31993R0286



Official Journal L 034 , 10/02/1993 P. 0007 - 0007
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 48 P. 0076
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 48 P. 0076


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 286/93

tad-9 ta’ Frar 1993

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2342/92 dwar l-importazzjoni ta’ annimali puri mrobbija għat-tnissil ta’ l-ispeċji bovini minn pajjiżi terzi u l-għoti ta’ rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni fuqhom

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 805/68 tas-27 ta’ Ġunju 1968 dwar l-organiżżazzjoni komuni tas-suq fil-laħam taċ-ċanga u l-laħam tal-vitella [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 125/93 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 10(5) tiegħu,

Billi, skond l-Artikolu 2(5) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2342/92 tas-7 t’Awissu 1992 dwar l-importazzjoni ta’ l-animali puri mrobbija għat-tnissil ta’ l-ispeċji bovini minn terzi pajjiżi u l-għoti tar-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni tagħhom u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 1544/79 [3], l-importazzjoni ta’ l-annimali puri mrobbija għat-tnissil li joriġinaw fi u ġejjin minn pajjiżi ta’ l-EFTA huma eżentati minn ċerti obbligi speċifikati fl-Artikolu 2(3) ta’ dak ir-Regolament; billi dan ma jaffettwax l-applikabilità ta’ l-Artikolu 7, it-tieni paragrafu tad-Direttiva tal-Kunsill 77/504/KEE tal-25 ta’ Lulju 1977 dwar l-annimali puri mrobbija għat-tnissil ta’ l-ispeċji bovini [4], kif l-aħħar emendat bid-Direttiva 91/174/KEE [5]; billi, sabiex jiġi żgurat li l-verżjoni eżistenti ta’ l-imsemmi l-Artikolu 2(5) ma joħloqx problemi fl-applikazzjoni prattika ta’ dik id-Direttiva, għandha tkun iċċarata fuq bażi ta’ dikjarazzjoni;

Billi il-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Laħam taċ-Ċanga u tal-Vitella,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 2342/92 huwa b’dan emendat kif ġej:

1. Fl-Artikolu 2(3)(a), il-kliem ‘u kien irreġistrat u mdaħħal fil-ktieb tal-merħla’ huma mħassra;

2. Fl-Artikolu 2, il-paragrafu li ġej huwa mdaħħal:

"6. Dan l-Artikolu ma jaffettwax l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 7, it-tieni paragrafu, tad-Direttiva 77/504/KEE."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Kominitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-9 ta’ Frar 1993.

Għall-Kummissjoni

René Steichen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 148, 28.6.1968, p. 24.

[2] ĠU L 18, 27.1.1993, p. 1.

[3] ĠU L 227, 11.8.1992, p. 12.

[4] ĠU L 206, 12.8.1977, p. 8.

[5] ĠU L 85, 5.4.1991, p. 37.

--------------------------------------------------