2011R0496 — MT — 19.05.2012 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 496/2011 tal-20 ta’ Mejju 2011 dwar l-awtorizzazzjoni tal-benzoat tas-sodju bħala addittiv tal-għalf għall-ħnienes miftuma (detentur tal-awtorizzazzjoni Kemira Oyj) (ĠU L 134, 21.5.2011, p.9) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 413/2012 tal-15 ta’ Mejju 2012 |
L 128 |
4 |
16.5.2012 |
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 496/2011
tal-20 ta’ Mejju 2011
dwar l-awtorizzazzjoni tal-benzoat tas-sodju bħala addittiv tal-għalf għall-ħnienes miftuma (detentur tal-awtorizzazzjoni Kemira Oyj)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali ( 1 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ din it-tip ta’ awtorizzazzjoni. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-benzoat tas-sodju. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-benzoat tas-sodju bħala addittiv fl-għalf għall-ħnienes miftuma, biex jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi ‘addittivi żootekniċi’. |
|
(4) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà tal-Ikel (‘l-Awtorità’) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tal-1 ta’ Frar 2011 ( 2 ) li s-sustanza stabbilita fl-Anness, skont il-kondizzjonijiet tal-użu proposti, m’għandhiex effett ħażin fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent, u li dan l-addittiv wera benefiċċju sinifikanti f’termini ta’ piż finali tal-ġisem tal-annimal u titjib fl-effiċjenza tal-konverżjoni alimentari tal-speċi fil-mira. L-Awtorità tqis li wara t-tqegħid fis-suq ma hemmx bżonn ta’ ħtiġijiet speċifiċi ta’ monitoraġġ. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(5) |
Il-valutazzjoni tas-sustanza turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Konsegwentement, l-użu ta’ din is-sustanza għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ma’ dan ir-Regolament. |
|
(6) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Is-sustanza speċifikata fl-Anness, li tappartjeni għall-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u l-grupp funzjonali “addittivi żootekniċi oħra”, hija awtorizzata bħala addittiv fl-għalf tal-annimali soġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dakinhar li jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
L-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija ta’ annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
|
mg ta’ sustanza attiva/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ ilma ta’ 12 % |
|||||||||
|
Addittivi Żootekniċi: addittivi żootekniċi oħra (titjib fil-parametri tar-rendiment) |
|||||||||
|
4d 5 |
Kemira Oyj |
Benżoat tas-sodju |
Kompożizzjoni tal-addittiv ►M1 Benżoat tas-sodju: ≥ 99,0 % ◄ Sustanza attiva Benżoat tas-sodju C7H5O2Na Metodu analitiku (1) Għad-determinazzjoni tal-benzoat tas-sodju fl-addittiv tal-għalf: Il-metodu titrimetriku (Monografu 01/2008:0123 Farmakopea Ewropea) Għad-determinazzjoni tal-benzoat tas-sodju fit-taħlitiet ta’ qabel u l-oġġetti tal-għalf: Il-metodu HPLC b’sistema ta’ rilevament UV. |
Ħnienes (miftuma) |
— |
— |
4 000 |
1. L-addittiv m’għandux jitħallat ma sorsi oħra ta’ aċidu benzoiku jew benzoati. 2. Għalf kumplimentari li jkun fih il-benzoat tas-sodju m’għandux jintema lill-ħnienes infushom. 3. Għal ħnienes (miftuma) sa 35 kg 4. Doża minima rakkomandata 4 000 mg/kg. 5. Għas-sigurtà: għandu jintlibes apparat għall-protezzjoni tan-nifs kif ukoll nuċċali, u għandhom jintużaw l-ingwanti |
l-10 ta’ Ġunju 2021 |
|
(1) Dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx |
|||||||||
( 1 ) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
( 2 ) EFSA Journal 2011;9(2):2005.