<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-385/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CJ0385</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1121">EU:C:2019:1121</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>16</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>16</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tad-<DATE ISO="20191219">19.12.2019</DATE> – Kawża C-385/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">Arriva Italia <HT TYPE="ITALIC">et</HT></HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><NOTE TYPE="ENDNOTE" NUMBERING="roman" NOTE.ID="E0001"><P><QUOT.START CODE="00AB" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/> Le(s) point(s) … [compléter avec les numéros des points concernés] du présent texte a/ont fait l’objet d’une modification d’ordre linguistique, postérieurement à sa première mise en ligne <QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="00BB" ID="QE0001"/>.</P></NOTE><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20191219">19 ta’ Diċembru 2019</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0002"><P>Lingwa tal-kawża: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Għajnuna mill-Istat</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett</KEYWORD><KEYWORD>Impriża pubblika ferrovjarja f’diffikultà</KEYWORD><KEYWORD>Miżuri ta’ għajnuna</KEYWORD><KEYWORD>Għoti ta’ għajnuna finanzjarja</KEYWORD><KEYWORD>Għan</KEYWORD><KEYWORD>Tkomplija tal-attivitajiet tal-impriża pubblika ferrovjarja</KEYWORD><KEYWORD>Għoti u parteċipazzjoni fil-kapital ta’ din l-impriża pubblika</KEYWORD><KEYWORD>Trasferiment fil-kapital ta’ impriża pubblika oħra</KEYWORD><KEYWORD>Kriterju ta’ investitur privat</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu ta’ notifika preliminari tal-għajnuna ġdida</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-385/18,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat, l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20180405">5 ta’ April 2018</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20180611">11 ta’ Ġunju 2018</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Arriva Italia Srl,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Ferrotramviaria SpA,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Consorzio Trasporti Aziende Pugliesi (CO.TRA.P)</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti,</HT></P><P>fil-preżenza ta’:</P><P><HT TYPE="BOLD">Ferrovie dello Stato Italiane SpA,</HT></P><P>Gestione Commissariale per Le Ferrovie del Sud Est e Servizi Automobilistici Srl b’imsieħeb wieħed,</P><P><HT TYPE="BOLD">Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn A. Arabadjiev, President tal-Awla, K. Lenaerts, President tal-Qorti tal-Ġustizzja, li qiegħed jaġixxi bħala imħallef tat-Tieni Awla, P. G. Xuereb (Relatur), C. Vajda u A. Kumin, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Tanchev,</P><P>Reġistratur: R. Schiano, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20190508">8 ta’ Mejju 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Arriva Italia Srl, Ferrotramviaria SpA u Consorzio Trasporti Aziende Pugliesi (CO.TRA.P), minn G. L. Zampa u T. Salonico, avvocati,</P></ITEM><ITEM><P>għal Ferrovie dello Stato Italiane SpA, minn A. Zoppini, G. M. Roberti, G. Bellitti u I. Perego, avvocati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn P. Palmieri, avvocatessa dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn D. Recchia u F. Tomat, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tad-<DATE ISO="20190729">29 ta’ Lulju 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 107 u l-Artikolu 108(3) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn Arriva Italia Srl, Ferrotramviaria SpA u Consorzio Trasporti Aziende Pugliesi (CO.TRA.P) (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Arriva Italia <HT TYPE="ITALIC">et</HT><QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) u l-Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti (Il-Ministeru tal-Infrastruttura u tat-Trasport, l-Italja) dwar it-trasferiment, minn dan tal-aħħar, tal-holding tiegħu ta’ 100 % fil-kapital ta’ Ferrovie del Sud Est e Servizi Automobilistici Srl b’imsieħeb wieħed (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>FSE<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) lil Ferrovie dello Stato Italiane SpA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>FSI<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-punt 188 tal-Avviż tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>għajnuna mill-Istat<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, imsemmi fl-Artikolu 107(1) [TFUE] (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="262" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, C 262, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Avviż tal-2016<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Il-fatt li l-awtoritajiet jassenjaw servizz pubbliku lil fornitur intern (anki jekk dawn kienu ħielsa li jagħtu dak is-servizz lil partijiet terzi) bħala tali ma jeskludix il-possibbiltà ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni. Madankollu, tali distorsjoni hija eskluża jekk jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>servizz ikun suġġett għal monopolju legali (stabbilit skont id-dritt tal-Unjoni) […];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>il-monopolju legali ma jeskludix biss il-kompetizzjoni fis-suq, iżda anke għas-suq, fis-sens li jeskludi kull possibbiltà ta’ kompetizzjoni biex isir il-fornitur esklużiv tas-servizz inkwistjoni […];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>is-servizz ma jkunx f’kompetizzjoni ma’ servizzi oħra; u</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="3"?><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>jekk il-fornitur tas-servizz ikun attiv f’suq (ġeografiku jew tal-prodott) ieħor li huwa miftuħ għal kompetizzjoni, għandu jiġi eskluż sussidju inkroċjat. Dan jeħtieġ li jintużaw kontijiet separati, li l-ispejjeż u d-dħul jiġu allokati b’mod xieraq u li l-finanzjament pubbliku pprovdut għas-servizz suġġett għall-monopolju legali ma jkunx jista’ jkun ta’ benefiċċju għal attivitajiet oħra.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Il-punti 211 u 212 tal-Avviż tal-2016 huma fformulati kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>211.</NO.P><TXT>Hemm ċirkostanzi li fihom ċerti infrastrutturi ma jiffaċċjawx kompetizzjoni diretta minn infrastrutturi oħra tal-istess tip jew minn infrastrutturi ta’ tip differenti li joffru servizzi b’ċertu grad ta’ sostitwibbiltà, jew ma’ tali servizzi direttament […]. In-nuqqas ta’ kompetizzjoni diretta bejn l-infrastrutturi huwa probabbilment il-każ għal netwerk komprensiv ta’ infrastrutturi […] li huma monopolji naturali, jiġifieri ma jkunx ekonomikament vantaġġuż li jiġu replikati. Bl-istess mod, jista’ jkun hemm setturi fejn il-finanzjament privat għall-bini tal-infrastrutturi jkun insinifikanti […]. Il-Kummissjoni tqis li l-effett fuq l-iskambji bejn l-Istati Membru jew distorsjoni tal-kompetizzjoni hija ġeneralment eskluża fil-qasam tal-kostruzzjoni tal-infrastruttura fil-każijiet fejn il-kundizzjonijiet kumulattivi segwenti huma ssoddisfatti: i) l-infrastruttura ma tkunx normalment ikkonfrontata b’kompetizzjoni diretta, ii) il-finanzjament privat huwa insignifikanti fis-settur u l-Istat Membru kkonċernati u iii) l-infrastruttura ma hijiex maħsuba sabiex tiffavorixxi b’mod selettiv impriża jew settur partikolari, iżda tipprovdi vantaġġi lis-soċjetà kollha kemm hi.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>212.</NO.P><TXT>Sabiex il-finanzjament pubbliku kollu ta’ proġett partikolari ma jaqax taħt ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, l-Istati Membri jridu jiżguraw li l-finanzjament ipprovdut għall-bini tal-infrastrutturi fis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-punt 211 ma jistgħux jintużaw biex jissussidjaw b’mod inkroċjat jew indirettament attivitajiet ekonomiċi oħra, inkluż l-operat tal-infrastruttura.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Il-punt 219 tal-Avviż tal-2016 jipprovdi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Filwaqt li l-operat ta’ infrastruttura ferrovjarja […] jista’ jikkostitwixxi attività ekonomika […], il-bini tal-infrastruttura ferrovjarja li hija disponibbli għall-utenti potenzjali fuq termini ugwali u nondiskriminatorji – għall-kuntrarju tal-operat tal-infrastruttura – tipikament jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 211 u għalhekk il-finanzjament tiegħu normalment ma jaffettwax il-kummerċ bejn l-Istati Membri jew ifixkel l-kompetizzjoni […].</P><P>(*) [Nota uffiċċjali f’qiegħ il-paġna] Din l-osservazzjoni ma tippreġudika bl-ebda mod il-kwistjoni dwar jekk kwanlunkwe vantaġġ mogħti lill-operatur tal-infrastruttura mill-Istat jikkostitiwixxi għajnuna mill-Istat.</P><P>Pereżempju, jekk l-operat tal-infrastruttura jkun suġġett għal monopolju legali u jekk tiġi eskluża kompetizzjoni sabiex is-suq iħaddem l-infrastruttura, vantaġġ mogħti lill-operatur tal-infrastruttura mill-Istat ma jistax ifixkel il-kompetizzjoni u għalhekk ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat. […] Kif spjegat fil-punt 188, jekk is-sid jew operatur ikun attiv f’suq liberalizzat ieħor, sabiex jevita sussidji inkroċjati, għandu jżomm kontijiet separati, jalloka l-ispejjeż u d-dħul b’mod xieraq u jiżgura li kwalunkwe finanzjament pubbliku ma jibbenefikax lil attivitajiet oħra.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Taljan</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(867) tal-legge <DATE ISO="20151228">28 dicembre 2015</DATE>, n. 208 – Disposizioni per la formazione del bilancio annuale e pluriennale dello Stato (legge di stabilità 2016) [il-Liġi Nru 208, li Tistabbilixxi Dispożizzjonijiet sabiex Jitħejja l-Baġit Annwali u Pluriannwali tal-Istat (il-liġi tal-2016 dwar l-Istabbiltà)] tat‑<DATE ISO="20151228">28 ta’ Diċembru 2015</DATE>) (suppliment ordinarju għall-GURI Nru 15, tal-<?PAGE NO="4"?><DATE ISO="20160120">20 ta’ Jannar 2016</DATE>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Liġi tal‑2016 dwar l-Istabbiltà<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>), kien jipprevedi t-tqegħid taħt proċedura ta’ insolvenza ta’ FSE, minħabba <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>s-sitwazzjoni finanzjarja serja<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> tagħha. Din kellha titwettaq permezz ta’ digriet tal-Ministru għall-Infrastruttura u għat-Trasport.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>It-tieni u l-ħames sentenza tal-Artikolu 1(867) tal-Liġi tal‑2016 dwar l-Istabbiltà kienu jeħtieġu li l-kummissarju speċjali, responsabbli għall-proċedura ta’ insolvenza ta’ FSE, minn naħa, sabiex <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>iħejji pjan għal ristrutturar industrijali<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> intiż għat-tnaqqis ta’ spejjeż operattivi ta’ din, u, min-naħa l-oħra, jissottometti proposti lill-Ministru għall-Infrastruttura u għat-Trasport sabiex FSE tiġi ttrasferita jew ċeduta skont kriterji u proċeduri ddefiniti b’digriet adottat mill-Ministru għall-Infrastruttura u għat-Trasport. Barra minn hekk, is-sitt u l-aħħar sentenza tal-Artikolu 1(867) tal-Liġi tal‑2016 dwar l-Istabbiltà kienu jipprovdu li, sakemm jitwettaq il-pjan ta’ ristrutturar imsemmi iktar ’il fuq, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>sabiex ikun żgurat li FSE tkompli taħdem<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, tkun awtorizzata n-nefqa ta’ EUR 70 miljun għas-sena 2016.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>B’applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni tal-Liġi tal-2016 dwar l-Istabbiltà, il-Ministru għall-Infrastruttura u għat-Trasport adotta d-Digriet Nru 9 tat-<DATE ISO="20160112">12 ta’ Jannar 2016</DATE> (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>id-Digriet tat-<DATE ISO="20160612">12 ta’ Ġunju 2016</DATE><QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>), li kien jipprevedi t-tqegħid taħt proċedura ta’ insolvenza ta’ FSE. Skont l-Artikolu 6 ta’ dan id-digriet, is-somma ta’ EUR 70 miljun, allokata lil FSE abbażi tal-Artikolu 1(867) tal-Liġi tal-2016 dwar l-Istabbiltà, kienet intiża sabiex iżżid progressivament il-kapital ta’ din tal-aħħar u setgħet tintuża mill-kummissarju speċjali mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-imsieħeb pubbliku <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>sabiex tiġi żgurata t-tkomplija u r-regolarità tas-servizz amministrat mill-kumpannija<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Permezz tad-Digriet Nru 264 tal-<DATE ISO="20160804">4 ta’ Awwissu 2016</DATE> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Digriet tal-<DATE ISO="20160804">4 ta’ Awwissu 2016</DATE><QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>), u filwaqt li kkunsidra li l-patrimonju negattiv ta’ FSE kien jitla’ għal EUR 200 miljun, il-Ministru għall-Infrastruttura u għat-Trasport iddeċieda li jittrasferixxi l-holding kollu tal-ministeru tiegħu fil-kapital ta’ din il-kumpannija lil FSI.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Skont id-Digriet tal-<DATE ISO="20160804">4 ta’ Awwissu 2016</DATE>, l-akkwirent ta’ FSE intgħażel abbażi tal-kriterji elenkati fl-Artikolu 1(1) ta’ dan id-digriet, jiġifieri: a) <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>l-effiċjenza fiż-żamma tal-holdings pubbliċi fil-kuntest ta’ riorganizzazzjoni f’entità ekonomika waħda miżmuma mill-istess sid (l-Istat)<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>; (b) <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>il-pussess, mill-persuna li l-holding ġie ttrasferit lilha, ta’ kapaċità u assi industrijali biżżejjed sabiex ikun żgurat li jitkomplew l-impjiegi, is-servizzi u l-aċċess għall-finanzjament […]<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> u (c) <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>ir-ristrutturar tal-kumpannija, filwaqt li jitqies il-valur nett negattiv tal-patrimonju [ta’ FSE]<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(2) tad-Digriet tal-<DATE ISO="20160804">4 ta’ Awwissu 2016</DATE>, it-trasferiment kellu jsir mingħajr korrispettiv, taħt riżerva tal-irbit formali ta’ FSI li ttemm, fit-termini legali, l-iżbilanċ patrimonali ta’ FSE. L-Artikolu 2(3) ta’ dan id-digriet kien jipprevedi li t-trasferiment ma kienx jippreġudika d-dritt ta’ FSE li tuża l-allokazzjoni tas-somma ta’ EUR 70 miljun imsemmija fl-Artikolu 1(867) tal-Liġi tal-2016 dwar l-Istabbiltà, sabiex jintlaħqu l-għanijiet previsti minn din il-liġi. Barra minn hekk, mill-Artikolu 2(4) tal-istess digriet jirriżulta li t-trasferiment seta’ jsir biss wara li l-Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato (l-Awtorità tal-Kompetizzjoni u tar-Regoli tas-Suq, l-Italja) (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>AGCM<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>) tkun iddeċidiet li ma tibdiex il-proċedura ta’ investigazzjoni tal-operazzjoni ta’ fużjoni bejn FSI u FSE jew li tawtorizza l-imsemmija fużjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Wara t-trasferiment tal-holding għall-kapital ta’ FSE lil FSI, l-Artikolu 47(7) tad-decreto-legge <DATE ISO="20170424">24 aprile 2017</DATE>, n. 50 – Disposizioni urgenti in materia finanziaria, iniziative a favore degli enti territoriali, ulteriori interventi per le zone colpite da eventi sismici e misure per lo sviluppo (id-Digriet-Liġi Nru 50 – Dispożizzjonijiet finanzjarji urġenti, inizjattivi favur entitajiet territorjali, interventi għaż-żoni milquta minn ċaqliq sismiku, u miżuri għall-iżvilupp), tal‑<DATE ISO="20170424">24 ta’ April 2017</DATE>, (suppliment ordinarju għall-GURI Nru 95, tal-<DATE ISO="20170424">24 ta’ April 2017</DATE>) iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Digriet-Liġi Nru 50/2017<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>), li sar, wara<?PAGE NO="5"?> emenda, il-Liġi Nru 96, tal-<DATE ISO="20170621">21 ta’ Ġunju 2017</DATE> (suppliment ordinarju għall-GURI Nru 31, tat-<DATE ISO="20170623">23 ta’ Ġunju 2017</DATE>), biddel is-sitt sentenza tal-Artikolu 1(867) tal-Liġi tal-2016 dwar l-Istabbiltà billi biddilha bit-test li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Mingħajr preġudizzju għall-obbligi stabbiliti f’dan il-paragrafu, għall-2016 hija awtorizzata spiża ta’ EUR 70 miljun. Dawn ir-riżorsi huma ttrasferiti lill-patrimonju ta’ [FSE] sabiex jintużaw, fl-osservanza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam u fil-kuntest tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni tal-kumpannija, esklużivament sabiex ikopru l-passiv, inkluż preċedenti, u l-bżonnijiet finanzjarji tas-settur tal-infrastruttura. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-atti, miżuri u tranżazzjoniiet li jkunu diġà saru abbażi tad-[Digriet tal-<DATE ISO="20160804">4 ta’ Awwissu 2016</DATE>] […].<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fid-data tat-tqegħid tagħha taħt proċedura ta’ insolvenza, FSE kienet ingħatat ir-responsabbiltà, mir-Regione di Puglia (l-Italia), tal-operat u tal-manutenzjoni ta’ infrastruttura ferrovjarja lokali ta’ portata ta’ 474 km u ta’ servizzi ta’ trasport ferrovjarju pubbliku ta’ passiġġieri kif ukoll ta’ servizzi addizzjonali u/jew ta’ sostituzzjoni ta’ trasport bit-triq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>FSI, kumpannija miżmuma fl-intier tagħha mill-Ministru għall-Infrastruttura u għat-Trasport, hija l-kumpannija holding ta’ grupp li jopera fis-settur tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija u ta’ passiġġieri, bil-għajnuna tas-sussidjarja tagħha Trenitalia SpA, li hija l-impriża ferrovjarja prinċipali Taljana u konċessjonarja għall-operat tan-network ferrovjarju nazzjonali ta’ Rete Ferroviaria Italiana SpA, li tagħmel parti mill-istess grupp.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20161024">24 ta’ Ottubru 2016</DATE>, Arriva Italia <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, li joperaw kollha kemm huma fis-settur tat-trasport pubbliku, ferrovjarju jew bit-triq, u li kienu preċedentement informaw lill-kummissarju speċjali bl-interess tagħhom li jixtru lil FSE, ippreżentaw quddiem it-Tribunale amministrativo regionale del Lazio (il-Qorti Amministrattiva Regjonali tal-Lazio, l-Italia) rikors għall-annullament tad-digriet tal-<DATE ISO="20160804">4 ta’ Awwissu 2016</DATE> intiż għat-trasferiment lil FSI tal-holding kollu tal-Ministru għall-Infrastruttura u għat-Trasport lill-kapital ta’ FSE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Insostenn ta’ dan ir-rikors, huma jsostnu, b’mod partikolari li l-allokazzjoni ta’ EUR 70 miljun kif ukoll it-trasferiment lil FSI tal-holding kollu tal-Ministru għall-Infrastruttura u għat-Trasport lill-kapital ta’ FSE (iktar ’il quddiem, flimkien, il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>miżuri inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>) jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat u li, billi ma nnotifikax dawn il-miżuri lill-Kummissjoni u billi implementahom, l-Istat Taljan kien kiser l-Artikolu 108(3) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20161026">26 ta’ Ottubru 2016</DATE>, l-AGCM issenjalat lill-Gvern Taljan il-proġett ta’ trasferiment lil FSI, tal-holding miżmum 100 % mill-Ministru għall-Infrastruttura u għat-Trasport lejn il-kapital ta’ FSE, kif ukoll l-allokazzjoni ta’ EUR 70 miljun (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>senjalazzjoni tal-AGCM<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>). Ir-raġuni ta’ din is-senjalazzjoni kienet ibbażata fuq il-fatt li kull waħda mill-miżuri inkwistjoni kienet, skont l-AGCM, tista’ tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20161121">21 ta’ Novembru 2016</DATE>, l-AGCM iddeċidiet li ma tibdiex investigazzjoni tal-operazzjoni ta’ fużjoni bejn FSI u FSE, peress li, skont din l-awtorità, tali fużjoni ma timplikax il-ħolqien jew it-tisħieħ ta’ pożizzjoni dominanti li tista’ telimina jew tnaqqas b’mod sostanzjali u fit-tul il-kompetizzjoni fuq is-swieq ikkonċernati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Permezz ta’ nota tat-<DATE ISO="20161128">28 ta’ Novembru 2016</DATE>, il-Ministru għall-Infrastruttura u għat-Trasport irrikonoxxa li kienu ssodisfatti ż-żewġ kundizzjonijiet li kienu suġġetti għalihom it-trasferiment lil FSI tal-holding kollu li huwa kellu fil-kapital ta’ FSE, jiġifieri li l-AGCM kienet iddeċidiet li ma tibdiex<?PAGE NO="6"?> investigazzjoni tal-operazzjoni ta’ fużjoni bejn FSI u FSE u li FSI kienet intrabtet li ttemm, fit-termini legali, l-iżbilanċ patrimonjali ta’ FSE. Fl-istess ġurnata, sar permezz ta’ att notarili t-trasferiment tal-holding fil-kapital ta’ FSE lil FSI.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>In-nota ministerjali tat-<DATE ISO="20161128">28 ta’ Novembru 2016</DATE> kienet tippreċiża li s-somma ta’ EUR 70 miljun allokata abbażi tal-Artikolu 1(867) tal-Liġi tal-2016 dwar l-Istabbiltà, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>[kellha] tkun intiża – u tirrigwarda esklużivament – il-kopertura tal-bżonnijiet finanzjarji tal-infrastrutturi ferrovjarji ta’ [FSE], fl-osservanza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Matul Jannar 2017, FSE ressqet talba ta’ ammissjoni għall-konkordat preventiv quddiem it-Tribunale di Bari (il-Qorti ta’ Bari, l-Italja).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20170531">31 ta’ Mejju 2017</DATE>, it-Tribunale amministrativo regionale per il Lazio (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali ta’ Lazio, l-Italja) ċaħdet ir-rikors li kien ġie ppreżentat quddiemha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Arriva Italia <HT TYPE="ITALIC">et</HT> appellaw minn din is-sentenza quddiem il-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat, l-Italja).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Dan ikkunsidra li, sabiex jittratta t-tilwima quddiemu, kienet meħtieġa interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, il-qorti tar-rinviju tesprimi dubji rigward il-kwistjoni dwar jekk il-miżuri inkwistjoni kinux ġew iffinanzjati permezz ta’ riżorsi tal-Istat u jekk kinux jagħtu vantaġġ lill-benefiċjarju, kif jeħtieġ l-Artikolu 107(1) TFUE. B’mod partikolari, it-trasferiment tal-holding fil-kapital ta’ FSE lil FSI jista’ jaqa’ f’kuntest u jkollu għanijiet li jippermettu li jiġi invokat il-prinċipju ta’ newtralità tal-Unjoni fir-rigward tal-iskema ta’ proprjetà tal-impriżi stabbilita fl-Artikolu 345 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-qorti tar-rinviju tosserva li s-somma ta’ EUR 70 miljun allokata lil FSE, minkejja li ġiet integrata fil-kontabbiltà ta’ din tal-aħħar, ma ħarġitx sostanzjalment mill-baġit tal-Istat Taljan. Għalhekk hemm dubju dwar jekk il-fondi inkwistjoni jistgħux jiġu kkunsidrati bħala li diġà ngħataw, u għalhekk suġġetti għall-obbligu ta’ notifika abbażi tal-Artikolu 108(3) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, il-qorti tar-rinviju tosserva li s-settur ekonomiku relevanti f’dan il-każ huwa dak tat-trasport reġjonali ta’ passiġġieri fuq it-territorju msemmi fil-kuntratt ta’ servizz konkluż bejn FSE u r-Regione di Puglia. Issa, l-AGCM stabbiliet li t-trasferiment tal-holding fil-kapital ta’ FSE lil FSI ma jikkostitwixxix fużjoni li għandha l-effett li tillimita l-kompetizzjoni fuq kwalunkwe mis-swieq tas-servizzi ta’ trasport inkwistjoni f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk, fl-ipoteżi fejn l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat kellha madankollu tiġi kkonstatata f’dan il-każ, is-somma allokata ta’ EUR 70 miljun kellhiex tiġi rtirata, u l-istruttura tal-proprjetà attwali ta’ FSE miżmuma jew jekk, għall-kuntrarju, kienx jaqbel li tiġi organizzata proċedura ta’ kompetizzjoni għall-akkwist ta’ din il-kumpannija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat) iddeċieda li jissospendi l-proċeduri u jagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>1)</NO.P><TXT>Fiċ-ċirkustanzi fattwali u legali esposti iktar ’il fuq, miżura li tikkonsisti fl-allokazzjoni permezz ta’ liġi ta’ somma ta’ EUR 70 miljun lil operatur fis-settur tat-trasport ferrovjarju, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti bil-Liġi Nru 208 tat-<DATE ISO="20151228">28 ta’ Diċembru 2015</DATE> (Artikolu 1(867)), kif emendata bid-Digriet Liġi Nru 50 tal-<DATE ISO="20170424">24 ta’ April 2017</DATE>, segwita bit-trasferiment minn dan l-operatur favur operatur ekonomiku ieħor, mingħajr proċedura ta’ sejħa għal offerti u mingħajr korrispettiv, tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="7"?><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Jekk dan huwa l-każ, għandu jiġi stabblilit jekk l-għajnuna inkwistjoni hijiex madankollu kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, u liema huma l-konsegwenzi fattwali tan-nuqqas ta’ notifika tagħha konformement mal-Artikolu 10[8](3) TFUE?<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 107 TFUE għandux jiġi interpretat fis-sens li minn naħa, l-għoti ta’ somma ta’ flus lil impriża pubblika ferrovjarja li tinsab f’diffikultajiet finanzjarji serji u, min-naħa l-oħra, it-trasferiment tal-holding fl-intier tiegħu miżmum minn Stat Membru fil-kapital ta’ din l-impriża lil impriża pubblika oħra, mingħajr proċedura ta’ sejħa għal offerti u mingħajr korrispettiv, iżda bl-obbligu ta’ din tal-aħħar li tirrimedja għall-iżbilanċ patrimonjali tal-ewwel waħda, jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, il-klassifikazzjoni ta’ miżura bħala għajnuna mill-Istat, fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, teżiġi li l-kundizzjonijiet kollha msemmijin f’din id-dispożizzjoni jiġu ssodisfatti. Għalhekk, l-ewwel nett irid ikun hemm intervent mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat. It-tieni nett, dan l-intervent għandu jkun jista’ jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. It-tielet nett, għandu jagħti vantaġġ selettiv lill-benefiċċjarju. Ir-raba’ nett, dan għandu joħloq distorsjoni jew jhedded li joħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170627">27 ta’ Ġunju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Congregación de Escuelas Pías Provincia Betania</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑74/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:496">EU:C:2017:496</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Għalhekk għandu jiġi eżaminat jekk dawn il-kundizzjonijiet humiex issodisfatti għall-miżuri inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">F’dak li jikkonċerna l-allokazzjoni tas-somma ta’ EUR 70 miljun lil FSE</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-allokazzjoni tas-somma ta’ EUR 70 miljun lil FSE, għandu jitfakkar, f’dak li jikkonċerna l-ewwel waħda mill-kundizzjonijiet imsemmija fil-punt 31 ta’ din is-sentenza, li, sabiex vantaġġi jkunu jistgħu jiġu kklassifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>għajnuna<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, dawn għandhom, minn naħa, jingħataw direttament jew indirettament permezz ta’ riżorsi tal-Istat u, min-naħa l-oħra, ikunu imputabbli lill-Istat (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190515">15 ta’ Mejju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Achema <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑706/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:407">EU:C:2019:407</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fir-riward, fl-ewwel lok, tal-imputabbiltà tal-miżura lill-Istat, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li l-għoti tal-imsemmija somma lil FSE jirriżulta direttament mil-Liġi tal-2016 dwar l-Istabbiltà.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fir-rigward, fit-tieni lok, tal-ħtieġa li l-vantaġġ jingħata direttament jew indirettament permezz tar-riżorsi tal-Istat, għandu jiġi rrelevat li l-fatt li, skont il-qorti tar-rinviju, is-somma ta’ EUR 70 miljun ma ħarġitx materjalment mill-baġit tal-Istat Taljan u li għalhekk ma tatx lok għal spiża għall-baġit ta’ dan l-Istat Membru ma jfissirx, bħala tali, li tali somma ma tistax tiġi kkwalifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>riżorsi tal-Istat<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, b’mod partikolari, meta jkun inħoloq oneru potenzjali fuq il-baġit tal-Istat Taljan fl-Artikolu 1(867) tal-Liġi tal-2016 dwar l-Istabbiltà.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, mill-mument fejn id-dritt għal assistenza, ipprovduta permezz ta’ riżorsi tal-Istat, jingħata lill-benefiċjarju abbażi tal-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli, l-għajnuna għandha tiġi kkunsidrata bħala li ngħatat, b’tali mod li t-trasferiment effettiv tar-riżorsi inkwistjoni ma huwiex deċiżiv (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130321">21 ta’ Marzu 2013</DATE>, <NAME.CASE>Magdeburger Mühlenwerke</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-129/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:200">EU:C:2013:200</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fil-fatt, fir-rigward b’mod iktar partikolari ta’ impriża benefiċjarja li tkun għaddejja minn diffikultajiet finanzjarji, hija d-deċiżjoni tal-awtoritajiet pubbliċi li tagħti assistenza mill-Istat lil din, pjuttost milli l-ħlas effettiv, li jista’ jippermetti lill-persuni li jidderieġu tali impriża jikkonkludu li l-attività tagħhom hija ekonomikament vijabbli u għalhekk li jkompluha, sakemm din id-deċiżjoni toħloq, fil-konfronti tal-impriża benefiċjarja, dritt li tirċievi din l-assistenza, li, jekk ikun hemm bżonn, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dan l-aħħar rigward, għandu jiġi rrelevat li mill-Artikolu 1(867) tal-Liġu tal-2016 dwar l-Istabbiltà jirriżulta li l-għoti tas-somma ta’ EUR 70 miljun lil FSE kienet awtorizzata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>fl-istennija tal-implementazzjoni ta’ pjan ta’ ristrutturazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> li għandu jiġi elaborat mill-kummissarju speċjali, li kien responsabbli għall-amministrazzjoni ta’ FSE abbażi ta’ din l-istess dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif jirriżulta wkoll mill-Artikolu 1(867) tal-Liġi dwar l-Istabbiltà, il-leġiżlatur Taljan kien iddeċieda, fid-dawl tas-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>sitwazzjoni finanzjarja serja<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> ta’ FSE fid-data tal-adozzjoni ta’ din il-liġi, li din is-somma titqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ FSE sabiex jiġi ggarantit li jitkomplu l-attivitajiet tagħha, kif jirriżulta mill-Artikolu 6 tad-Digriet tat-<DATE ISO="20160112">12 ta’ Jannar 2016</DATE>, li jimplika li din il-miżura kellha tiġi applikata immedjatament. Hija ma kinitx ikkundizzjonata mill-finalizzazzjoni ta’ pjan ta’ ristrutturazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li r-rapport tekniku anness mal-Liġi tal-2016 dwar l-Istabbiltà jirreferi għal effetti negattivi sinjifikanti fuq il-kontinwità tas-servizzi tat-trasport pubbliku fir-reġjun tal-Puglia li, fl-assenza ta’ intervent straordinarju min-naħa tal-Istat Taljan, ikunu ilhom jirriżultaw minn Diċembru 2015. Għandu jitfakkar ukoll li mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li s-somma inkwistjoni fil-kawża prinċipali ġiet kontabilizzata minn FSE wara l-adozzjoni tal-imsemmija liġi tal-2016.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkunsidrat li l-allokazzjoni tas-somma ta’ EUR 70 miljun lil FSE, abbażi tal-Artikolu 1(867) tal-Liġi tal-2016 dwar l-Istabbiltà, tista’ tikkostitwixxi, anki fl-ipoteżi li din is-somma ma toħroġx materjalment mill-baġit tal-Istat Taljan, intervent bil-mezzi tar-riżorsi tal-Istat, fis-sens tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 31 ta’ din is-sentenza, bil-kundizzjoni li din id-dispożizzjoni tkun diġà kkonferiet lil FSE dritt għal dan l-għoti, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dak li jikkonċerna t-tieni kundizzjoni msemmija fil-punt 31 ta’ din is-sentenza, għandu jitfakkar li mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, għall-finijiet tal-klassifikazzjoni ta’ miżura nazzjonali bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>għajnuna mill-Istat<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, hemm lok mhux li jiġi stabbilit effett reali tal-għajnuna fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri u distorsjoni effettiva tal-kompetizzjoni, iżda biss li jiġi eżaminat jekk din l-għajnuna tistax taffettwa lil dan il-kummerċ u toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170627">27 ta’ Ġunju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Congregación de Escuelas Pías Provincia Betania</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-74/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:496">EU:C:2017:496</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0078">78</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ma huwiex meħtieġ li l-impriżi benefiċjarji jipparteċipaw huma stess fil-kummerċ intra-Komunitarju. Fil-fatt, meta Stat Membru jagħti għajnuna lil impriżi, l-attività interna tista’ tinżamm jew tiżdied, bil-konsegwenza li l-possibbiltajiet tal-impriżi stabbiliti fi Stati Membri oħra li jippenetraw fis-suq tal-dan l-Istat Membru jitnaqqsu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130508">8 ta’ Mejju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Libert <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C-197/11 u C‑203/11</NO.CASE>,<NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:288">EU:C:2013:288</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0078">78</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-ġurisprudenza jirriżulta li l-kundizzjoni li l-għajnuna trid tkun ta’ natura li taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, ma tiddependix fuq in-natura lokali jew reġjonali tas-servizzi ta’ trasport ipprovduti jew mill-kobor tas-settur ta’ attività kkonċernata (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150114">14 ta’ Jannar 2015</DATE>, <NAME.CASE>Eventech</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑518/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:9">EU:C:2015:9</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0069">69</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ din il-ġurisprudenza, għandu jiġi rrilevat li waħda mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, jiġifieri Arriva Italia, hija sussidjarja tal-grupp Ġermaniż Deutsche Bahn AG u li, bħalma osserva l-Avukat Ġenerali, fil-punt 48 tal-konklużjonijiet tiegħu, l-għoti tas-somma ta’ EUR 70 miljun lil FSE naqqas il-possibbiltajiet ta’ din il-kumpannija, jew kumpanniji oħra stabbiliti fi Stati Membri oħra minbarra r-Repubblika Taljana, li jiksbu l-ġestjoni tal-infrastruttura ferrovjarja fdata lil FSE jew li jipprovdu servizzi ta’ trasport ta’ passiġġieri fuq din l-infrastruttura. F’dawn iċ-ċirkustanzi, għajnuna finanzjarja li tippermetti li tiġi żgurata l-perennità ta’ impriża, bħal FSE, li għaddejja minn diffikultajiet finanzjarji, tista’ taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tielet kundizzjoni msemmija fil-punt 31 ta’ din is-sentenza, ma ġiex ikkontestat li l-għajnuna tas-somma ta’ EUR 70 miljun lil FSE kienet tikkostitwixxi vantaġġ mogħti lil din l-impriża pubblika. Madankollu, minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li l-kundizzjonijiet li miżura għandha tissodisfa sabiex taqa’ taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>għajnuna<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE ma humiex issodisfatti jekk l-impriża benefiċjarja setgħet tikseb l-istess vantaġġ bħal dak mqiegħed għad-dispożizzjoni tagħha permezz tar-riżorsi tal-Istat f’ċirkustanzi li jikkorrispondu għal kundizzjonijiet normali tas-suq, liema evalwazzjoni ssir, għall-impriżi pubbliċi, billi jiġi applikat, bħala prinċipju, il-kriterju ta’ investitur privat (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120605">5 ta’ Ġunju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs EDF</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-124/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:318">EU:C:2012:318</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0078">78</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Mill-ġurisprudenza jirriżulta wkoll li, għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-kwistjoni dwar jekk kinitx tiġi adottata l-istess miżura fil-kundizzjonijiet normali tas-suq minn investitur privat li jkun jinsab fl-eqreb sitwazzjoni possibbli għal dik tal-Istat, huma biss il-benefiċċji u l-obbligi marbuta mas-sitwazzjoni ta’ dan tal-aħħar meta jaġixxi bħala azzjonist, bl-esklużjoni ta’ dawk li huma marbuta mal-kwalità tiegħu ta’ awtorità pubblika, li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120605">5 ta’ Ġunju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs EDF</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-124/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:318">EU:C:2012:318</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0079">79</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Barra minn hekk, f’każ ta’ dubju, l-imsemmi kriterju japplika biss jekk l-Istat Membru jkun f’pożizzjoni li juri, mingħajr ekwivoku u abbażi ta’ elementi oġġettivi u li jistgħu jiġu vverifikati stabbiliti minn qabel jew mad-deċiżjoni tal-għoti tal-vantaġġ ekonomiku, li l-miżura implementata tirriżulta mill-kapaċità tagħha ta’ azzjonist. F’dan ir-rigward jistgħu jkunu meħtieġa, b’mod partikolari, provi li juru li din id-deċiżjoni hija bbażata fuq evalwazzjonijiet ekonomiċi paragunabbli għal dawk li, fiċ-ċirkustanzi tal-każ, investitur privat razzjonali li jinsab fl-eqreb sitwazzjoni possibbli għal dik tal-imsemmi Stat Membru kien jagħmel, qabel ma jwettaq l-imsemmi investiment, sabiex jiddetermina l-profitabbiltà futura ta’ tali investiment (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120605">5 ta’ Ġunju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs EDF</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-124/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:318">EU:C:2012:318</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0082">82</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0084">84</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li mill-Artikolu 1(867) tal-Liġi tal-2016 dwar l-Istabbiltà jirriżulta li s-somma ta’ EUR 70 miljun ġiet allokata lil FSE, fid-dawl tas-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>sitwazzjoni finanzjarja serja<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> ta’ din tal-aħħar, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>sabiex tiġi żgurata t-tkomplija tal-attivitajiet ta’ [FSE]<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> sakemm jiġi implementat il-pjan ta’ ristrutturazzjoni. Issa, investitur privat li jkun jinsab f’sitwazzjoni l-iktar simili possibbli għal din tal-Istat ma kienx, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni f’din il-kawża, jagħti EUR 70 miljun lil impriża li tkun tinsab f’diffikultajiet finanzjarji serji mingħajr ma jkun evalwa minn qabel jekk tali investiment huwiex ta’ profitt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Madankollu mill-provi tal-proċess ma jirriżultax li l-Istat Taljan għamel tali evalwazzjoni qabel l-adozzjoni tal-Liġi tal-2016 dwar l-Istabbiltà. Ċertament, ir-rapport tekniku ma’ din il-liġi jirreferi għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>analiżi finanzjarja u ekonomika<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> f’dan ir-rigward. Madankollu, kif ippreċiża l-Avukat Ġenerali fil-punt 54 tal-konklużjonijiet tiegħu, xejn ma jindika li din l-analiżi hija intiża sabiex tiddetermina l-profitabbiltà tal-għoti ta’ EUR 70 miljun għall-Istat Taljan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, fl-assenza ta’ elementi li jippermettu li jiġi stabbilit li d-deċiżjoni li tingħata s-somma inkwistjoni lil FSE ttieħdet mill-Istat fil-kapaċità tiegħu ta’ azzjonist ta’ din, li madankollu hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika, ma jidhirx possibbli li jiġi applikat il-kriterju tal-investitur privat sabiex jiġi konkluż li dan l-għoti ma kienx jikkostitwixxi vantaġġ selettiv.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>F’dak li jikkonċerna l-aħħar waħda mill-kundizzjonijiet imsemmija fil-punt 31 ta’ din is-sentenza, għandu jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 42 ta’ din is-sentenza, hemm lok li mhux tiġi stabbilita distorsjoni effettiva tal-kompetizzjoni, iżda sempliċement li jiġi eżaminat jekk din l-għajnuna tistax toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni. Għandu jitfakkar ukoll li minn din l-istess ġurisprudenza jirriżulta li l-għajnuna intiża biex teħles lil impriża mill-ispejjeż li hija jkollha normalment issostni fil-kuntest tal-ġestjoni ta’ kuljum jew tal-attivitajiet normali tagħha, bħala prinċipju toħloq distorsjoni tal-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170627">27 ta’ Ġunju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Congregación de Escuelas Pías Provincia Betania</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-74/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:496">EU:C:2017:496</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0080">80</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Għoti ta’ fondi bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jippermetti lil impriża li tinsab f’diffikultajiet finanzjarji serji li tkompli tkun preżenti fuq is-suq, jista’, għalhekk, joħloq distorsjoni tal-kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Ċertament, FSI u l-Gvern Taljan isostnu, l-ewwel nett, li dan ma huwiex il-każ fil-kawża prinċipali, u jinvokaw il-fatt li s-somma ta’ EUR 70 miljun setgħet tintuża biss sabiex tiffinanzja l-infrastruttura ferrovjarja operata minn FSE, it-tieni nett, li dan l-operat huwa suġġett għal monopolju legali fid-dritt Taljan u, it-tielet nett, li l-fatt li FSE żżomm kontijiet separati għal, minn naħa, l-operat ta’ din l-infrastruttura u, min-naħa l-oħra, il-provvista ta’ servizzi ta’ trasport jevita kwalunkwe riskju ta’ sovrappożizzjoni ta’ sussidji. Dan l-argument ma jistax madankollu jikkontesta l-konstatazzjoni li saret fil-punt preċedenti ta’ din is-sentenza dwar l-effetti fuq il-kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni li jistgħu jirriżultaw miż-żamma fuq is-suq ta’ impriża, bħal FSE, li tinsab f’sitwazzjonijiet finanzjarji serji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-ewwel nett, għandu jiġi rrelevat li la l-verżjoni oriġinali tal-Artikolu 1(867) tal-Liġi tal-2016 dwar l-Istabbiltà u lanqas id-Digrieti tat-12 ta’ Jannar u tal-<DATE ISO="20160804">4 ta’ Awwissu 2016</DATE> ma kienu jipprevedu li s-somma ta’ EUR 70 miljun mogħtija lil FSE setgħet tintuża biss sabiex tiffinanzja l-infrastruttura ferrovjarja użata minn din tal-aħħar. Huwa biss fil-verżjoni tagħha emendata bid-Digriet-Liġi Nru 50/2017, adottat fl-<DATE ISO="20170424">24 ta’ April 2017</DATE>, li din id-dispożizzjoni tal-Liġi tal-2016 dwar l-Istabbiltà kienet issemmi tali użu għal din is-somma.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Issa, peress li mill-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 36 ta’ din is-sentenza jirriżulta li l-mument deċiżiv għall-evalwazzjoni tal-konformità ta’ miżura fir-rigward tar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat huwa dak meta d-dritt li tiġi rċevuta l-għajnuna kkunsidrata tingħata lill-benefiċjarju abbażi tal-leġiżlazzjoni applikabbli, il-bdil tal-iskop tas-somma inkwistjoni fil-kawża prinċipali permezz tad-Digriet-Liġi Nru 50/2017 ma jistax jaffettwa l-konklużjoni li l-allokazzjoni ta’ din is-somma kienet tista’ toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni, bil-kundizzjoni li l-Artikolu 1(867) tal-Liġi tal-2016 dwar l-Istabbiltà, fil-verżjoni inizjali tagħha, diġà kkonferiet lil FSE id-dritt inkondizzjonali għal dan l-għoti, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika, kif jirriżulta mill-punt 41 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>It-tieni nett, ċertament, kif esponiet il-Kummissjoni, essenzjalment, fil-punti 188 u 219 tal-Avviż tagħha tal-2016, li l-fatt li Stat Membru jafda servizz pubbliku suġġett għal monopolju legali lil impriża pubblika ma jwassalx, f’ċerti ċirkustanzi, għal distorsjoni tal-kompetizzjoni, u li vantaġġ mogħti lill-operatur ta’ infrastruttura suġġetta għal monopolju legali ma jistax, f’tali ċirkustanzi, joħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni. Madankollu, kif tippreċiża wkoll il-Kummissjoni, fil-punt 188(b) ta’ dan l-avviż, huwa meħtieġ, sabiex tali distorsjoni tkun tista’ tiġi eskluża f’tali ċirkustanzi, li l-monopolju legali jeskludi mhux biss il-kompetizzjoni fuq is-suq, iżda wkoll għas-suq, fis-sens li jeskludi kull kompetizzjoni potenzjali sabiex isir il-fornitur esklużiv tas-servizz inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Mill-proċess mibgħut lill-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta, li, matul it-tul tal-kuntratt tagħha mar-Regione di Puglia, FSE tibbenefika mid-dritt esklużiv li tuża l-infrastruttura ferrovjarja koperta minn dan il-kuntratt sabiex tipprovdi servizzi ta’ trasport pubbliku tal-passiġġieri. Madankollu, sabiex jiġi stabbilit li dan kien suq li għalih il-kompetizzjoni kienet eskluża, huwa meħtieġ li jintwera li r-Regione di Puglia kellha l-obbligu, permezz ta’ miżuri leġiżlattivi jew regolamentari, tattribwixxi l-użu ta’ din l-infrastruttura u dawn is-servizzi b’mod esklużiv lil din l-impriża (ara, b’analoġija, is-sentenza tad-<?PAGE NO="11"?><REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190729">29 ta’ Lulju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Azienda Napoletana Mobilità</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-659/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:633">EU:C:2019:633</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Issa, ebda element tal-proċess mibgħut lill-Qorti tal-Ġustizzja ma jistabbilixxi li kien jeżisti tali obbligu, b’mod li jidher li seta’ kien possibbli għal dan ir-reġjun li jattribwixxi l-imsemmi użu u l-imsemmija servizzi lil fornitur ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Għaldasqtant, l-għoti tas-somma ta’ EUR 70 miljun lil FSE, billi tippermetti lil din il-kumpannija li tibqa’ fuq is-suq, kienet suxxettibbli li tfixkel milli jingħataw lil impriża oħra, bħal Arriva Italia <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, l-użu tal-infrastruttura ferrovjarja użata minn FSE u l-provvista ta’ servizzi ta’ trasport fuq din l-infrastruttura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>It-tielet nett, fir-rigward taż-żieda relatata maż-żamma ta’ kontijiet separati minn FSE għal, minn naħa, l-użu tal-infrastruttura ferrovjarja inkwistjoni u, min-naħa l-oħra, għall-provvista ta’ servizzi ta’ trasport, għandu jiġi rrilevat li, anki fl-ipoteżi li s-somma ta’ EUR 70 miljun ingħatat lil FSE u użata minnha esklużivament għall-finanzjament ta’ din l-infrastruttura ferrovjarja, skont il-każ mid-dħul fis-seħħ tad-Digriet-Liġi Nru 50/2017, għandu jiġi rrilevat li dan il-fatt ma jwarrabx l-effetti fuq il-kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni msemmija fil-punt 53 ta’ din is-sentenza. Fil-fatt, kif indikat il-Kummissjoni, fil-punt 219 tal-Avviż tagħha tal-2016, hija l-kostruzzjoni ta’ infrastruttura ferrovjarja mqegħda għad-dispożizzjoni tal-utenti potenzjali għal kundizzjonijiet ugwali u mhux diskriminatorji li tissodisfa ġeneralment il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 211 ta’ dan l-avviż, b’mod li l-finanzjament ta’ tali konstruzzjoni ma joħloqx ġeneralment distorsjoni tal-kompetizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Issa, anki fl-ipoteżi li l-għoti ta’ din is-somma lil FSE tista’ tinftiehem fis-sens li ngħatat biss għall-finijiet tal-bini ta’ infrastruttura ferrovjarja u mhux għal finijiet oħra, madankollu din hija infrastruttura ferrovjarja li ma hijiex għad-dispożizzjoni ta’ utenti potenzjali għal kundizzjonijiet ugwali u mhux diskriminatorji, peress li FSE tgawdi minn dritt esklużiv għal dan l-użu matul it-tul tal-kuntratt tagħha konkluż mar-Regione di Puglia. Il-fatt li FSE hija obbligata żżomm kontijiet separati ma jaffettwax għalhekk il-konklużjoni li l-għoti tas-somma ta’ EUR 70 miljun lil din l-impriża kien jista’ joħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha jirriżulta li, taħt riżerva tal-verifiki li għandha twettaq il-qorti tar-rinviju, miżura li tikkonsisti fl-għoti ta’ somma ta’ flus lil impriża pubblika ferrovjarja li tkun tinsab f’sitwazzjoni finanzjarja serja, tista’ tiġi kkwalifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>għajnuna mill-Istat<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">F’dak li jikkonċerna t-trasferiment tal-holding fil-kapital ta’ FSE lil FSI</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tieni waħda miż-żewġ miżuri inkwistjoni, għandu jiġi rrilevat, qabel xejn, li din tinkludi żewġ elementi, jiġifieri, minn naħa, it-trasferiment tal-holding kollu miżmum mill-Ministeru tal-Infrastruttura u tat-Trasport fil-kapital ta’ FSE lil FSI, mingħajr proċedura ta’ sejħa għal offerti u mingħajr korrispettiv, u, min-naħa l-oħra, l-obbligu meħud minn FSI li tirrimedja għall-iżbilanċ patrimonjali ta’ FSE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Minkejja l-fatt li l-holding miżmum fil-kapital ta’ FSE ġie ttrasferit lil FSI mingħajr korrispettiv jindika, <HT TYPE="ITALIC">prima facie</HT>, li hija din l-impriża tal-aħħar li tista’ tiġi kkunsidrata bħala benefiċjarja ta’ possibbli għajnuna mill-Istat, għandu jitfakkar li t-tranżazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali hija intiża sabiex tirristabbilixxi l-profitabbiltà ta’ FSE. Għalhekk ma jistax jiġi eskluż li din tal-aħħar tista’ tiġi kkunsidrata bħala l-benefiċjarju tal-għajnuna potenzjali. Għalhekk hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika liema minn dawn iż-żewġ impriżi għandha tiġi kkunsidrata, skont il-każ, bħala l-benefiċjarju ta’ possibbli għajnuna mill-Istat jew jekk kemm FSE kif ukoll FSI jistgħu jiġu kkunsidrati flimkien bħala li bbenefikaw minn tali għajnuna abbażi tal-kriterji stabbiliti fil-punt 31 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>F’dak li jikkonċerna l-kwistjoni dwar jekk it-tieni waħda miż-żewġ miżuri inkwistjoni tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat, fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE, għandu jiġi rrilevat, fl-ewwel lok, fir-rigward tal-ewwel waħda mill-kundizzjonijiet imsemmija fil-punt 31 ta’ din is-sentenza, li t-trasferiment tal-holding kollu miżmum mill-Ministeru għall-Infrastruttura u għat-Trasport fil-kapital ta’ FSE lil FSI għandu jiġi kkunsidrat bħala trasferiment ta’ riżorsi tal-Istat li wettaq dan tal-aħħar. Barra minn hekk, l-obbligu meħud minn FSI li tirrimedja għall-iżbilanċ patrimonjali ta’ FSE jikkostitwixxi wkoll trasferiment ta’ riżorsi tal-Istat, favur din tal-aħħar, bil-kundizzjoni li FSE kisbet dritt għal din l-għajnuna, li skont il-każ, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika. Peress li l-obbligu ta’ rimedju għall-iżbilanċ patrimonjali ta’ FSE ttieħed minn impriża pubblika miżmuma kompletament mill-Ministeru għall-Infrastruttura u għat-Trasport, dan huwa, fi kwalunkwe każ, responsabbiltà tal-Istat Taljan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Kuntrarjament għal dak li l-Gvern Taljan u FSI jsostnu, il-fatt li, skont l-Artikolu 345 TFUE, dan it-trattat ma jippreġudika bl-ebda mod il-proprjetà fl-Istati Membri, ma jistax jiġi invokat insostenn tat-teżi li t-trasferiment tal-holding fil-kapital ta’ FSE lil FSI ma jistax jiġi kkunsidrat bħala li jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif fakkar l-Avukat Ġenerali, fil-punt 87 tal-konklużjonijiet tiegħu, l-Artikolu 345 TFUE ma jeżonerax lill-iskemi ta’ proprjetà pubblika mill-osservanza tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, peress li mill-Artikolu 106(1) TFUE jirriżulta li r-regoli tat-Trattat TFUE fil-qasam tal-kompetizzjoni, inkluż dawk dwar l-għajnuna mill-Istat, japplikaw, fil-prinċipju, għall-impriżi pubbliċi wkoll. Barra minn hekk, u kif sostniet il-Kummissjoni, li jiġi aċċettat l-argument li r-regoli fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat ma humiex applikabbli minħabba l-fatt li l-benefiċjarju huwa impriża pubblika u li l-vantaġġ mogħti jibqa’ fl-isfera ekonomika tal-Istat fis-sens wiesa’, jikkomprometti l-effett utli ta’ dawn ir-regoli u jintroduċi diskriminazzjoni mhux ġustifikata bejn il-benefiċjarji pubbliċi u l-benefiċjarji privati, bi ksur tal-prinċipju ta’ newtralità msemmi fl-Artikolu 345 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, għandu jitfakkar li, fil-kawża prinċipali, ma hijiex biss kwistjoni ta’ trasferiment tal-kapital ta’ impriża pubblika f’diffikultà finanzjarja lil impriża pubblika oħra, iżda wkoll tal-obbligu aċċettat mill-impriża pubblika destinatarja ta’ dan it-trasferiment li tirrimedja għall-iżbilanċ patrimonjali ta’ din l-impriża pubblika f’diffikultà.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tal-kundizzjoni relatata mal-effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri, għandu jiġi rrilevat li t-trasferiment inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-istess bħall-għoti tas-somma ta’ EUR 70 miljun lil FSE, inaqqas il-possibbiltà għal Arriva Italia, kif ukoll għal impriżi oħra stabbiliti fi Stati Membri oħra minbarra r-Repubblika Taljana, li joperaw fuq is-swieq fdati lil FSE. F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-trasferiment tal-holding fil-kapital ta’ FSE lil FSI, mingħajr korrispettiv, iżda permezz tal-obbligu ta’ din tal-aħħar li tirrimedja għall-iżbilanċ patrimonjali ta’ FSE, għandu jiġi kkunsidrat bħala miżura li tista’ taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk it-trasferiment tal-holding miżmum mill-Ministeru għall-Infrastruttura u għat-Trasport fil-kapital ta’ FSE lil FSI huwiex suxxettibbli li jikkostitwixxi vantaġġ selettiv għal FSI, għandu jiġi rrilevat li tali trasferiment ta’ kapital, mingħajr korrispettiv finanzjarju, jiġġenera, fil-prinċipju, vantaġġ selettiv fil-konfront tal-entità li lilha ġie ttrasferit il-kapital jekk, fid-data ta’ dan it-trasferiment, il-valur ta’ dan il-kapital jaqbeż l-ispiża ta’ eventwali obbligi meħuda minn din l-entità fil-kuntest ta’ din it-tranżazzjoni ta’ trasferiment. Għalhekk, f’dan il-każ, it-trasferiment inkwistjoni jista’ jikkostitwixxi vantaġġ selettiv għal FSI, peress li l-valur ta’ FSE fid-data ta’ dan it-trasferiment, kif miżjud, skont il-bżonn, permezz tal-għoti ta’ EUR 70 miljun favur tagħha mill-Istat Taljan, jaqbeż l-ammont tal-investiment li FSI għandha tagħmel sabiex twettaq l-obbligu tagħha li tirrimedja għall-iżbilanċ patrimonjali ta’ FSE, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Tali trasferiment huwa wkoll suxxettibbli li jikkostitwixxi vantaġġ selettiv fil-konfront tal-entità li lilha huwa ttrasferit il-kapital jekk din it-tranżazzjoni tippermetti li tiġi żgurata l-perennità tagħha. Fil-kawża prinċipali, l-eżistenza ta’ tali vantaġġ, mogħti lil FSE, tiddependi għalhekk mill-kwistjoni dwar jekk<?PAGE NO="13"?> l-obbligu meħud minn FSI li tirrimedja għall-iżbilanċ patrimonjali ta’ FSE jippermettix lil din tal-aħħar li tkompli tuża l-infrastruttura ferrovjarja fdata lilha mir-Regione di Puglia u li tipprovdi servizzi ta’ trasport fuq din l-infrastruttura, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Kuntrarjament għal dak li l-Gvern Taljan u FSI sostnew fis-seduta, mill-elementi tal-proċess mibgħut lill-Qorti tal-Ġustizzja ma jirriżultax li, b’applikazzjoni tal-kriterju tal-investitur privat, l-impriża pubblika benefiċjarja ta’ dan il-vantaġġ, kemm jekk tkun FSI jew FSE, setgħet tikseb l-istess vantaġġ bħala dak imqiegħed għad-dispożizzjoni permezz tar-riżorsi tal-Istat f’ċirkustanzi li jikkorrispondu għall-kundizzjonijiet normali tas-suq peress li, kif ġie osservat fir-rapport tal-AGCM, l-Istat Taljan ma wettaqx evalwazzjoni tal-profitabbiltà tat-trasferiment tal-holding fil-kapital ta’ FSE, mingħajr korrispettiv, lil FSI, bl-obbligu ta’ din tal-aħħar li tirrimedja għall-iżbilanċ patrimonjali ta’ FSE, qabel ma jsir it-trasferiment, li madankollu, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika, billi tieħu inkunsiderazzjoni b’mod partikolari r-rapport tal-awditu li l-Gvern Taljan irrefera għalih fl-osservazzjonijiet tiegħu u l-istudji li jirriżultaw mix-xhur ta’ Marzu u ta’ Mejju 2016 li rreferiet għalihom FSI matul is-seduta quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar, qabel kollox, li, sabiex japplika l-kriterju tal-investitur privat, f’każ ta’ dubju, għandu jkun possibbli li jiġi stabbilit mingħajr dubju u abbażi ta’ elementi oġġettivi u verifikabbli li l-miżura implementata tirriżulta mill-kwalità tiegħu ta’ azzjonist (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120605">5 ta’ Ġunju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs EDF</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-124/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:318">EU:C:2012:318</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0082">82</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Issa, mid-digriet tal-<DATE ISO="20160804">4 ta’ Awwissu 2016</DATE> jirriżulta li t-trasferiment tal-holding fil-kapital ta’ FSE lil FSI kien intiż, b’mod partikolari, sabiex jiggaratixxi l-kontinwità tal-użu u tas-servizzi ta’ trasport ipprovduti minn FSE. Barra minn hekk, din it-tranżazzjoni kellha wkoll l-għan li żżomm il-holding fil-kapital ta’ FSE fis-settur pubbliku. Madankollu, tali kunsiderazzjonijiet ma humiex meħuda inkunsiderazzjoni minn investitur privat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Sussegwentement, għandu jitfakkar li evalwazzjonijiet ekonomiċi magħmula wara l-għoti tal-imsemmi vantaġġ jew il-konstatazzjoni retrospettiva tal-profittabbiltà effettiva tal-investiment imwettaq mill-Istat Membru kkonċernat ma jistgħux ikunu biżżejjed sabiex jiġi stabbilit li dan l-Istat Membru ħa, qabel jew fl-istess waqt ta’ dan l-għoti, tali deċiżjoni fil-kwalità tiegħu ta’ azzjonist (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120605">5 ta’ Ġunju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs EDF</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-124/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:318">EU:C:2012:318</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0085">85</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Ir-riżultat pożittiv, skont FSI, tat-tqegħid taħt proċedura ta’ insolvenza ta’ FSE għalhekk ma jistax jittieħed inkunsiderazzjoni sabiex jiġi vverifikat jekk it-trasferiment tal-holding fil-kapital ta’ FSE lil FSI huwiex konformi mal-prinċipju tal-kriterju tal-investitur privat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li jippreċedi, ma jidhirx possibbli, taħt riżerva tal-verifika msemmija fil-punt 72 tal-imsemmija sentenza, li jiġi applikat il-kriterju tal-investitur privat sabiex jiġi konkluż li t-tranżazzjoni ta’ trasferiment tal-holding miżmum mill-Ministeru għall-Infrastruttura u għat-Trasport fil-kapital ta’ FSE lil FSI ma jikkostitwixxix, f’dan il-każ, vantaġġ selettiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Fir-raba’ lok, fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk tali trasferiment huwiex suxxettibbli li joħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni, għandu jiġi rrilevat, kif osserva l-Avukat Ġenerali fil-punt 118 tal-konklużjonijiet tiegħu, li l-imsemmi trasferiment, flimkien mal-obbligu ta’ FSI li tirrimedja għall-iżbilanċ tal-patrimonju ta’ FSE, fixkel il-possibbiltà li kompetituri potenzjali ta’ din tal-aħħar, bħal Arriva Italia <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, jiġu fdati l-użu tal-infrastruttura ferrovjarja użata minn FSE u l-provvista ta’ servizzi ta’ trasport fuq din l-infrastruttura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni ma hijiex ikkontestata mill-fatt li l-AGCM ma wettaqx eżami tat-tranżazzjoni ta’ fużjoni bejn FSI u FSE fid-dawl tar-regoli Taljani dwar il-fużjonijiet, peress li l-evalwazzjoni tal-effetti fuq il-kompetizzjoni ta’ tranżazzjoni fid-dawl ta’ dawn ir-regoli ma hijiex identika għal dik li tikkunsidra l-eżistenza possibbli ta’ għajuna mill-Istat. Fil-fatt, mid-deċiżjoni tal-AGCM jirriżulta li l-evalwazzjoni magħmula minn din kienet intiża li tivverifika jekk tali fużjoni kinitx tagħti lok għall-ħolqien jew għat-tisħieħ ta’ pożizzjoni dominanti li tista’ telimina jew tnaqqas b’mod sostanzjali u fit-tul il-kompetizzjoni fuq is-swieq ikkonċernati, u mhux jekk hijiex suxxettibbli li toħloq distorsjoni<?PAGE NO="14"?> tal-kompetizzjoni fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE. Barra minn hekk, mir-rapport tal-AGCM jirriżulta li din tal-aħħar kienet tikkunsidra li t-trasferiment inkwistjoni fil-kawża prinċipali kien suxxettibbli, skont l-AGCM, li joħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, taħt riżerva tal-verifiki li għandhom isiru mill-qorti tar-rinviju, trasferiment ta’ holding fil-kapital ta’ impriża pubblika li tinsab f’diffikultajiet finanzjarji serji, mingħjar korrispettiv, iżda bl-obbligu ta’ din tal-aħħar li tirrimedja għall-iżbilanċ tal-impriża pubblika f’diffikultà, jista’ jiġi kkwalifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>għajnuna mill-Istat<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 107 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li, taħt riżerva tal-verifiki li għandha twettaq il-qorti tar-rinviju, kemm l-għoti ta’ somma ta’ flus lil impriża pubblika li tkun tinsab f’kundizzjonijiet finanzjarji serji kif ukoll it-trasferiment tal-holding kollu miżmum minn Stat Membru fil-kapital ta’ din l-impriża lil impriża pubblika oħra, mingħajr korrispettiv, iżda bl-obbligu għal din tal-aħħar li tirrimedja għall-iżbilanċ patrimonjali tal-ewwel impriża, jistgħu jiġu kkwalifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>għajnuna mill-Istat<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> fis-sens ta’ dan l-Artikolu 107 TFUE.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi rrilevat li, minkejja li, fit-tieni domanda, il-qorti tar-rinviju tirreferi għall-Artikolu 107(3) TFUE, mid-deċiżjoni tagħha jirriżulta li din il-kwistjoni tirreferi, fil-fatt, għall-Artikolu 108(3) TFUE, skont liema l-Istati Membri huma obbligati jinformaw lill-Kummissjoni fi żmien utli bil-proġetti tagħhom intiżi sabiex jistabbilixxu jew jemendaw għajnuna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, fl-ipoteżi fejn id-dritt tal-Unjoni kellu jiġi interpretat fis-sens li miżuri, bħall-għoti ta’ somma ta’ flus lil impriża pubblika li tkun tinsab f’diffikultajiet finanzjarji serji jew it-trasferiment tal-holding kollu miżmum minn Stat Membru fil-kapital ta’ din l-impriża lil impriża pubblika oħra, mingħajr korrispettiv, iżda bl-obbligu ta’ din tal-aħħar li tirrimedja għall-iżbilanċ patrimonjali tal-ewwel waħda, għandhom jiġu kkwalifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>għajnuna mill-Istat<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>, fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE, liema konsegwenzi għandhom jiġu miġbuda mill-fatt li din l-għajnuna ma ġietx innotifikata lill-Kummissjoni, bi ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 108(3) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Ċertament, permezz tat-tieni domanda, il-qorti tar-rinviju tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja wkoll jekk, fil-każ fejn tiġi kkonstatata l-preżenza ta’ għajnuna mill-Istat, tali għajnuna hijiex kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni. Madankollu, mid-deċiżjoni tagħha jirriżulta li permezz ta’ din id-domanda, il-qorti tar-rinviju tfittex fil-verità li ssir taf jekk, fil-każ fejn il-miżuri inkwistjoni jiġu kkunsidrati bħala li jagħtu vantaġġ lid-destinatarji tagħhom, il-kundizzjonijiet l-oħra neċessarji għall-kwalifika bħala miżura ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>għajnuna mill-Istat<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> humiex ukoll issodisfatti, u li, għaldaqstnat, it-tieni domanda hija koperta mill-ewwel domanda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, għandu jitfakkar li minn ġurisprudenza stabbilita, li hija, barra minn hekk, ikkwotata fid-deċiżjoni tar-rinviju, jirriżulta li, l-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà ta’ miżuri ta’ għajnuna mas-suq intern taqa’ taħt il-kompetenza esklużiva tal-Kummissjoni, li taġixxi taħt l-istħarriġ tal-qrati tal-Unjoni (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19960711">11 ta’ Lulju 1996</DATE>, <NAME.CASE>SFEI <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑39/94</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1996:285">EU:C:1996:285</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190729">29 ta’ Lulju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Bayerische Motoren Werke vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑654/17 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:634">EU:C:2019:634</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0079">79</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Fir-rigward tar-risposta li għandha tingħata għat-tieni domanda, minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li huma l-qrati nazzjonali, aditi b’kawża bbażata fuq l-allegat ksur tal-obbligu ta’ notifika lill-Kummissjoni ta’ għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 108(3) TFUE li għandhom jiġbdu l-konsegwenzi kollha ta’ tali ksur, b’konformità mad-dritt nazzjonali tagħhom, kemm f’dak li jikkonċerna l-validità tal-atti li jinkludu l-implementazzjoni tal-miżuri ta’ għajnuna kif ukoll l-irkupru<?PAGE NO="15"?> tal-għajnuna finanzjarja mogħtija bi ksur ta’ din id-dispożizzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161026">26 ta’ Ottubru 2016</DATE>, <NAME.CASE>DEI u Il-Kummissjoni vs Alouminion tis Ellados</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑590/14 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:797">EU:C:2016:797</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0100">100</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li r-ritorn lejn is-sitwazzjoni preċedenti għall-ħlas ta’ għajnuna illegali jew inkompatibbli mas-suq intern jikkostitwixxi rekwiżit meħtieġ għaż-żamma tal-effettività tad-dispożizzjonijiet tat-trattati dwar l-għajnuna mill-Istat (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180307">7 ta’ Marzu 2018</DATE>, <NAME.CASE>SNCF Mobilités vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-127/16 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:165">EU:C:2018:165</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0104">104</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-kawża prinċipali, u sa fejn il-miżuri inkwistjoni jiġu kkunsidrati bħala li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, hija għalhekk il-qorti tar-rinviju li għandha tiġbed il-konklużjonijiet kollha li jirriżultaw mill-fatt li din l-għajnuna ma ġietx innotifikata lill-Kummissjoni, bi ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE u għandha għalhekk tiġi kkunsidrata bħala illegali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>F’dak li jikkonċerna l-għoti tas-somma ta’ EUR 70 miljun, hija b’mod iktar preċiż il-qorti tar-rinviju li għandha tiddetermina l-vantaġġ, inkluż tal-interessi akkumulati fuq dan, li rriżulta għal FSE mit-tqegħid għad-dispożizzjoni tagħha ta’ din is-somma u tordna lil din tal-aħħar tirrestitwixxi dan il-vantaġġ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>F’dak li jikkonċerna t-trasferiment tal-holding fil-kapital ta’ FSE lil FSI, ir-ritorn għas-sitwazzjoni preċedenti jimplika, skont il-każ, li jirritorna dan it-trasferiment permezz tal-attribuzzjoni mill-ġdid tal-holding f’FSE lill-Ministeru għall-Infrastruttura u għat-Trasport, kif ukoll in-newtralizzazzjoni tal-effetti ta’ dan it-trasferiment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li d-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li, peress li tali miżuri, bħall-għoti ta’ somma ta’ flus lil impriża pubblika li tkun tinsab f’diffikultajiet finanzjarji serji jew it-trasferiment tal-holding kollu miżmum minn Stat Membru fil-kapital ta’ din l-impriża lil impriża pubblika oħra, mingħajr kontroparti, iżda bl-obbligu għal din tal-aħħar li tirrimedja għall-iżbilanċ patrimonjali tal-ewwel waħda, huma kkwalifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>għajnuna mill-Istat<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>, fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiġbed il-konsegwenzi kollha li jirriżultaw mill-fatt li din l-għajnuna ma ġietx innotifikata lill-Kummissjoni, bi ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 108(3) TFUE u għandhom għalhekk jiġu kkunsidrati bħala illegali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 107 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li, taħt riżerva tal-verifiki li għandha twettaq il-qorti tar-rinviju, kemm l-għoti ta’ somma ta’ flus lil impriża pubblika li tkun tinsab f’kundizzjonijiet finanzjarji serji kif ukoll it-trasferiment tal-holding kollu miżmum minn Stat Membru fil-kapital ta’ din l-impriża lil impriża pubblika oħra, mingħajr korrispettiv, iżda bl-obbligu ta’ din tal-aħħar li tirrimedja għall-iżbilanċ patrimonjali tal-ewwel impriża, jistgħu jiġu kkwalifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>għajnuna mill-Istat<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> fis-sens ta’ dan l-Artikolu 107 TFUE.</HT></TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="16"?><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li, peress li tali miżuri, bħall-għoti ta’ somma ta’ flus lil impriża pubblika li tkun tinsab f’diffikultajiet finanzjarji serji jew it-trasferiment tal-holding kollu miżmum minn Stat Membru fil-kapital ta’ din l-impriża lil impriża pubblika oħra, mingħajr kontroparti, iżda bl-obbligu għal din tal-aħħar li tirrimedja għall-iżbilanċ patrimonjali tal-ewwel waħda, huma kkwalifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>għajnuna mill-Istat<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>, fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiġbed il-konsegwenzi kollha li jirriżultaw mill-fatt li din l-għajnuna ma ġietx innotifikata lill-Kummissjoni Ewropea, bi ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 108(3) TFUE u għandhom għalhekk jiġu kkunsidrati bħala illegali.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>