|
20.2.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 48/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/289
tad-19 ta' Frar 2019
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 702/2014 li jiddikjara ċertu kategoriji ta' għajnuna fis-setturi tal-agrikoltura u l-forestrija u f'żoni rurali kompatibbli mas-suq intern bl-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 108(4) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1588 tat-13 ta' Lulju 2015 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal ċerti kategoriji ta' għajnuna mill-Istat orizzontali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(1)(a) u (b) tiegħu,
Wara li ppubblikat abbozz ta' dan ir-Regolament skont l-Artikolu 6 u l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) 2015/1588 (2),
Wara li kkonsultat mal-Kumitat Konsultattiv dwar l-Għajnuna mill-Istat,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 702/2014 (3) jiddikjara li ċerti kategoriji ta' għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern u huma eżentati mir-rekwiżit li jridu jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni qabel ma jingħataw. |
|
(2) |
Ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat stabbiliti fl-Artikoli 107, 108 u 109 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“it-Trattat”) japplikaw għall-appoġġ previst skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), bl-eċċezzjoni tal-pagamenti u tal-finanzjament nazzjonali addizzjonali li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 42 tat-Trattat. |
|
(3) |
Għalhekk, bis-saħħa tal-Artikolu 42 tat-Trattat, ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat ma japplikawx għall-appoġġ għall-iżvilupp rurali marbut mal-produzzjoni, mal-ipproċessar u mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti agrikoli. |
|
(4) |
Madankollu, ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat japplikaw għall-appoġġ għall-iżvilupp rurali għal attivitajiet li ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 42 tat-Trattat, kemm fir-rigward tal-parti kofinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) kif ukoll fir-rigward tal-finanzjament nazzjonali addizzjonali. |
|
(5) |
Għaldaqstant, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 702/2014 ġew allinjati ma' dawk tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 fil-kuntest tal-aħħar rieżami tal-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni fl-2014, sabiex jiġu ffaċilitati l-proċeduri tal-għajnuna mill-Istat applikabbli għas-settur tal-forestrija u għal attivitajiet mhux agrikoli fiż-żoni rurali. |
|
(6) |
L-allinjament tar-regoli bejn ir-Regolament (UE) Nru 702/2014 u r-Regolament (UE) Nru 1305/2013 huwa affettwat mid-dħul fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2018 tar-Regolament (UE) 2017/2393 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), li emenda wħud mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 li huma riflessi fir-Regolament (UE) Nru 702/2014. |
|
(7) |
B'riżultat ta' dan, il-kundizzjonijiet biex tiġi eżentata l-għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 32, 33, 35, 38 sa 41, u 44 sa 48, tar-Regolament (UE) Nru 702/2014 ma għadhomx jikkorrispondu kompletament mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1305/2013. Għaldaqstant, jixraq li dawk ir-regoli jiġu adattati sa fejn huwa meħtieġ biex tinżamm il-possibbiltà li jiġi eżentat l-appoġġ għall-iżvilupp rurali min-notifika bl-istess mod kif sar sa issa. |
|
(8) |
Jenħtieġ li l-Artikolu 1(5)(a) u (b) jiġi allinjat mal-Artikolu 1(4)(a) u (b) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 (6), kif emendat bir-Regolament (UE) 2017/1084 (7). |
|
(9) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 702/2014 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 702/2014 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 1(5), il-punti (a) u (b) huma sostitwiti b'dan li ġej:
|
|
(2) |
fl-Artikolu 6(5), jiżdied il-punt (j) li ġej:
|
|
(3) |
l-Artikolu 32 huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
l-Artikolu 33 huwa emendat kif ġej:
|
|
(5) |
l-Artikolu 35 huwa emendat kif ġej:
|
|
(6) |
L-Artikolu 38(2) huwa emendat kif ġej:
|
|
(7) |
Fl-Artikolu 39(4) jiddaħħal dan it-tielet subparagrafu: “L-għajnuna li tkun ikkofinanzjata skont il-FAEŻR, jew li tingħata bħala finanzjament nazzjonali addizzjonali għal dan it-tip ta' għajnuna kkofinanzjata, tista' titħallas lill-Awtorità ta' Ġestjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 65(2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.”; |
|
(8) |
l-Artikolu 40 huwa emendat kif ġej:
|
|
(9) |
l-Artikolu 41 huwa emendat kif ġej:
|
|
(10) |
l-Artikolu 44 huwa emendat kif ġej:
|
|
(11) |
l-Artikolu 45 huwa emendat kif ġej:
|
|
(12) |
fl-Artikolu 46(5), it-tieni sentenza hija sostitwita b'dan li ġej: “L-għajnuna għandha titħallas lill-fornitur tas-servizzi konsultattivi jew lill-Awtorità ta' Ġestjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 65(2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.”; |
|
(13) |
L-Artikolu 47(3) huwa emendat kif ġej:
|
|
(14) |
l-Artikolu 48 huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Frar 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 248, 24.9.2015, p. 1.
(2) ĠU C 421, 21.11.2018, p. 1.
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 702/2014 tal-25 ta' Ġunju 2014 li jiddikjara ċertu kategoriji ta' għajnuna fis-setturi tal-agrikoltura u l-forestrija u f'żoni rurali kompatibbli mas-suq intern bl-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 193, 1.7.2014, p. 1).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).
(5) Ir-Regolament (UE) 2017/2393 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2017 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), (UE) Nru 1306/2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni, (UE) Nru 1307/2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni, (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u (UE) Nru 652/2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti (ĠU L 350, 29.12.2017, p. 15).
(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta' Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta' għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1).
(7) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1084 tal-14 ta' Ġunju 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 651/2014 f'dak li għandu x'jaqsam ma' għajnuna għal infrastruttura tal-port u tal-ajruport, livelli limitu ta' notifika għal għajnuna għall-kultura u l-konservazzjoni tal-patrimonju u għajnuna għall-infrastrutturi għall-isport u għar-rikreazzjoni multifunzjonali, u l-iskemi ta' għajnuna operatorja reġjonali għar-reġjuni ultraperiferiċi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 702/2014 f'dak li jirrigwarda l-kalkolu tal-ispejjeż eliġibbli (ĠU L 156, 20.6.2017, p. 1).