|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/7386 |
6.12.2024 |
Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33
(C/2024/7386)
Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).
KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD
“Tihany / Tihanyi”
PDO-HU-A1503-AM02
Data tal-komunikazzjoni: 27.9.2024
DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA
1. Żieda fir-rekwiżit tal-aċidità minima
L-intestaturi tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (u tad-Dokument Uniku) affettwati:
l-Intestatura II. Deskrizzjoni tal-inbejjed (il-punt 4 tad-Dokument Uniku)
Raġunijiet: Il-livell ogħla ta’ aċidità jiżgura l-freskezza u l-vivaċità tal-inbejjed Tihanyi rożè.
2. Tnaqqis fir-rekwiżit tal-qawwa alkoħolika totali minima
L-intestaturi tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (u tad-Dokument Uniku) affettwati:
l-Intestatura II. Deskrizzjoni tal-inbejjed (il-punt 4 tad-Dokument Uniku)
Raġunijiet: Il-qawwa alkoħolika aktar baxxa tiżgura l-freskezza u l-vivaċità tal-inbejjed Tihanyi rożè.
3. Awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta’ nbid magħmul esklużivament mill-varjetà ta’ dwieli Syrah
L-intestaturi tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (u tad-Dokument Uniku) affettwati:
l-Intestatura III. Prattiki enoloġiċi speċifiċi (ma taffettwawx id-Dokument Uniku)
Raġunijiet: Sabiex tiġi ssodisfata d-domanda tas-suq, nixtiequ nippermettu l-introduzzjoni fis-suq ta’ nbid magħmul esklużivament mill-varjetà ta’ dwieli Syrah billi nħassru r-rekwiżit li ġej: L-inbid magħmul mill-varjetà ta’ dwieli Syrah jista’ jiġi introdott fis-suq biss meta jitħallat ma’ nbejjed magħmula minn varjetajiet oħra ta’ dwieli.
4. Applikazzjoni tal-istess rekwiżiti għall-varjetà ta’ dwieli Pinot Noir bħal dawk li japplikaw għal varjetajiet ta’ dwieli simili
L-intestaturi tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (u tad-Dokument Uniku) affettwati:
l-Intestatura III. Prattiki enoloġiċi speċifiċi (il-punt 5.1.3 tad-Dokument Uniku)
Raġunijiet: Nixtiequ narmonizzaw u nissimplifikaw il-kundizzjonijiet tal-produzzjoni billi nissuġġettaw il-varjetà tal-għeneb Pinot Noir għall-istess rekwiżiti bħal dawk għall-inbejjed magħmula mill-varjetajiet Kékfrankos, Kékoportó u Zweigelt. Ir-rekwiżiti għad-determinazzjoni tal-kwalità tal-għeneb fil-ħsad li kienu stabbiliti qabel għall-varjetà Pinot Noir tħassru.
5. Tħassir tar-rekwiżit li d-data tal-ħsad tiġi ddeterminata mill-president tal-komunità tal-inbid
L-intestaturi tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (u tad-Dokument Uniku) affettwati:
l-Intestatura III. Prattiki enoloġiċi speċifiċi (ma taffettwawx id-Dokument Uniku)
Raġunijiet: B’dan it-tħassir, nagħtu lill-kantini tal-inbid l-opportunità li jiddeċiedu huma stess meta għandha tkun id-data tal-ħsad, suġġett għal kontrolli, skont it-tip ta’ prodott li jixtiequ jipproduċu.
6. Żieda fir-rendiment massimu minħabba bidliet fid-densità tad-dwieli
L-intestaturi tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (u tad-Dokument Uniku) affettwati:
l-Intestatura V. Rendimenti massimi (il-punt 5.2 tad-Dokument Uniku)
Raġunijiet: Id-densità tad-dwieli fiż-żona tal-produzzjoni nbidlet b’mod sinifikanti minħabba l-programm ta’ ristrutturar ta’ dawn l-aħħar snin. It-telf massimu permissibbli tad-dwieli huwa rregolat mil-leġiżlazzjoni. L-għadd ta’ dwieli indikat fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott oriġinali ma nbidilx.
7. Restrizzjoni tal-produzzjoni għar-reġjun tal-vitikultura Balatonfüred-Csopak
L-intestaturi tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (u tad-Dokument Uniku) affettwati:
l-Intestatura VIII. Rekwiżiti oħra (il-punt 9 tad-Dokument Uniku)
Raġunijiet: Ir-restrizzjoni taż-żona tal-produzzjoni tal-prodott se tgħin biex tittejjeb it-trasparenza tal-kontrolli, fl-interess taż-żamma tal-protezzjoni u l-kwalità.
DOKUMENT UNIKU
1. Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni
Tihany / Tihanyi
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta
3. Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli
|
1. |
Inbid |
3.1. Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda
|
— |
22 – XARBIET, SPIRTI U ĦALL 2204 – Inbid tal-għeneb frisk, inkluż l-inbejjed imqawwija; most tal-għeneb għajr dak tal-intestatura 2009 |
4. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
1. Rożè
DESKRIZZJONI QASIRA
L-inbejjed rożè jvarjaw fil-kulur minn roża ċar sa vjola ċar, sa lewn is-salamun ċar (kulur il-qoxra tal-basal).
Ir-riħa tagħhom hija kkaratterizzata minn aromi ta’ frott ta’ intensità moderata.
It-togħma tagħhom hija friska, b’aċidità vivaċi u mingħajr ebda traċċa ta’ aromi u togħmiet derivati mit-tqaddim fil-btieti.
Rekwiżiti analitiċi:
Il-karatteristiċi ta’ hawn taħt li għalihom ma huwa speċifikat l-ebda valur huma konformi mal-limiti stabbiliti fir-Regolamenti tal-UE.
Karatteristiċi analitiċi
|
— |
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): — |
|
— |
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum): 10,5 |
|
— |
Aċidità totali minima: 4,6 g/l espressi bħala aċidu tartariku |
|
— |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): 18 |
|
— |
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): — |
2. Aħmar
DESKRIZZJONI QASIRA
Inbejjed ħomor friski u b’togħma ta’ frott:
L-inbejjed ivarjaw fil-kulur minn lewn ir-rubin ċar, sa lewn ir-rubin aktar qawwi, sa lewn ir-rubin skur.
Ir-riħa tagħhom għandha element qawwi ta’ frott, f’ċerti każijiet b’aromi pikkanti.
Għandhom togħma żagħżugħa ta’ frott b’aċidità vivaċi u bi ħjiel ta’ ballut u tannin, u tipikament ikollhom qawwa alkoħolika baxxa u struttura lixxa.
Inbejjed ħomor ta’ korporatura medja u b’korportura sħiħa:
L-inbejjed ivarjaw fil-kulur minn lewn ir-rubin aktar qawwi, sa lewn ir-rubin skur, sa lewn il-granata ċara.
Ir-riħa tagħhom hija pikkanti ħafna u ta’ frott.
Minbarra l-karattru tal-frott jew f’ċerti każijiet minerali tagħhom, għandhom qawwa alkoħolika medja jew xi kultant għolja. Normalment ikollhom struttura bellusija. Il-kwalità prinċipali tagħhom hija li l-kontenut ta’ tannini mhuwiex sinifikanti, lanqas fil-każ tal-cuvées.
Rekwiżiti analitiċi:
Il-karatteristiċi ta’ hawn taħt li għalihom ma huwa speċifikat l-ebda valur huma konformi mal-limiti stabbiliti fir-Regolamenti tal-UE.
Karatteristiċi analitiċi
|
— |
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): — |
|
— |
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum): 12 |
|
— |
Aċidità totali minima: 4,6 g/l espressi bħala aċidu tartariku |
|
— |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): 20 |
|
— |
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): — |
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
5.1. Prattiki enoloġiċi speċifiċi użati biex isir l-inbid jew biex isiru l-inbejjed, u r-restrizzjonijiet rilevanti fuq il-produzzjoni tagħhom
1. Restrizzjonijiet rilevanti għall-produzzjoni tal-inbejjed
|
1. |
L-għeneb għall-produzzjoni tal-inbid ta’ oriġini protetta jrid jiġi pproċessat fil-jum tal-ħsad. L-għeneb irid jiġi pproċessat separatament minn għeneb ieħor. |
|
2. |
Meta jiġu prodotti nbejjed ta’ oriġini protetta, mhuwiex permess li jiżdied il-kontenut taz-zokkor tal-most, ħlief għall-varjetajiet li ġejjin: Kékfrankos, Zweigelt, Kékoportó u Pinot Noir. |
|
3. |
Meta jiġi prodott inbid aħmar, il-fermentazzjoni fuq il-qxur u l-maturazzjoni fil-btieti tal-injam huma obbligatorji. |
2. Regoli dwar il-produzzjoni tal-għeneb
Prattiki tal-kultivazzjoni
|
(a) |
Il-metodu tal-kultivazzjoni tad-dwieli u d-densità tat-tħawwil:
|
|
(b) |
Metodu tal-ħsad: huwa permess kemm il-ħsad manwali kif ukoll il-ħsad mekkaniku |
3. Kwalità tal-għeneb fil-ħsad
Prattiki tal-kultivazzjoni
Kwalità tal-għeneb (kontenut minimu ta’ zokkor espress bħala qawwa alkoħolika totali):
|
(i) |
Cabernet Franc, Cabernet Sauvignon, Merlot, Syrah: 12,08 % vol. (19 °MM [grad tal-most Ungeriż]) |
|
(ii) |
Kékfrankos, Kékoportó, Zweigelt, Pinot Noir: 10,97 % vol. (17,5 °MM [grad tal-most Ungeriż]) |
5.2. Rendimenti massimi għal kull ettaru
|
1. |
Inbid rożè, aħmar (inbid ġdid fuq il-karfa)
|
|
2. |
Inbid rożè, aħmar
|
6. Definizzjoni taż-żona demarkata
Iż-żoni tal-muniċipalità ta’ Tihany ikklassifikati fil-Klassi I skont il-katast tal-vinji
7. Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed
|
|
Cabernet Franc - Cabernet |
|
|
Cabernet Franc - Carbonet |
|
|
Cabernet Franc - Carmenet |
|
|
Cabernet Franc - Gros Cabernet |
|
|
Cabernet Franc - Gros Vidur |
|
|
Cabernet Franc - Kaberne Fran |
|
|
Cabernet Sauvignon |
|
|
Kékfrankos - Blauer Lemberger |
|
|
Kékfrankos - Blauer Limberger |
|
|
Kékfrankos - Blaufränkisch |
|
|
Kékfrankos - Limberger |
|
|
Kékfrankos - Moravka |
|
|
Kékoportó - Blauer Portugieser |
|
|
Kékoportó - Modry Portugal |
|
|
Kékoportó - Portugais Bleu |
|
|
Kékoportó - Portugalske Modré |
|
|
Kékoportó - Portugiser |
|
|
Merlot |
|
|
Pinot Noir - Blauer Burgunder |
|
|
Pinot Noir - Kisburgundi Kék |
|
|
Pinot Noir - Kék Burgundi |
|
|
Pinot Noir - Kék Rulandi |
|
|
Pinot Noir - Pignula |
|
|
Pinot Noir - Pino Csernüj |
|
|
Pinot Noir - Pinot Cernii |
|
|
Pinot Noir - Pinot Nero |
|
|
Pinot Noir - Pinot Tinto |
|
|
Pinot Noir - Rulandski Modre |
|
|
Pinot Noir - Savagnin Noir |
|
|
Pinot Noir - Spätburgunder |
|
|
Syrah - Blauer Syrah |
|
|
Syrah - Marsanne Noir |
|
|
Syrah - Serine Noir |
|
|
Syrah - Shiraz |
|
|
Syrah - Sirac |
|
|
Zweigelt - Blauer Zweigeltrebe |
|
|
Zweigelt - Rotburger |
|
|
Zweigelt - Zweigeltrebe |
8. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet
L-istruttura aċiduża misjura u espressiva u t-togħma minerali enfatika tal-inbejjed huma r-riżultat tal-kontenut minerali għoli tal-ħamrija tal-Peniżola ta’ Tihany. Id-dawl tax-xemx rifless mil-lag baxx isaħħan l-għoljiet b’mod uniformi fir-rebbiegħa, filwaqt li jiżgura kundizzjonijiet konsistenti matul il-perjodu tat-tirħis. Peress li l-aħħar jum fejn ikun hemm il-ġlata jseħħ kmieni fil-Peniżola ta’ Tihany, hemm inqas riskju ta’ ġlata fir-rebbiegħa fir-reġjun tal-vitikultura; konsegwentement, it-tkabbir tar-rimjiet huwa uniformi u kull sena tiżviluppa biżżejjed erja tal-faxxina, li tirriżulta f’maturazzjoni ottimali tal-għeneb.
9. Rekwiżiti oħra applikabbli
Produzzjoni barra miż-żona ta’ produzzjoni demarkata
Qafas legali:
Mill-organizzazzjoni responsabbli li timmaniġġa d-DOP/l-IĠP, fejn stabbilit mill-Istati Membri
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
Produzzjoni barra miż-żona ta’ produzzjoni demarkata: iż-żona demarkata tar-reġjun tal-vitikultura Balatonfüred-Csopak.
Regoli dwar l-indikazzjonijiet
Qafas legali:
Mill-organizzazzjoni responsabbli li timmaniġġa d-DOP/l-IĠP, fejn stabbilit mill-Istati Membri
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
|
(a) |
Kwalunkwe varjazzjoni fl-isem ta’ unità ġeografika iżgħar li tinkludi s-suffiss “-i” għad-derivazzjoni tal-aġġettiv bl-Ungeriż tista’ tintuża bħala indikazzjoni. |
|
(b) |
Il-kelma “rozé” tista’ tiġi sostitwita bil-kelma “rożè”. |
|
(c) |
“Küvé” jew “cuvée” tista’ tintuża biex tindika nbid prodott bit-taħlit ta’ żewġ varjetajiet ta’ dwieli jew aktar. |
|
(d) |
L-espressjoni “védett eredetű bor” [inbid ta’ oriġini protetta] tista’ tintuża minflok l-espressjoni “oltalom alatt álló eredetmegjelölés” [denominazzjoni ta’ oriġini protetta]. |
|
(e) |
Is-sena tal-vendemmja, u l-varjetà jew il-kelma “küvé” jridu jiġu indikati fuq it-tikketta. |
|
(f) |
Il-kelma “barrique” tista’ tintuża biss fuq inbejjed ħomor immaturati fi btieti tal-ballut għal perjodu ta’ mill-inqas 6 xhur. |
|
(g) |
Il-logo li ġej għandu jitqiegħed fuq it-tikketta tal-inbid Tihanyi. |
|
(h) |
L-unitajiet ġeografiċi iżgħar li jistgħu jiġu indikati u l-kundizzjonijiet għall-użu tagħhom:
|
Termini tradizzjonali protetti
Qafas legali:
Fil-leġiżlazzjoni tal-UE
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
It-terminu tradizzjonali li ġej jista’ jintuża bħala sinonimu għat-terminu “denominazzjoni ta’ oriġini protetta”: “védett eredetű bor” [inbid ta’ oriġini protetta]
Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/7386/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)