European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/1236

20.6.2025

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2025/1236

tas-16 ta’ Ġunju 2025

li taħtar il-Viċi President tal-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 240 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/79/PESK tat-22 ta’ Jannar 2001 li tistabbilixxi l-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea (1),

Billi:

(1)

Skont il-paragrafu 4 tal-Anness tad-Deċiżjoni 2001/79/PESK, meta jkun assenti, il-President tal-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea (il-“Kumitat Militari”) irid jiġi sostitwit mill-Viċi President permanenti tal-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea (il-“Viċi President”), jekk jiġi deċiż li tinħoloq u timtela din il-kariga.

(2)

Fil-15 ta’ Ottubru 2024, il-Kumitat Militari, imlaqqa’ fil-livell tal-Kapijiet tad-Difiża, qabel li joħloq il-kariga ta’ Viċi President. Jenħtieġ li l-Viċi President jinħatar mill-Kunsill fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat Militari.

(3)

Fil-laqgħa tiegħu tat-30 ta’ April 2025, il-Kumitat Militari rrakkomanda li l-Maġġur Ġeneral Enrico BARDUANI jinħatar bħala l-Viċi President għal perjodu ta’ 3 snin, mill-1 ta’ Diċembru 2025 sat-30 ta’ Novembru 2028,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Maġġur Ġeneral Enrico BARDUANI huwa b’dan maħtur bħala l-Viċi President tal-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea, għal perjodu ta’ 3 snin, mill-1 ta’ Diċembru 2025 sat-30 ta’ Novembru 2028.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-16 ta’ Ġunju 2025.

Għall-Kunsill

Il-President

P. HENNIG-KLOSKA


(1)   ĠU L 27, 30.1.2001, p. 4.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1236/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)