Official Journal L 236 , 23/09/2003 P. 0048 - 0048
Artikolu 58 It-test ta' l-atti ta' l-istituzzjonijiet u tal-Bank Ċentrali Ewropew adottati qabel l-adeżjoni u mħejjija mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni jew mill-Bank Ċentrali Ewropew fil-lingwa: Ċeka, Estona, Ungeriża, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Slovakka, Slovena għandhom, mid-data ta' l-adeżjoni, ikunu awtentiċi bl-istess kondizzjonijiet bħat-test fil-ħdax-il lingwa attwali. Għandhom ikunu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea jekk it-test tal-lingwi attwali kienu hekk ġew ippubblikati. --------------------------------------------------