.
Artikolu 8
Approvazzjoni tat-tip tal-UE ta' vettura agrikola u forestali fir-rigward tal-livelli ta' ħoss estern
Artikolu 9
Estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE
L-approvazzjoni tat-tip tal-UE rigward ir-rekwiżiti tal-emissjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu u tal-livell ta' ħoss estern tista' tiġi estiża mill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip għal varjanti tal-vetturi, verżjonijiet u tipi u familji differenti ta' magni, diment li l-parametri ta' dawk il-varjanti tal-vetturi, il-verżjonijiet, it-tipi u l-familji ta' magni differenti jissodisfaw ir-rekwiżiti dwar l-emissjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu u r-rekwiżiti tal-livelli tal-ħoss estern stabbiliti fl-Artikolu 19(3) u (4) tar-Regolament (UE) Nru 167/2013.
Artikolu 10
Bidliet sussegwenti li jaffettwaw il-prestazzjoni ambjentali u tal-propulsjoni
Il-manifattur għandu jinnotifika lill-awtorità tal-approvazzjoni mingħajr dewmien kull modifika lis-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati li tista' taffettwa l-prestazzjoni ambjentali u tal-unità tal-propulsjoni għall-vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija tat-tip approvat imqiegħed fis-suq skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 167/2013.
In-notifika msemmija fl-ewwel paragrafu għandha tinkludi dawn li ġejjin:
evidenza li l-bidliet imsemmija fl-ewwel paragrafu ma jiddeterjorawx il-prestazzjoni ambjentali ta' vettura f'relazzjoni mal-prestazzjoni ambjentali muri waqt l-approvazzjoni tat-tip.
deskrizzjoni tat-tip ta' magni jew tal-familja ta' magni, inkluża s-sistema ta' posttrattament tal-egżost, skont l-Artikolu 11 u l-Anness IX tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/656 ( 3 );
informazzjoni skont l-Appendiċi 2 tal-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/504.
KAPITOLU IV
EKWIVALENZA
Artikolu 11
Ekwivalenza tal-approvazzjonijiet tat-tip alternattivi
KAPITOLU V
AĊĊESS GĦALL-INFORMAZZJONI DWAR IT-TISWIJA U L-MANUTENZJONI TAL-VETTURI
Artikolu 12
Obbligu tal-manifatturi tal-magni
Sabiex jitwettqu l-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 53 sa 56 tar-Regolament (UE) Nru 167/2013 u l-Artikolu 8 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1322/2014 ( 5 ), meta l-manifattur ta' vettura agrikola jew forestali ma jkunx il-manifattur tal-magna, il-manifattur tal-magna għandu jagħmel disponibbli lill-manifattur tal-vettura l-informazzjoni meħtieġa biex jissodisfa dawk l-obbligi.
KAPITOLU VI
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 13
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali
Mill-21 ta' Lulju 2018
l-awtoritajiet ta' approvazzjoni ma għandhomx jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-UE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal tip ġdid ta' magni jew familja ġdida ta' magni meta dak it-tip ta' magni jew familja ta' magni jkunu konformi mal-Artikoli 3, 5 u 7;
l-awtoritajiet tal-approvazzjoni ma għandhomx jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-UE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal tip ġdid ta' vetturi meta dak it-tip ta' vetturi jikkonforma mal-Artikoli 3 sa 6 u l-Artikolu 8;
l-Istati Membri għandhom jippermettu t-tqegħid fis-suq, il-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta' magni li jikkonformaw mal-Artikoli 3, 5 u 7 jew mal-Artikolu 11 u t-tqegħid fis-suq, il-bejgħ, ir-reġistrazzjoni u d-dħul fis-servizz ta' vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija li jikkonformaw mal-Artikoli 3 sa 6 u l-Artikolu 8.
Sa dawn id-dati, l-Istati Membri jistgħu jippermettu t-tqegħid fis-suq, il-bejgħ, ir-reġistrazzjoni jew id-dħul fis-servizz ta' vetturi jew it-tqegħid fis-suq, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta' magni skont ir-rekwiżiti stipulati fir-Regolament Delegat r-Regolament (UE) 2015/96. L-iskema ta' flessibbiltà prevista fl-Artikolu 14 ta' dak ir-Regolament Delegat għandu japplika biss għal vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija mgħammra b'magni approvati skont ir-rekwiżiti tal-istadju tal-limiti tal-emissjonijiet li jippreċedi immedjatament dak applikabbli.
Vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija approvati għat-tip skont ir-Regolament (UE) Nru 167/2013 u mgħammra b'dawk il-magni jistgħu jkomplu jitqiegħdu fis-suq, jinbiegħu, jiġu rreġistrati jew jidħlu fis-servizz sal-istess dati.
Vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija mgħammra b'magni ta' tranżizzjoni jistgħu jitqiegħdu fis-suq, jinbiegħu, jiġu rreġistrati jew jiddaħħlu fis-servizz matul l-24 xahar wara d-data obbligatorja tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/1628 f'dak li jirrigwarda t-tqegħid fis-suq tal-kategorija ta' magni kkonċernata, kif stabbilit fl-Anness III ta' dak ir-Regolament, dment li dawk il-vetturi jissodisfaw iż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
ikollhom data tal-produzzjoni qabel 18-il xahar wara d-data obbligatorja tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/1628 f'dak li jirrigwarda t-tqegħid fis-suq tal-kategorija ta' magni kkonċernata, kif stabbilit fl-Anness III ta' dak ir-Regolament;
ikunu mmarkati skont ir-rekwiżiti tal-punt 2.1 tal-Parti 2 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament.
►M1 Għall-magni tas-subkategoriji tal-kategorija NRE li għalihom id-data obbligatorja ta’ applikazzjoni stabbilita fl-Anness III tar-Regolament (UE) 2016/1628 fir-rigward tat-tqegħid fis-suq hija l-1 ta’ Jannar 2020, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-estensjoni bi 12-il xahar ieħor tal-perjodu ta’ 24 xahar u tal-perjodu ta’ 18-il xahar imsemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, għall-manifatturi tal-vetturi bi produzzjoni annwali totali ta’ inqas minn 100 unità ta’ vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija mgħammra b’magna. ◄ Għall-finijiet tal-kalkolu ta' dik il-produzzjoni annwali totali, il-manifatturi kollha tal-vetturi taħt il-kontroll tal-istess persuna fiżika jew ġuridika għandhom jitqiesu bħala manifattur tal-vetturi wieħed.
Għall-magni tas-subkategoriji kollha li għalihom id-data obbligatorja ta’ applikazzjoni stabbilità fl-Anness III tar-Regolament (UE) 2016/1628 fir-rigward tat-tqegħid fis-suq hija l-1 ta’ Jannar 2019, il-perjodu ta’ 24 xahar u l-perjodu ta’ 18-il xahar imsemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi għandhom jiġu estiżi bi 12-il xahar.
Artikolu 14
Eżenzjonijiet
Artikolu 15
Revoka
Ir-Regolament Delegat (UE) 2015/96 huwa b'dan revokat.
Artikolu 16
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
Rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE fir-rigward tal-emissjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu
PARTI 1
Adattament għar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/1628
|
1. |
Għall-finijiet tal-għoti ta' approvazzjoni tat-tip tal-UE fir-rigward tal-emissjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 167/2013, għal vettura agrikola u forestali jew għal tip ta' magna jew ta' familja ta' magni bħala komponent, l-adattamenti li ġejjin tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2016/1628 applikabbli skont l-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) Nru 167/2013 għandhom jiġu kkunsidrati:
1.1.
Ir-referenzi għal “makkinarju mobbli mhux tat-triq” fir-Regolament (UE) 2016/1628 għandhom jinqraw bħala referenzi għal “vettura għall-agrikoltura u għall-forestrija”.
1.2.
Ir-referenzi għall-“fabbrikant ta' tagħmir oriġinali” jew “OEM” fir-Regolament (UE) 2016/1628 għandhom jinqraw bħala referenzi għall-“manifattur tal-vettura”.
1.3.
Id-dati tal-applikazzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-magni msemmija fl-Anness III tar-Regolament (UE) 2016/1628 għandhom jinqraw bħala dati ta' applikazzjoni għad-dħul inizjali fis-servizz tal-magni u tal-vetturi.
1.4.
Id-dati għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE għall-magni, jew, fejn applikabbli, id-dati għall-approvazzjoni tat-tip għal tip ta' magna jew familja ta' magni stabbilita fl-Anness III tar-Regolament (UE) 2016/1628 għandhom jinqraw bħala dati għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE għal tip ta' vettura jew, fejn applikabbli, tip ta' magna jew familja ta' magni. |
|
2. |
Il-manifatturi tal-magni għandhom jużaw il-parametri stabbiliti fl-Anness IX tar-Regolament (UE) 2017/656 meta jiddefinixxu t-tipi ta' magni u l-familji ta' magni, u l-modalitajiet tat-tħaddim tagħhom. |
PARTI 2
Rekwiżiti speċifiċi
|
1. |
Minbarra d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 167/2013 u l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1322/2014, il-konformità tal-produzzjoni tal-magni għandha tiġi ċċekkjata skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2016/1628 u tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2017/654. |
|
2. |
Immarkar
|
|
3. |
Monitoraġġ tal-emissjonijiet tal-magni fis-servizz
|
|
4. |
L-installazzjoni tal-magna fil-vettura
|
|
5. |
Il-manifattur tal-magna għandu jagħmel disponibbli għall-manifattur tal-vettura l-informazzjoni kollha rilevanti u l-istruzzjonijiet meħtieġa intenzjonati għall-utent finali, kif stabbiliti fl-Artikolu 43(3) u (4) tar-Regolament (UE) 2016/1628 u l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2017/654. |
|
6. |
Prevenzjoni tat-tbagħbis
|
ANNESS II
Rekwiżiti għall-emissjonijiet tal-ħoss estern
1. Livelli permissibbli tal-ħoss estern.
|
1.1. |
Is-sistema tal-istrumentazzjoni, inklużi l-mikrofoni, il-kejbils u l-windskrin, għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti għal strument tal-Klassi 1 stabbiliti f'IEC 61672-1:2013. Il-filtri għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti għal strument tal-Klassi 1 mogħtija f'IEC 61260:1995. |
|
1.2. |
Il-kundizzjonijiet tal-kejl
|
|
1.3. |
Metodu ta' kejl 1.3.1. Il-kejl tal-livell tal-ħoss estern ta' vetturi agrikoli u forestali waqt li jkunu qed jiċċaqilqu
1.3.2. Kejl tal-ħoss estern ta' vetturi agrikoli u forestali wieqfa 1.3.2.1. Il-pożizzjoni tal-istrument tal-kejl tal-livell tal-ħoss Il-kejl għandu jsir fil-punt X (il-Figura 2), f'distanza ta' seba' (7) metri mill-eqreb wiċċ għall-vettura agrikola u forestali. Il-mikrofonu għandu jitqiegħed 1,2 metru 'l fuq mil-livell tal-art.
1.3.3. Id-dispożizzjonijiet għall-ittestjar tal-ħoss estern għall-vetturi tal-kategorija C biċ-ċineg forma ta' ktajjen waqt iċ-ċaqliq Għall-vetturi agrikoli u forestali tal-kategorija C mgħammra b'ċineg forma ta' ktajjen, il-ħoss waqt iċ-ċaqliq għandu jitkejjel b'vetturi mhux mgħobbija f'kundizzjoni li jistgħu jitħaddmu b'veloċità kostanti ta' 5 km/h (+/– 0,5 km/h), bil-magna fil-veloċità nominali fuq saff ramel umdu kif speċifikat fil-paragrafu 5.3.2 ta' ISO 6395:2008. Il-mikrofonu għandu jitqiegħed skont id-dispożizzjonijiet tal-punt 1.3.1. Il-valur tal-ħoss imkejjel għandu jiġi rrekordjat fir-rapport tat-test. |
2. Sistema tal-egżost (Silenzjatur)
|
2.1. |
Jekk il-vettura agrikola u forestali tkun mgħammra b'tagħmir iddisinjat biex inaqqas il-ħoss tal-egżost (silenzjatur), għandhom japplikaw ir-rekwiżiti ta' din it-taqsima. Jekk il-bokka tal-magna tkun mgħammra b'filtru tal-arja li jkun meħtieġ sabiex jassigura l-konformità mal-livell tal-ħoss permissibbli, il-filtru għandu jitqies parti mis-silenzjatur, u r-rekwiżiti ta' dan il-punt 2 għandhom japplikaw ukoll għal dak il-filtru. Il-pajp tal-egżost għandu jkun f'tali mod li l-gassijiet tal-egżost ma jkunux jistgħu jidħlu fil-kabina. Figura 2 Pożizzjonijiet tal-kejl għal vetturi agrikoli u forestali wieqfa
|
|
2.2. |
Disinn tas-sistema tal-egżost għandu jkun anness maċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-vettura agrikola u forestali. |
|
2.3. |
Is-silenzjatur għandu jkun immarkat b'referenza għall-għamla u t-tip tiegħu u din għandha tkun tista' tinqara faċilment u ma tkunx tista' titħassar. |
|
2.4. |
L-użu ta' materjal fibruż assorbenti huwa permissibbli fil-binja tas-silenzjatur biss jekk il-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu sodisfatti:
2.4.1.
il-materjal fibruż assorbenti ma jistax jitqiegħed f'dawk il-partijiet tas-silenzjatur li minnhom jgħaddi l-gass;
2.4.2.
apparat adattat għandu jassigura li l-materjal fibruż assorbenti jinżamm f'postu l-ħin kollu li dak is-silenzjatur ikun qed jintuża;
2.4.3.
il-materjal fibruż assorbenti għandu jkun reżistenti għal temperatura ta' mill-anqas 20 % ogħla mit-temperatura operattiva (gradi C) li jista' jkun hemm fir-reġjun tas-silenzjatur fejn ikunu jinsabu dawk il-materjali fibrużi assorbenti. |
( 1 ) Ir-Regolament Nru 120 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni tal-magni b'kombustjoni interna li għandhom jiġu installati fi tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija u f'makkinarju mobbli mhux tat-triq, fir-rigward tal-kejl tal-potenza netta, it-torque nett u l-konsum speċifiku tal-fjuwil [2015/1000] (ĠU L 166, 30.6.2015, p. 170)
( 2 ) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/504 tal-11 ta' Marzu 2015 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mar-rekwiżiti amministrattivi għall-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq tal-vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija (ĠU L 85, 28.3.2015, p. 1).
( 3 ) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/656 tad-19 ta' Diċembru 2016 li jistabbilixxi r-rekwiżiti amministrattivi relatati mal-limiti tal-emissjonijiet u l-approvazzjoni tat-tip għall-magni b'kombustjoni interna għal makkinarju mobbli mhux tat-triq skont ir-Regolament (UE) 2016/1628 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 102, 13.4.2017, p. 364).
( 4 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/654 tad-19 ta' Diċembru 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1628 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tekniċi u ġenerali relatati mal-limiti tal-emissjonijiet u l-approvazzjoni tat-tip għall-magni b'kombustjoni interna ta' makkinarju mobbli mhux tat-triq (ĠU L 102, 13.4.2017, p. 1).
( 5 ) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1322/2014 tad-19 ta' Settembru 2014 li jissupplimenta u jemenda r-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-bini tal-vetturi u tar-rekwiżiti ġenerali għall-approvazzjoni tal-vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija (ĠU L 364, 18.12.2014, p. 1).
( 6 ) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/208 tat-8 ta' Diċembru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' rekwiżiti ta' sikurezza funzjonali tal-vetturi għall-approvazzjoni ta' vetturi għall-agrikoltura u l-forestrija (ĠU L 42, 17.2.2015, p. 1).
( 7 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/655 tad-19 ta' Diċembru 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1628 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi mill-magni b'kombustjoni interna fis-servizz installati f'makkinarju mobbli mhux tat-triq (ĠU L 102, 13.4.2017, p. 334).