|
14.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 417/28 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10508 — Hutchison 3 Indonesia/Indosat)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 417/08)
1.
Fis-6 ta’ Ottubru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
PT Hutchison 3 Indonesia (“H3I”, l-Indoneżja), ikkontrollata minn CK Hutchison Holdings Limited (“CKHH”, Hong Kong), |
|
— |
PT Indosat TBK (“Indosat”, l-Indoneżja), ikkontrollata minn Ooredoo Q.P.S.C. (“Ooredoo”, il-Qatar). |
H3I u Indosat se jingħaqdu fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Wara l-fużjoni proposta, CKHH u Ooredoo jakkwistaw, fis-sens tal-Artikoli 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-entità superstita. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
H3I: fornitur ta’ servizzi tat-telekomunikazzjonijiet ċellulari fl-Indoneżja, inklużi data mobbli tradizzjonali, telefonati bil-vuċi, SMS, servizzi tar-roaming, kif ukoll servizzi b’valur miżjud bħal logħob, mużika, films. H3I bħalissa hija kkontrollata mis-CKHH, konglomerat multinazzjonali li għandu erba’ negozji ewlenin: portijiet u servizzi relatati, l-infrastruttura, il-bejgħ lil konsumaturi, l-enerġija, u t-telekomunikazzjonijiet; |
|
— |
Indosat: fornitur ta’ servizzi tat-telekomunikazzjoni fl-Indoneżja, inklużi servizzi ta’ data tal-mobile, telefonati bil-vuċi, SMS u roaming, servizzi fissi tad-data u broadband bla fili kif ukoll servizzi tat-telekomunikazzjoni fissa u diġitali. Indosat bħalissa hija kkontrollata minn Ooredoo, grupp tat-telekomunikazzjonijiet, li finalment hija kkontrollata mill-Qatar Investment Authority, li jipprovdi servizzi tat-telekomunikazzjoni fil-Qatar u fl-Asja u fir-reġjun tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta’ Fuq. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10508 — Hutchison 3 Indonesia/Indosat
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz tal-posta:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).